Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15624 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li fejn ikun hemm il-b¿onn, is-sigar jinżabru. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li prezentament hemm materji ohra li jieħdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.

Ħal Tarxien — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15618 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li s-siġar taż-żebbuġ f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien huma ħafna u l-istess Kunsill jara li jiżbor kull siġra li hemm fil-lokal skont l-istaġun u anki skond il-ħtieġa. Infurmat ukoll li hemm xi siġar li għad ma nżabrux minħabba l-post sensittiv fejn jinsabu li jirrikjedi permessi partikolari.

Raħal Ġdid – Tisbiħ tal-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16023 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm sewa l-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ li kien sar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi ghat-tweġiba li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari 16589.

Raħal Ġdid – Tisbiħ tal-Pjazza — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16024 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: B’referenza għall-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratturi tħallsux kollha? Jista’ jgħid ukoll kemm inżammu flus għal xogħol ħażin li sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta kien responsabbli għall-proġett msemmi. Il-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta kien jaqa’ taht ir-responsabbilita' ta' Ministeri varji sakemm ġie taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru de quo. Intant infurmat illi l-pagamenti li saru minn dan il-Ministeru kienu ta’: § €14,750 bħala Xogħlijiet ta’ Tiswija u Upgrades re: Pjazza Antoine de Paule - Ċertifikat tax-Xogħlijiet; § €22,688.57 bħala extra Works u § Termination Agreement ta’ €84,011.50 bħala Final Settlement tal-kuntratt CT2090/2016. Fuq nota finali, infurmat illi inżammu circa sittax fil-mija (16%) tar-retention money relatati mal-istess xogħlijiet.

Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija? Jista' jgħid meta beda, min hu l-kuntrattur li qed jaħdem, kif ingħata l-kuntratt (tender jew mod ieħor), u meta hu ppjanat li jkun lest? Jista' jgħid ukoll min qed jissorvelja x-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li x-xogħol indikat beda f’Diċembru 2023 mid-ditta Karmig. Infurmat ukoll li x-xogħol li ġie mogħti bħala parti minn period contract, mistenni li jitlesta f’nofs Marzu u qed ikun issorveljat minn perit.

Il-Gudja – Proġett fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif ser tiġi finalizzata l-pjazza tal-Gudja, u kif inhu ppjanat li jsir it-traffic management madwarha ġaladarba jkun lest il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ippre¿entata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.

Liġijiet tal-kera ta’ qabel l-1995 – Konvenji ta’ ħames proprjetajiet użati minn soċjetajiet mużikali differenti

Question

B’referenza għall-istqarrija ministerjali li saret fil-15 ta' Diċembru (PR231987), jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess rigward il-konvenji li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali daħal fihom mas-sidien ta’ ħames proprjetajiet użati minn soċjetajiet mużikali differenti li qed jiffaċċjaw riskju imminenti ta’ żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali tal-liġijiet tal-kera ta’ qabel l-1995?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każini li ġew akkwistati b’titolu ta’ pjena proprjeta’ mill-Ministeru permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti huma: · il-proprjetajiet tas-Soċjeta’ Mużikali Stella Maris ta’ tas-Sliema*; · is-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta’ Raħal Ġdid; · il-Proprjetà ta l-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta’ Ħ’Attard; · ic-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara u · s-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara. Intant, hemm sitt sidien oħra li magħhom il-Ministeru daħal f’konvenju rigwardanti s-sede okkupati mill-għaqdiet li jinsabu fir-riskju ta’ ¿gumbrament, li meta jiġu akkwistati l-propjetajiet rispettivi jtellgħu l-investiment totali u komplessiv għal iktar minn €16-il miljun. Dawn huma: § Soċjetà Filarmonika Santa Marija – il-Mosta § Soċjetà Filarmonika San Pietru fil-Ktajjen – Birżebbuġa § Każin Banda 12th May – Ħaż-Żebbuġ § Soċjetà Sant'Andrija – Ħal Lija § Għaqda Mużikali Maria Reġina – il-Marsa § Għaqda Soċjo-Mużikali Anici – Ħal Qormi Intant għaddejjin negozjati biex in-numru ta’ konvenji, u allura l-ammont ta’ soċjetajiet muzikali li jiġu salvati minn żgumbrament, jiżdied. In-negozjati jidhru li se jwasslu, salv xi imprevist, għall-iffirmar ta’ mill-inqas konvenju ieħor. Tajjeb jiġi rrimarkat illi din id-deċiżjoni li l-Gvern isalva l-każini issa għandha importanza ikbar fid-dawl tal-fatt li l-festa Maltija hija issa meqjusa bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità mill-UNESCO. B’hekk il-Gvern se jkun qed jinvesti fil-futur tal-festi Maltin filwaqt li nstabu soluzzjonijet ġusti u trasparenti kemm mas-sidien kif ukoll mas-soċjetà mużikali nnfisha. · Il-fattispeċje tal-każ ta’ Stella Maris huma differenti mill-bqija tas-soċjetajiet mużikali għaliex f’dan il-każ inxtara żmien rimanenti ta’ ċens temporanju mingħand il-privat u mhux titlu in pjena proprjeta’ kif ġie spjegat pubblikament diversi drabi. Ir-ri¿ultat finali, pero’, kien identiku: cioe’ li l-Gvern sar sid aħħari tal-fond in kwistjoni (bis-saħħa ta’ konsolidament tat-titolu) u l-iżgumbrament imminenti li kien se jsir, ma seħħx.

Malta Eurovision Song Contest 2024 — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Malta Eurovision Song Contest 2024? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' kif intefqu l-flus mill-Public Broadcasting Services, liema xogħol sar mill-ħaddiema tal-PBS u liema minn kuntratturi? Jista’ jgħid ukoll liema nefqa saret wara sejħa pubblika u liema minn direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva. Nirrimarka li din hi linja ta' tweġibiet li ġiet ġustament adopterata taħt iż-żewġ gvernijiet - ara pereżempju t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18023 tal-Leġiżlatura XI.

Ħal Tarxien — Triq il-Kurunel Mas - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kurunel Mas ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Swieqi – Spazji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16014 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u jgħid kemm hemm spazji pubbliċi fis-Swieqi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi li stante l-fatt li t-terminu “spazji pubbliċi” huwa wiesa’ ħafna u jista’ jirreferi għall-diversi kategoriji, ikun aktar għaqli li jiġi speċifikat liema spazji pubbliċi jridu jkunu ikkwantifikati.

Raħal Ġdid — Ġnien Tony Bezzina - Pjan

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Artist's Impression finalizzata u l-pjanti ta' Ġnien Tony Bezzina f'Raħal Ġdid, inkluż l-iskatepark li qed ikun pjanat fih?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ippreżentati lili mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.

PBS – Rapporti annwali u finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali u finanzjarji tal-Public Broadcasting Services (PBS) li ma ġewx ippreżentati lill-Parlament għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2021, 2022 u 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant infurmat mill-PBS li s-sena 2023 qiegħda tiġi awditjata.

Public Broadcasting Services — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15153, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskali/gradi tal-ħaddiema impjegati mal-Public Broadcasting Services (PBS) u kemm hemm ħaddiema f’kull skala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni hi skond kif gej: Management 29 Grade 7 13 Grade 6 30 Grade 5 15 Grade 4 13 Grade 3 14 Grade 2 3 Grade 1 1 Sales Executives 4

Public Broadcasting Services — Servizz ta’ produzzjoni ta’ programmi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Public Broadcasting Services (PBS) li huma responsabbli direttament mill-produzzjoni ta’ programmi fuq TVM u l-istazzjonijiet tar-radju minbarra l-aħbarijiet? Jekk iva, jista’ jindika liema huma dawn il-programmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-informazzjoni relattiva hi skond kif gej: TV · Glen Falzon - Insights · Liam Carter – Id-Dar Maltija · Owen Galea – Id-Dar Maltija · Ruth Amaira - Résumé · Fiorella Pace - Résumé · Maria Muscat - Kuxjenza · Gordon Bonello – Backstage.tv · Charles Dalli – Moħħok Hemm Radju · Simon Pisani – Aġenda Rock, Mu¿ika u Sport · Adrian Gatt – Ten2One · Gordon Caruana - Tifkiriet · Marc Alan Spiteri Stafrace – Eve o’ Clock · Albert Gauci Cunningham – Vi jew Va · Arthur Caruana – Drivetime · Carlo Borg Bonaci – Magic AM

Ġgantija — Kumitat Tekniku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar darba li l-Kumitat Tekniku tal-Ġgantija ppreżenta rapport dwar l-istat ħażin ħafna u l-problemi strutturali li hemm, f'parti mill-Ġgantija tant li hemm faċċata minnhom qed iżżomm biss bl-iscaffolding li ilu fil-post aktar minn 30 sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-aħħar rapport ta' dan il-Kumitat Tekniku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-agenzija Heritage Malta hija l-entità responsabbli mill-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija. Infurmat li sa mis-snin tmenin tas-seklu għoxrin, l-istabbilta’ tal-istruttura megalitika kienet waħda mill-prioritajiet ta’ dan is-sit. Infurmat li l-iscaffolding preżenti kien ittella’ mid-Dipartiment tal-Mu¿ewijiet bħala mi¿ura preventiva, fuq rakkomandazzjoni tal-UNESCO tal-1994. Dwar dan infurmat li Heritage Malta ħadet ħsieb numru ta’ studji fuq l-istruttura minn dak iż-żmien ’l hawn, fosthom studju tal-Professur Alex Torpiano tal-2013. Infurmat ukoll li aktar riċenti, bl-ghajnuna tal-UNESCO, twaħħlu numru ta’ ‘movement sensors’ mal-faċċata tas-sit biex tinġabar informazzjoni xjentifika biex tkompli tinforma deċiżjonijiet futuri f’dan ir-rigward. Dawn l-istudji saru fi sfond ta’ programm sħih ta’ konservazzjoni fis-sit arkeoloġiku, u huma parti integrali mill-obbligu ta’ Heritage Malta li tipproteġi dawn is-siti għan-nom tad-dinja kollha.

Il-Belt Valletta – Lift pubbliku li mhux jaħdem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt, ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Triq il-Witja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Witja ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi li din it-triq saret fi snin riċenti u skont l-istess Kunsill il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba.

Tlett Ibliet tal-Kottonera — Latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Kottonera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali li l-informazzjoni mitluba hi skond kif gej: LokalitàNru. Ta’ latrini Pubbliċi Il-Birgu4 L-Isla3 Bormla3

Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-ex Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal mit-trakkijiet fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.