Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jidħlu ġewwa shelter, jistgħux idaħħlu l-annimal tagħhom ukoll (pereżempju kelb jew qattus) jekk dawn ma jkollhom lil ħadd biex iżommulhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-għażla dwar jekk shelter ikunx pet-friendly jew le hija ta’ kull shelter skont iċ-ċirkostanzi partikolari tax-shelter.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15423.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11209 u 13185 u jgħid kemm hemm każi assenjati fuq kull social welfare professional li jaħdem mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tal-mistoqsija parlamentari 14589.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher hawn taħt:
- 3 impjegati fuq kuntratt full-time li għandhom ‘l fuq minn 65 sena
- 2 impjegati fuq kuntratt part-time li għandhom ‘l fuq minn 65 sena
- Impjegati wieħed fuq kuntratt full-time li għandhu ‘l fuq minn 70 sena; u
- 5 impjegati fuq kuntratt part-time li għandhom ‘l fuq minn 70 sena.
FSWS – Social Workers u Social Welfare Professionals
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11207 u 13183 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5795, fejn il-Ministru jagħti x’jifhem li l-job descriptions tas-social workers u l-job descriptions tas-social welfare professionals huma l-istess mal-entitatjiet kollha fejn jaħdmu s-social workers u s-social welfare professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tip wieħed ta’ job description kemm għas-social workers u kemm għas-social welfare professionals fi ħdan l-FSWS? Jekk hemm job descriptions ta’ social workers u social welfare professionals differenti ta’ units differenti, jista’ l-Ministru jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi nfakkar lill-Onor. Interpellanta li fit-tweġibiet li tajt fuq dan is-suġġett dejjem insistejt li r-rwoli u x-xogħol tas-social workers u social welfare professionals mhumiex identiċi u li s-social welfare professionals jagħmlu xogħol li jgħin, jassisti jew jikkumplimenta dak li jagħmlu s-social workers.
Għaldaqstant, nerġa’ nikkonferma li dawn iż-żewġ gruppi ta’ ħaddiema għandhom job descriptions differenti. Fil-kas tas-social welfare professionals, filwaqt li hemm job description ġenerika hemm ukoll numru ta’ job descriptions partikolari għal responsabbilitajiet partikolari skont ix-xogħol u s-sejħa li jkunu ġew ingaġġati għalihom. Dawn huma b’mod partikolari fejn jirrigwardja ir-Risk Asessors tal-Vjolenza Domestika, tal-SAVs u tas-Sex Workers Programme.
Kopja ta’ dawn il-job descriptions ta’ dawn is-social welfare professionals hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14588 Job Description - Social Welfare Professional - Generic Job Description.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11208 u 13184 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9368, fejn intqal li hemm madwar 120 social welfare professional, jista’ l-Ministru jgħid f’liema units tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) jaħdmu s-social welfare professionals? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals f’kull unit u kemm-il każ hemm assenjat fuqhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatisitka hija riferibbli għall-perjodu Jannar – Ġunju 2023 skont il-policy tal-FSWS dwar il-publikazzjoni ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn il-pensjoni tal-irtirar u l-pensjoni taż-żewġ terzi u jista’ jgħid min jibbenefika minn liema pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-terminu Pensjoni tal-Irtirar jintuża meta l-pensjonant ikun ukoll qed jirċievi Pensjoni tas-Servizz. Ir-rata applikabbli tal-Pensjoni tal-Irtirar hi waħda bażika skont kemm ikun ħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll jekk il-parti l-oħra fiż-żwieġ tkunx qed tirċievi pensjoni fuq il-kontribuzzjonijiet li tkun ħallset.
Din ir-rata bażika, li wkoll togħla kull sena bħalma jogħlew il-pensjonijiet kollha, titħallas sakemm il-pensjonant, bejn iż-żewġ pensjonijiet, jaqbeż iż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tiegħu. Jekk jieħu anqas miż-żewġ terzi imsemmija, jieħu d-differenza addizzjonali fil-Pensjoni tal-Irtirar Miżjuda.
It-terminu Pensjoni taż-Żewġ Terzi jintuża għal dawk il-pensjonanti li jkollhom pensjoni waħda ibbażata fuq il-prinċipju taż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid meta daħal fis-seħħ iċ-Child Birth/Adoption Bonus? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-bidu tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Child Birth u l-Adoption Bonus daħlu fis-seħħ f’Jannar 2020.
Il-persuni li bbenefikaw minn dawn il-bonuses matul s-snin kienu kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Child Birth Bonus
Adoption Bonus
2020
3,000
0
2021
3,240
13
2022
3,208
19
2023
3,073
33
2024
428
5
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li jibbenefikaw mill-In-Work Benefit? Jista’ jgħid ukoll meta daħal fis-seħħ u kemm kienu dawk li bbenefikaw minnu mill-bidu tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tiġi mfissra fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb illi nispjega illi ż-żieda li seħħet bejn is-sena 2021 u s-sena 2022 (u allura tkompli sseħħ fis-snin ta’ wara) hija riżultat ta’ twessiegħ fl-income brackets u kif ukoll riżultat ta’ tħaddim ta’ sistema diġitali mibnija bejn dipartimenti differenti, fejn persuni li jkunu eliġibbli m’għandhomx għalfejn japplikaw.
Benefiċċju waqt l-Impieg (In Work Benefit)
Sena
Benefiċjarji
2015
1,359
2016
2,294
2017
2,873
2018
4,514
2019
5,136
2020
5,337
2021
7,246
2022
24,611
2023
24,938
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-pensjoni minima fis-sena 2013, u kemm hi l-istess pensjoni illum fl-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rati fil-ġimgħa tal-Pensjoni Minima Nazzjonali u l-Bonus tal-Ogħli tal-Ħajja fis-snin 2013 u 2024 rispettivament huma skont t-tabella t’hawn taħt:
Kategorija
Medja fis-sena ta’ kontribuzzjonijiet
Pensjoni
2013
CLBO* 2013
Pensjoni
2024
CLBO* 2024
Miżżewweġ
’l fuq minn 50
€134.78
€7.77
€188.73
€21.53
bejn 40 u 49
€126.02
€7.77
€179.97
€21.53
bejn 30 u 39
€110.00
€7.77
€163.96
€21.53
bejn 20 u 29
€97.32
€7.77
€151.27
€21.53
Persuna Waħedha
’l fuq minn 50
€115.57
€7.77
€172.97
€21.53
bejn 40 u 49
€110.87
€7.77
€164.97
€21.53
bejn 30 u 39
€101.65
€7.77
€151.97
€21.53
bejn 20 u 29
€92.38
€7.77
€139.37
€21.53
* CLBO = Cost of Living Bonus/Bonus tal-Ogħli tal-Ħajja - rati ikkwotati ta’ xi ħadd li kien bil-pensjoni fl-2008 jew qabel – min beda bil-pensjoni fl-2013 il-CLBO tiegħu żdied minn €1.36 għal €16.80 fil-ġimgħa.
Dawn il-pensjonanti gawdew ukoll minn titjib fil-ħlas tal-Għajnuna Supplimentari. Minn rata massima ta’ €237.61 fl-2013 għal persuna waħedha dan il-benefiċċju llum ilaħħaq €598 fis-sena. Għal koppja żdied minn €422.69 fl-2013 għal €1,099.28 fis-sena. Żdied ukoll il-ħlas supplimentari li jitħallas mal-benefiċċju li minn €100 żdied għal €150 għal kull persuna fis-sena.
Tajjeb jingħad ukoll li dawn il-kategoriji ta’ pensjonanti issa qed igawdu wkoll mill-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja li fl-2013 ma kienx jingħata. Għal persuna waħedha dan il-benefiċċju din is-sena jilħaq massimu ta’ €378, filwaqt li għal koppja r-rata massima hija ta’ €786 fis-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11219 fejn ingħad li ‘preżentament hemm seba’ (7) impjegati li qed isegwu dan il-kors li jwassal għall-grad akkademiku ta’ Master in Social Work (MSW). Dan huwa riżultat tal-impenn tal-management tal-FSWS li jippubbliċizza dan il-kors ta’ studju fost l-impjegati meta jkun se jiftaħ u anki li jagħmel l-arranġamenti mal-impjegati konċernati ħalli jkunu jistgħu jattendu għall-kors.’, filwaqt li nuri s-sodisfazzjon tiegħi għal fatt li hemm numru sabiħ ta’ persuni li qed jagħmlu l-MSW, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern f’termini ta’ pubbliċità u arranġamenti biex in-numru għas-sena akkademika 2024–2025 ikun saħansitra ikbar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) hi mpenjata biex issaħħaħ l-operat tagħha billi tara li aktar impjegati
jkomplu javvanzaw fl-istudji professjonali tagħhom bil-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom biex ikunu ppreparati aħjar sabiex jgħinu lill-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà.
Bħalissa l-Fondazzjoni għaddejja bi preparamenti biex tniedi kampanja promozzjonali bl-għan ewlieni li tħajjar aktar studenti jagħżlu li jistudjaw għadd ta’ professjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam soċjali, fosthom għal ħaddiema soċjali, “youth workers”, terapisti u ħaddiema fil-komunità. Il-kampanja se tkun qiegħda tiffoka fuq studenti sekondarji u se tkun qed tintuża l-aktar il-media soċjali għal promozzjoni ta’ dawn l-professjonijiet tant importanti.
Fir-rigward ta’ kif mpjegati tal-Fondazzjoni jiġu nfurmati dwar il-ftuħ tal-kors u x’arranġamenti għandha dwar dan, l-FSWS għandha mezzi nterni li permezz tagħhom tgħin impjegati li jkunu jixtiequ jsewgu kors fil-Ħidma Socjali. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ impjegati sabiex jibdew il-kors u anke tara kif tappoġġja l-impjegati tagħha.
Irid ikun emfasizzat li, fl-aħħar minn l-aħħar, id-deċiżjoni li impjegat isegwi kwalunkwe kors biex jikseb kwalifiċi addizzjonali hija tal-impjegat biss, li jidħol għaliha b’għażla libera u mhijiex il-policy tal-Fondazzjoni li ġġiegħel jew timponi fuq l-impjegati biex jiksbu tali kwalifiċi addizzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord dwar il-frodi tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk il-bord hux ser jilħaq il-mira li jlesti r-rapport sa Frar 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk għadux bil-ħsieb li jippubblika l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport mingħajr ebda ċensura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 15345.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li jieħdu xi benefiċċju għax għandhom diżabilità, sal-aħħar tas-sena 2023 u x'tip ta' benefiċċju kienu/għadhom jieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8683 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' tfal adottati minn pajjiżi oħra bejn is-snin 2010 sal-2022 maqsuma skont in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tfal adottati bejn l-2010 u l-2022 li ġew rehomed (jew 'fostered' għand familji Maltin oħra) maqsuma skont in-nazzjonalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal tweġibiet li kienu ingħataw għal mistoqsijiet parlamentari 25373 u 22221 għal addozzjonijiet li saru sal-2015.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mat-twaqqif tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fl-2018, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Adoptions
Malta
Grand Total
2018
2019
2020
2021
2022
2023
Bulgaria
-
-
-
3
-
-
3
India
6
3
1
19
33
62
Portugal
9
1
2
1
11
3
27
Slovakia
4
4
-
-
-
1
9
Thailand
-
1
-
-
-
-
1
Vietnam
-
-
-
-
-
2
2
Grand Total
19
9
3
4
30
39
104
Local Adoptions
-
3
2
2
2
7
16