Cases involving potential child pornography or pornography
Question
To ask the Minister, out of those cases investigated involving potential child pornography or pornography per se, how many were not prosecuted? Can he please provide a copy of the decision not to prosecute such cases?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindika għal-liema perjodu qiegħda tirreferi.
Marsascala — Barranin li huma residenti mressqa fuq reati kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13216 u jgħid kemm tressqu l-Qorti barranin li huma residenti f'Marsascala fuq reati kriminali, matul l-2019? Jista’ jgħid x'kienet in-nazzjonalità f'kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ barranin li huma residenti f'Marsascala u li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali, matul l-2019 kien ta’ ħamsa u għoxrin (25). In-nazzjonalità tagħhom kienet kif jidher hawn taħt:
Numru ta’ każi
Nazzjonalità
6
Sirjani
5
Taljani
4
Somali
2
Brittaniċi
2
Serbi
1
Iraqqini
1
Slovakki
1
Rumeni
1
Vjetnamiżi
1
Ċeki
1
Russi
Total: 25
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll id-Dipartiment tal-Pulizija jagħmlu użu minn karozza waħda kull wieħed li taħdem bl-elettriku, fir-rigward tal-LESA nħarġet sejħa għall-offerti għal veturi ta’ dan it-tip fix-xhur li għaddew, liema offerta hija aġġudikata, u preżentement, ir-rapport tal-evalwazzjoni jinsab id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ipproċessar. Il-korp tal-Pulizija wkoll qed jaħdem fuq proġett li jinvolvi x-xiri ta’ vetturi elettriċi fejn possibli.
Malta Police Force – officials assigned to work with Aġenzija Appoġġ
Question
To ask the Minister, does the Malta Police Force have a specific co-ordinating official/s assigned to work with Aġenzija Appoġġ in cases involving domestic, elderly, child violence, abuse or neglect? Can he please identify the said official/s?
Response (CAMILLERI, BYRON)
‘Ninsab infurmat illi kif ġie elenkat anke fit-tweġiba għall-mistoqsija 13271 mill-Onorevoli Interpellant, hemm żewġ persuni li huma fil-Victim Support Unit tal-Pulizija li jaħdmu qrib u jikkoordinaw f’każijiet kif elenkati fil-mistoqsija, mal-Aġenzija Appoġġ, kif ukoll uffiċjal ieħor li jassisti amministrattivament.’
Malta Police Force – officials assigned to work with Aġenzija Appoġġ
Question
To ask the Minister, what are the educational and law enforcement grade qualifications of officials from the Malta Police Force assigned to work with Aġenzija Appoġġ? Can he please provide the information required?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ż-żewġ persuni li huma fil-Victim Support Unit tal-Pulizija u li dawn jaħdmu qrib mal-Aġenzija Appoġġ għandhom Masters in Counselling u Masters in Youth Work respettivament.’
Aġenzija Appoġġ – Attachè working with the Malta Police Force
Question
To ask the Minister, does Aġenzija Appoġġ have a specific attachè assigned to work with, in the Malta Police Force cases involving domestic, elderly, child violence, abuse or neglect? Can he please identify the said official?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12665, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-233 serqa li saru f'Għawdex u ġew rappurtati lill-Pulizija fis-sena 2018, ġew solvuti? Jista' jgħid kemm minnhom għadu ma tressaq ħadd il-Qorti? Jista' jgħid ukoll mill-276 serqa li saru f'Għawdex u ġew rappurtati lill-Pulizija fis-sena 2019, kemm ġew solvuti? Jista' jgħid kemm minnhom għadu ma tressaq ħadd il-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Mill-ammont ta’ rapporti ta’ serq f’Ghawdex fis-sena 2018 kien hemm 34 każ li eventwalment ġew solvuti u għaxar (10) rapporti li rriżulta li kienu każi ta’ oġġetti mitlufa u mhux serq. Fis sena 2019 mir-rapporti ta’ serq irreġistrati kien hemm 34 każ li ġie solvut filwaqt li għaxar (10) każi rrapurtati bhal serq kienu fil-fatt oggetti mitlufa.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi mhuwiex qed jipprovdi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service, contract for service eċċ.) lil dan il-Ministeru u lil kwalsiasi entità li tagħmel parti minnu.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, ma ngħata ebda konsulenza, ħatra jew ingaġġ mill-Ministeru u minn ebda dipartiment/entità fi ħdan il-Ministeru bejn April 2013 u Diċembru 2019.
B'referenza għall-ingaġġar reċenti ta' Assistance and Rescue Officers, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-individwi li għaddew mill-eżami bil-miktub? Jista' jgħid jekk ġewx ingaġġati wkoll individwi oħra li ma kinux fost dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ngaġġar riċenti ta’ Assistance and Rescue Officers, sar skont ruling tal-Public Service Commission. Ir-ruling, li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, talab li kull kandidat jingħata ċ-ċans jagħmel l-intervista inkluż dawk li ma għaddewx mill-proċess skont artiklu 6.4 tal-sejħa li ħarġet. Dan ifisser li 253 persuna kwalifikaw biex ikunu intervistati minnhom qagħdu għall-intervista 247 u 188 applikant għaddew. Dawn kienu msejħa għall-kors ta’ taħriġ skont artiklu 6.9 tas-sejħa u minnnhom għaddew 129. B’hekk dawn il-129 kienu ingaġġati bħala Assistance and Rescue Officers fi proċess li kien gwidat mill-Public Service Commission.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu bis-sigurtà tal-pulizija ħdejn id-dar tiegħu? Jekk dan hu minnu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal din is-sigurtà?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li għal raġunijiet ta’ sigurtà mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni, min ma għandux u l-modalitajiet ta’ tali protezzjoni.
Korp tal-Pulizija – taħriġ dwar il-vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija impjegati fil-Korp? Kemm minnhom ingħataw taħriġ dwar il-vjolenza domestika matul is-snin 2018, 2019 u 2020 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija sal-5 ta’ Marzu 2020 fir-rankijiet kollha kien ta’ elfejn, mitejn u tlieta u sittin (2263). Fis-snin 2018, 2019 u sa Frar 2020 l-ammont ta’ membri tal-Korp li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kien 207, fl-2018 u 473 fl-2019. Din is-sena diġa ngħataw taħriġ 69 uffiċjal u dan in-numru ser jibqa jiżdied fl-ġimgħat u xhur li ġejjin.
Marsascala – barranin li huma residenti mressqa fuq reati kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti barranin li huma residenti f'Marsascala fuq reati kriminali, matul l-2019? Jista’ jgħid x'kienet in-nazzjonalità f'kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika d-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kif jaf l-Onor. Interpellant informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ reat li huma diversi, huma elenkati fl-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, Kapitlu 539 tal-Liġijiet ta’ Malta. Kopja tal-istess Att qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax pożittivament li membri tal-Korp tal-Pulizija li jilħqu l-25 sena servizz jibdew jitħallew igawdu l-pensjoni tas-servizz fl-istess waqt li jibqgħu membri tal-Korp ħalli membri li huma tajbin, kapaċi, meħtieġa u ġenwini, ma jintilfux?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern jikkunsidra kull proposta li tista’ ssaħħaħ il-korp tal-pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm nies joqogħdu fil-Gżejjer Maltin - ta' Għawdex separatament minn dik ta' Malta - mill-1989 sal-2019 maqsuma sena b’sena? Kemm minn dawn twieldu Malta jew Għawdex, kemm minn dawn ħadu ċ-ċittadinanza Maltija u taħt liema ċirkustanzi? Kemm minn dawn għandhom permess ta' residenza għalkemm mhumiex ċittadini Maltin u minn liema pajjiż ġew?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti irregolari bil-baħar tul s-sena 2018, 2019 u 2020 u jistgħux jiġu indikati separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura, l-immigranti irregolari bil-baħar li waslu tul s-sena 2018, 2019 u 2020, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt
2018
2019
2020
1,445
3,405
989
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ serq minn entitajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi matul is-snin 2017, 2018 u 2019, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
2017
2018
2019
Total
6
1
1
8