Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bord ġie appuntat mill-Ministru, min huma l-persuni fuq kull bord u jindika jekk dawn il-bordijiet humiex qegħdin jiffunzjonaw? Jekk qed jiffunzjonaw, x'każijiet hemm pendenti quddiemhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li preżentement hemm 25 bord appuntati mill-Ministru. Dawn il-bordijiet kollha qegħdin jiffunzjonaw u d-dettalji għal kull bord qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. B’rabta ma’ dan, mhux il-bordijiet kollha appuntati mill-Ministru jittrattaw każijiet.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għall-Kunsill informali tal-Affarijiet Interni f’Jannar, u hemm invit għal dawn li ġejjin fi ħdan l-Unjoni Ewropea f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025: • Il-Kunsill tal-Affarijiet Interni f’Marzu • Il-Kunsill tad-Difiża f’Mejju • Il-Kunsill tal-Affarijiet Interni f’Ġunju

LESA — Fondi miġbura - Kunsilli lokali - Skemi maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi li ħarġu mill-Ministeru, biex kunsilli lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi miġbura mil-LESA, bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi u liema kunsilli lokali bbenefikaw minn kull skema, u f’kull każ, kemm kienu l-fondi li bbenefikaw minnhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20182.

Community police

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet għandhom is-servizz tal-community police u kemm hu n-numru ta' pulizija taħt is-servizz tal-community police f’kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll għal kull lokalità liema huma l-ħinijiet li fihom il-pulizija jagħtu servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-kunċett tal-Community Police iddaħħal minn dan il-Gvern, li jingħaqad mas-servizz tad-Distrett u d-diversi għasses tal-Pulizija, li permezz tiegħu l-Korp tal-Pulizija saħħaħ bil-bosta l-engagement mal-pubbliku u dan il-kunċett intlaqa’ tajjeb mill-komunitajiet tagħna u konxju mill-impatt pożittiv li dan ħalla fuq is-soċjetà Maltija hekk kif rifless anke mill-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Minn team tal-community policing li beda b’erba’ Pulizija fl-2019 fil-Mellieħa, għal 129 uffiċjal li llum iterrqu t-toroq Maltin u Għawdxin. Kunċett li bih il-Pulizija tagħna qed ikunu proattivi u jmorru huma għand in-nies u l-imsieħba strateġiċi. Ninsab infurmat li l-Community Police ikopri l-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex u n-numru ta’ uffiċjali f’kull lokalità huwa kif indikat fit-tabelli. Il-ħinijiet ta’ servizz huma bejn is-7:30 u d-21:30 bejn Ottubru u Marzu u bejn is-7:30 u l-23:30 bejn April u Settembru. Lokalitajiet li għandhom is-servizz tal-Community Police Numru ta’ Uffiċjali Valletta /Floriana 5 Ħamrun/Marsa/St Venera/Pieta’ 9 Paola/Fgura 6 Tarxien/Luqa/St Lucija 5 Bormla/Birgu/ Isla/Kalkara 6 Żabbar/Xagħjra 5 Marsascala 5 Zejtun/Gudja/Għaxaq 5 Marsaxlokk/Birżebbuga 5 Żurrieq/Qrendi/Mqabba/Safi/Kirkop 8 Qormi 3 Żebbug/Siġġiewi 5 Lokalitajiet li għandhom is-servizz tal-Community Police Numru ta’ Uffiċjali Sliema 3 Msida/Gżira/Ta’Xbiex 4 Attard/Balzan/Lija/Iklim 4 Birkirkara 3 Naxxar/Għargħur 3 Rabat/Mdina/Mtarfa/Dingli 5 San Pawl il-Baħar 9 Mellieħa 4 Mosta/Mġarr 5 St.Julians 5 Swieqi/Pemroke 3 San Ġwann 2 Għawdex 12

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Numru ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-faċilitajiet oħra simili, separatament għal kull faċilità? Kemm minn dawn il-persuni qed iservu sentenza diġà maqtugħa, inkluż fl-appell? Kemm minn dawn il-persuni qed iservu sentenza, imma għandhom appell pendenti? Kemm minn dawn il-persuni, għalkemm qegħdin fil-faċilità, għadhom qed jistennew l-ewwel sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, in-numru ta’ persuni, irġiel u nisa, u t-tagħrif dwar faċilitajiet oħra simili, separatament għal kull faċilità huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt: Irġiel Nisa Faċilità Korrettiva ta’ Kordin 665 59 Mount Carmel Hospital 8 Hospitals 3 Social reintegration programmes and Drug Rehabilitation Programmes 26 1 Centre of Residential Restorative Services (CoRRs) 15 2 Ninsab infurmat ukoll li preżentament hemm 447 persuna li qed jiskontaw sentenza filwaqt li preżentament hemm 277 persuna taħt arrest preventiv fil-ħabs.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24479.

NGOs — Kunsilli lokali - Installazzjoni ta’ CCTV cameras - Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu, jew minn xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, biex il-kunsilli lokali jinstallaw CCTV cameras fil-lokalitajiet tagħhom, matul l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-kunsilli li applikaw, u liema kunsilli bbenefikaw minn dawn l-iskemi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20182.

Korp tal-Pulizija — Riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija rriżenjaw mill-korp minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni f’kull grad li rriżenjaw u kemm żdiedu persuni f'kull grad tal-istess Korp, fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mill-korp għal raġunijiet diversi bejn Jannar 2023 u l-21 ta’ Frar 2025 kienu kif jidher fl-ewwel tabella hawn taħt. Il-persuni li żdiedu fl-istess perjodu jidher fit-tieni tabella. Uffiċjali tal-Korp li spiċċawC of PDCACSuptInspSMPSPCRPCTotal 202301531121454696 202401154213422088 2025*00040179223 Total026121553410528207 Żieda ta’ membri fil-Korp Insp PC RPC Insp. SM PS PC Total (Re-Instated) (Re-Instated) (Re-Instated) (Re-Instated) 2023 3 67 26 1 2 1 100 2024 87 18 1 2 3 111 2025* 50 50 Total 3 204 44 1 1 4 4 261

Gwardjani lokali — Servizz ta’ traffic management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha persuni li jippruvaw jużaw is-servizz tal-gwardjani lokali (wardens), għal xi xogħol ta’ traffic management, partikolarment fuq siti ta’ kostruzzjoni, qed isibu diffikultà kbira biex jibbukkjaw tali servizz? Jista' jgħid ukoll xi pjan hemm biex din il-problema ma tibqax tippersisti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija toffri s-servizz ta' traffic management lil dawk li għandhom bżonn, mhux biss fuq siti ta' kostruzzjoni. Dan is-servizz jiġi pprovdut minn tim dedikat speċifikament għal dan il-għan. Is-servizz huwa disponibbli permezz ta’ booking, skont id-disponibilità. L-Aġenzija qiegħda tkompli ssaħħaħ dan it-tim, fost oħrajn, permezz ta’ sejħiet pubbliċi għall-ingaġġ ta’ aktar ħaddiema. Infurmat ukoll li dan is-servizz huwa wkoll ipprovdut mill-Pulizija u minn Transport Malta, u għalhekk, f'każ li persuna ma tinqediex fil-ġurnata li tixtieq permezz tal-Uffiċjal tal-Komunità, il-klijent jista’ jitlob dan is-servizz mill-entitajiet l-oħra msemmija.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser bit-tieni uffiċċju fil-mistoqsija tiegħu. Infurmat li l-Ministeru huwa f'binja waħda li fiha tospita l-Ministru u l-ħaddiema tas-segretarjat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Sentenzi ta’ ħabs ta’ inqas minn tnax-il xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2024 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn tnax-il xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, 471 il-persuna kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn tnax-il xahar fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2024 skontaw il-multa tagħhom u kemm kienu l-ammonti komplessivi hekk skontati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 kien hemm 109 persuni li skontaw multa jew multi kkonvertiti f’ħabs. Kumplessivament, dawn il-multi ammontaw għal- €212,390.57

Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25475 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

AFM Complaints Board — Commission for Injustices

Question

B’referenza għall-operat tal-AFM Complaints Board - Commission for Injustices, jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta’ liema parametri ġew deċiżi l-pagamenti indikati ‘ex-gratia’ billi kien hemm xi diskrepanzi varji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-pagamenti saru fuq bażi ex-gratia bħala full and final settlement għall-proċess tal-ilmenti rispettivi quddiem il-board. Dan il-pagament kien tal-istess ammont għal kulħadd.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Każijiet biex jiġu deċiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 li kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, 268 -il persuna kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat waqt li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Sentenzi ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm 431 -il persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sewqan taħt l-effett tal-marijuana

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24561 u 25292, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spot checks jew kemm persuni twaqqfu mill-pulizija li nqabdu jsuqu taħt l-effett tal-marijuana matul il-perjodu indikat fl-istess mistoqsijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 25292.