Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħlijiet fix-Xatt ta' Bormla — health and safety

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li jindika li x-xogħol li qed isir fix-Xatt ta' Bormla, aktar magħruf bħala s-Suq ta' Bormla, huwa provdut bil-miżuri neċessarji kollha fejn tidħol health and safety skont il-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa responsabbiltà tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Żejtun — Triq Toni Zahra - problema ta' ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk lill-gvern jirriżultawlux problemi kbar ta' ilmijiet fiż-żona ta' Triq Toni Zahra fiż-Żejtun li tieħu għall-ġibjun li hemm f'dik l-akwata meta tagħmel ix-xita? Għandu l-gvern pariri tekniċi dwar kif tista' tissolva din il-problema? Jaħseb li l-gvern qed jagħmel dak kollu meħtieġ biex din il-problema tissolva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija diġà għandha l-infrastruttura ta’ kanali adekwati u li l-problema dwar l-ilma tax-xita hi kkaġunata minn nuqqas ta’ tindif tal-istess kanali; liema tindif jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali.

ilma għat-tisqija tal-għelieqi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-ilma li jintuża għat-tisqija fir-raba li ġej mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin f'Wied il-Għajn u li jagħti għal tas-Silġ, qed jgħaddi mill-kanali li hemm fl-għelieqi b'mod għal kollox erratiku u b'mod li allura, in vista tal-erraticità, mhux qed jintuża kif xieraq mill-bdiewa li suppost jibbenefikaw minnu? Huwa sew li ġieli l-ilma jinfetaħ matul il-lejl għall-insaputa tal-bdiewa u allura effettivament dan l-ilma ma jintużax?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif indika sew l-Onorevoli Interpellant, l-ilma fil-ġibjun imsemmi ġej mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f' Sant Antnin f'Wied il-Għajn. L-ilma ġġenerat f’dan l-impjant preżentement iforni sitt ġibjuni. Sabiex l-ilma jista’ jasal fil-ġibjuni hemm bżonn li jkun kemm ċertu livell ta’ volum sabiex tittella’ l-pressa. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li tisfija tad-drenaġġ eventwalment se tgħaddi għall-impjant il-ġdid f’ Ta’ Barkat u għalhekk preżentement ninsabu f’fażi transitorija.

ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart mhux separat kull xahar f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex bejn Novembru 2010 u Settembru 2011 u kemm inġabar skart separat fl-istess perjodu mill-istess lokalitajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-ammont ta’ skart mhux separat li jidħol fil-faċilitajiet tal-WasteServ biss.

Birgu, Isla u Bormla — proġetti ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-proġetti ta' restawr u xogħlijiet oħra li saru mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura, fil-lokalitajiet tal-Birgu, Isla u Bormla? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn il-proġetti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li proġetti ta' restawr u xogħlijiet oħra li saru minn dan il-Ministeru matul din il-leġislatura, fil-lokalitajiet imsemmija u l-infieq relatat kienu kif ġej: Bormla: Restawr tas-Sur ta` San Gwann T’Għuxa: Fazi 1 €180,000.00 Fazi 2 - s’issa € 71,000.00 Birgu Restawr tas-Swar tal-Birgu: Sal-lum € 1,385,100.00 Il-kampnar tal- qanpiena ta` Sant’ Anglu € 3,500.00 Is-saqaf tal-polverista ta` Sant’ Anglu € 10,000.00

Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u l-uffiċċju dwar ir-regolamenti tal-bini — memorandum of understanding

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum of understanding li hemm bejn l-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u l-uffiċċju dwar ir-regolamenti tal-bini biex jara li dan l-uffiċċju jkun qed isegwi l-implimentazzjoni tad-direttiva Energy Performance of Buildings Directives?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

direttivi ta' natura ambjentali addottati fil-liġijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-direttivi ta' natura ambjentali (tal-Unjoni Ewropea) li ġew addottati (transposed) fil-liġijiet Maltin mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tintsab fis-Segretarjat responsabbli mill-materji li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

San Pawl il-Baħar — nefqa fuq proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq proġetti li saru mill-Ministeru, entitajiet u dipartimenti fid-dekasteru tiegħu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'kienu dawn il-proġetti li saru f'din il-leġislatura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-proġetti u xogħlijiet li saru fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar f'din il-leġislatura minn dan il-Ministeru flimkien man-nefqa ta’ kull proġett imsemmi huma kif ġej: Proġett Nefqa Xogħol ta’ manutenzjoni fil-promenade ta’ Buġibba €167,969 Xogħol ta’ tiswija ta’ railings fil-promenade ta’ Buġibba €2,930 Xogħol ta’ kostruzzjoni is-Sirens Waterpolo Pitch €5,007 Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri €4,864 Xogħol fuq il-moll €5,531 Bdil ta’ bankijiet tal-gagazza minn Buġibba sa Għajn Tuffieħa €4,946 Reġgħet ġiet installata l-funtana fil-baħar fil-Bajja ta’ Buġibba €24,177 Tindif tas-Sokkorsu tas-Salina €232,036 Restawr tal-akwadott fix-Xemxija € 9,750 Restawr ta’ statwi fuq iz-Zuntier tal-Parrocca €650

politika tal-gvern dwar photovoltaic farms privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar photovoltaic farms privati? Hemm xi tip ta' għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal min jitħajjar jagħmel investiment bħal dan fl-enerġija alternattiva fuq bażi nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nibda biex ngħid li l-gvern jinkoraġixxi kull tip ta' investiment fis-settur tal-enerġija li tiġġedded, inkluż investiment fil-panelli fotovoltajċi. Biss wieħed jista’ jifhem li l-ewwel preferenza tingħata lil dawk it-teknoloġiji jew proġetti skont kif identifikati fin-National Renewable Energy Action Plan. Biex ikompli jinkoraġixxi l-investimant bħalissa qed ikunu mfassla regolamenti li se jirregolaw il-feed-in tariffs għal photovoltaic farms li huma akbar minn 1MW kif ukoll ghal sistemi ta’ pvs inqas minn 1 MW. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-politika ta’ dan il-Gvern hija li tkun inkoraġġita kull inizjattiva li ssaħħaħ il-kapaċità li tkun ġenerata enerġija rinnovabbli. Tant hu hekk ittieħu inizjattivi oħra f’dan ir-rigward iżda ma jaqawx taħt dan il-Ministeru. Infakkru wkoll li dan il-Ministeru dejjem lest janalizza kull proposta li ssirlu għall-enerġija alternattiva jew għal sorsi oħra mnejn jiġġenera l-electriku u, darba jkollu d-dokumentazzjoni sodisfaċenti, jieħu l-passi li jkun hemm bżonn. L-għajnuna mill-Unjoni Ewropea tkun tiddependi mit-tip ta’ investiment u l-iskemi eżistenti fiż-żmien relatat.

kwotazzjoni maħruġa mid-direttorat tar-restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara t-talba għall-kwotazzjoni, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, maħruġa mid-Direttorat tar-Restawr "kiri ta' mwejjed u siġġijiet għal Triq il-Merkanti l-Belt Valletta"?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru iktar kmieni din is-sena ħareġ Sejħa għal Offerti għal xiri ta’ mwejjed u siġġijiet (Ref: Advert No 174/2010 - Tender for Supply and Delivery of Tables and Chairs for catering modules in Merhants Stree, Valletta) marbuta mal-progett ta’ tqegħid ta’ catering modules fi Triq il-Merkanti il-Belt, li l-Uffiċċju tar-Riabilitazzjoni tal-Belt fi ħdan l-MRRA qiegħed jagħmel b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Sfortunatament, dan il-proċess għadu ma ġiex konkluż minħabba żewg appelli kontra aġġudikazzjoni. Sabiex il-proġett kollu ma jkunx imwaqqfa, bħala soluzzjoni proviżorja kien hemm il-ħtiega li l-imwejjed u siġġijiet jinkrew skont ir-regolamenti, sakemm jingħalaq il-process ta’ xiri.

San Pawl il-Baħar — Xogħol ta' tiswija

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir xogħol ta' tiswija fit-triq li tidher immarkata fil-pjanta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li l-ilma tax-xita qed jidħol fl-għelieqi minflok ma jibqa' sejjer fit-triq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni tal-imsemmija triq taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali tal-lokalità msemmija u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W429, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet użawx is-servizzi ta' din il-persuna/kumpanija? Liema kienu dawn il-każijiet u kemm kien hemm ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ntuża s-servizz ta’ waħda biss mill-kumpaniji msemmija li ntuża barba biss għal traduzzjoni ta’ dokument mill-Ġermaniż bi ħlas ta’ €604.16 (VAT inkluż.)

Cruise Liner Terminal — Tinda għaż-żwiemel tal-karozzini

Question

Jista' l-Ministeru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja tat-tinda temporanja li ttellgħet qrib il-cruise liner terminal għall-użu taż-żwiemel tal-karozzini? It-tinda kienet ordnata b’direct order jew wara sejħa għall-offerti? Sakemm se titħalla fejn tinsab din it-tinda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub 415, ninfurmah li sabiex jitħaffef il-proċess ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent tal-qilla tax-xemx lil dawn iż-żwiemel, din kienet ordnata b’direct order skont il-proċeduri stabbiliti wara sejħa għal kwotazzjonijiet. Peress li kif jaf l-Onorevoli Interpellant dawn it-tined saru b’sostituzzjoni temporanja għal dawk li se jkunu stallati permanenti, ovvjament issa li l-qilla tax-xemx ittaffiet, m’għadx hemmx dik il-ħtieġa u ninsab infurmat li dawn se jiżżarmaw fi żmien qasir.

BICC — diskussjonijiet fuq suq ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqa' l-bord tal-Building Industry Consultation Committee matul din is-sena 2011? Is-sitwazzjoni tas-suq tal-proprjetà ġiet diskussa f'dawn il-laqgħat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Bord tal-Building Industry Consultation Committee sa llum matul is-sena 2011 dan iltaqa’ sitt darbiet. Il-kwistjoni msemmija kien is-suġġett priċipali li kien diskuss fl-aħħar laqgħa.

Power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern fiż-żona li sal-lum tilqa' fiha l-power station tal-Marsa ġaladarba din il-power station tingħalaq? Meta se tingħalaq il-power station tal-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa parti mill-pjan ta’ twettiq tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) imwaqqfa fi ħdan il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

tkabbir tat-tadam — problemi ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm problemi partikolari ta' mard f'dak li jikkonċerna t-tkabbir tat-tadam, matul l-istaġun tas-sajf li għadda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

B’sodisfazzjoni nista’ ngħid li l-produzzjoni tat-tadam din is-sena kienet waħda tajba ħafna. Dan ħareġ minn surveys li saru fi ħdan dan il-Ministeru. Dawn is-surveys juru li ftit li xejn kien hemm problemi ta’ mard fix-xitel tat-tadam peress li dan kien baxx ħafna (eżempju: fil-każ tat-Tuta Absoluta il-livell naqas b’madwar 40% mill-livell tal-2009 meta feġġet il-marda).

bejgħ tal-petrol u tad-diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ tal-petrol u tad-diesel sepratament f'Lulju u Awwissu 2010 u 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-petrol u tad-diesel għall-perjodi mitluba kienu kif ġej: Xahar Bejgħ ta' petrol (litri) Bejgħ ta' diesel (litri) Lulju 2010 10,067,075 10,368,094 Awwissu 2010 9,432,500 10,605,796 Lulju 2011 8,256,492 9,623,301 Awwissu 2011 8,801,900 10,457,020

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan il-Ministeru m'għandux talbiet pendenti rigward reduced hours jew career breaks. Bħalissa hemm tliet talbiet pendenti, li qegħdin jiġu proċessati għal telework. Dawn it-talbiet huma mressqa tnejn minn nisa u waħda minn raġel. Tnejn mit-talbiet ilhom pendenti mill-bidu ta’ Awwissu 2011 u oħra minn nofs Lulju 2011. Dawn it-talbiet qed jiġu proċessati u l-proċess se jkun konkluż fi ftit żmien ieħor.

MRA — certified installers tas-sistemi solari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26600 u ċioe: filwaqt li huwa pass pożittiv li tħabbar li sa fl-aħħar l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi se tibda ġġib fuq il-website tagħha lista tas-certified installers tas-sistemi solari f’pajjiżna, jista' l-Minsitru jgħid meta l-gvern beħsiebu jintroduċi regolamenti kif ġie issuġġerit mill-Institute of Engineers sabiex l-istallazzjoni u s-certification tas-sistemi fotovoltajiċi f’pajjiżna jibdew isiru minn tekniċi kwalifikati kif ukoll minn inġiniera bil-warrant?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni ta’ enerġija alternattiva (2009/28/EC) dwar l-istallazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded, mhux biss solari fejn tesiġi li dawn l-istallazzjonijiet ikun iċċertifikati, tidħol fis-seħħ mis-sena 2012. Tajjeb li ngħid li Malta ma qagħditx tistenna dan it-terminu peress li diġà huwa meħtieġ li l-istallazzjonijiet tas-sistemi fotovoltajiċi ikunu nstallati minn inġiniera elettriċi bil-warrant skont ir-regoli ta’ istallazzjonijiet elettriċi eżistenti bħal kull istallazzjoni elettrika oħra. Fl-istess waqt, peress li d-direttiva għandha firxa wiesa għas-sistemi kollha ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded, qed jitħejjew korsijiet minn istituzzjonijiet akkreditati biex sa dak iż-żmien l-istallaturi kollha, kemm tekniċi kwalifikati u enġiniera bil-warrant ikunu imħarrġin sew fil-qasam u s-suq ikollu tekniċi mħarrġa għar-rigward.

Għammieri — informazzjoni rigward ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26738, rigward il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jista l-Ministru jgħid: a) kemm ħadet overtime fis-snin 2008 - 2010 u time-off in lieu fis-snin 2008 - 2011, xahar b'xahar; b) jekk l-approvazzjoni tal-overtime u time off in lieu hijiex tal-Permanent Secretary u jekk dan għandux konnessjoni mal-persuna konċernata; ċ) jekk din il-persuna tieħux xi allowances oħra bħal, per eżempju, qualification allowance, mobile / telephone expenses, car allowances eċċ jew għandhiex karozza tal-kiri mħallsa mill-Gvern; d) jekk għandha qualification allowance, jekk din id-degree ġietx sponsored u approvata mill-Gvern? Jekk iva, din minn liema Università ngħatat, jekk il-kors kienx full-time u f'liema perjodu /snin sar; u e) x'inhu l-grad preżenti tal-persuna u jekk ingħatatx xi promozzjoni bejn l-2008 - 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra peress li ċertu nformazzjoni għadha qed tinġabar.