Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — Sanzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ħarġux xi deċiżjonijiet fejn imponew xi forma ta’ sanzjoni irrespettivament tal-mod kif deskritta fuq entità li hi stabbilita oltre l-ġurisdizzjoni Maltija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu mill-2018 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, l-MFSA ħarġet deċizjonijiet fejn ġew imposti sanzjonijiet fuq entitajiet stabbiliti barra l-ġurisdizzjoni Maltija.

Selmun Palace Hotel – Proċess ta’ trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment ta' Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet, hekk kif fil-bidu ta' din is-sena, dan it-trasferiment kien wasal fl-aħħar fażi tiegħu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li turi ż-żona li ġiet inkluża f'dan it-trasferiment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ trasferiment wasal biex ikun konkluż fi żmien qasir.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W313.

Ministeru għall-Finanzi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Finanzi fl-Expo 2024 ġiet tiswa €56,544. F'din l-istand kien hemm informazzjoni dwar il-qasam finanzjarju f’pajjizna u l-ħidma tad-Dwana li tissorvelja l-fruntiera tal-pajjiz, u kopriet il-parteċipazzjoni tal-Malta Financial Services Authority u tal-Malta Tax and Customs Authority. L-Expo tas-Servizz Pubbliku zaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

L.S. 35.01 — Regolamenti dwar id-drittijiet li jitħallsu fid-dipartimenti tal-Gvern

Question

B’referenza għal Leġislazzjoni Sussidjarja 35.01 intitolata ‘Regolamenti dwar id-drittijiet li jitħallsu fid-dipartimenti tal-Gvern’, jista’ l-Ministru jispjega: i. għalfejn nomenklatura ta’ din il-Liġi tagħmel biss referenza għad-drittijiet li jitħallsu fid-dipartimenti tal-Gvern, meta f’xi stanzi d-drittijiet jitħallsu lill-awtoritajiet pubbliċi u mhux lil xi dipartiment tal-Gvern; ii. għalfejn uħud mid-drittijiet dovuti huma elenkati taħt Ministeri li wħud minnhom jew lanqas għadhom jeżistu jew inbidlet in-nomenklatura tagħhom ... pereżempju ‘Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali’?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inħarsu lejn dawn ir-regolamenti sabiex eventwalment din il-leġiżlazzjoni tiġi aġġornata.

FIAU — Karti tal-Identità li ħarġu illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), għandhiex informazzjoni dwar Karti tal-Identità li ħarġu illegalment wara l-2015 minn Identità? Jista’ jgħid ukoll x’passi se jittieħdu mill-FIAU dwar dan?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif jindika l-isem stess, il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hu responsabbli għall-ġabra, il-kollazzjoni, l-ipproċessar, l-analisi u t-tixrid ta’ informazzjoni finanzjarja bil-għan li jipprevjeni, jinkixef u jiġi miġġieled il-ħasil ta’ flus u finanzjar ta’ terroriżmu. Il-Korp m’għandux il-funzjoni jew il-poter li jinvestiga, jiġġieled jew jipprevjeni kwalunkwe attività kriminali, u l-funzjonijiet tiegħu huma dawk elenkati speċifikatament fl-artikolu 16 ta’ l-Att kontra Money Laundering. Għaldaqstant is-suġġett tal-mistoqsija ma jaqax taħt il-funzjonijiet u poteri tal-Korp.

Ministeru għall-Finanzi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Ministeru għall-Finanzi - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m'hemm ebda impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tal-Ministeru għall-Finanzi li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki.

Ministeru għall-Finanzi — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W218.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W218.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W218.

Ministeru għall-Finanzi — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W218.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W218.

L-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards

Question

Fid-dawl li f’kull ċitazzjoni u f’kull kumpilazzjoni li bdew wara l-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards hemm l-akkuża li l-frodi u l-misappropriation saru “għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat tal-Istat ma talabx lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex ikun ammess bħala parti offiża għan-nom tal-Istat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

FIAU — Ksur tal-Kostituzzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16916 li ngħatat fis-seduta tat-18 ta’ Marzu 2024, jista’ l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata b’urġenza, għaliex id-dewmien biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni jfisser li persuni li possibbilment qed jaġixxu bi ksur tal-liġi, qed jispiċċaw ma jiġux sanzjonati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s'issa għad m’hemm l-ebda deċiżjoni fuq l-appelli li ġew intavolati kemm mill-Avukat tal-Istat u mill-FIAU fir-rigward tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-Prim Awla (Sede Kostituzzjonali), hekk kif diversivament preseduta. Għalhekk naturalment, wieħed għandu jifhem illi l-eżitu u d-dettal ta’ dawn l-appelli kostituzzjonali għadu la hu determinat u wisq inqas magħruf. In oltre, wieħed irid jifhem li fid-deċiżjonijiet li ġew appellati hemm il-bżonn ta’ numru ta’ kjarifiċi sabiex wieħed ikun jista’ jiddetermina d-dettall tat-tibdil neċessarju; dejjem jekk ikun hemm bżonn ta’ tibdil. Kif diġà ġie spjegat drabi oħra, inkluż fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16916, il-Gvern jieħu kull deċiżjoni opportuna biex jassigura amministrazzjoni effiċjenti u t-twettiq effikaċi tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji. Bħala Gvern din il-materja dejjem ittieħdet bis-serjetà u f’ċertu istanzi konna delużi għaliex anke mistoqsijiet parlamentari bdew isiru sabiex jintużaw fil-Qorti għal raġunijiet mhux magħrufa però żgur mhux sabiex persuni li possibbilment qed jaġixxu bi ksur tal-liġi jiġu sanzjonati. Fil-fatt sabiex nassiguraw li kull tibdil li jaf ikun neċessarju jsir bl-iktar mod effiċjenti u tempestiv, u sabiex inkomplu nkunu sostenibbli fil-proċess ta’ infurzar effettiv, kif konna qbilna mal-Financial Action Task Force fiż-żmien li Malta kienet qed tiġi assessjata qabel il- ħruġ tagħha mil-lista l-Griża, l-Awtoritajiet Regulatorji li għandom funzjonijiet ta’ infurzar qed jaħdmu u ser jibqgħu jaħdmu biex ikomplu jsaħħu l-funzjonijiet tagħhom.

Kuntratt tat-tliet sptarijiet — Side letters ma’ żewġ kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru side letters mal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-kuntratt li kien sar mat-tliet sptarijiet? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu flus mill-Ministeru għall-Finanzi ai termini ta' dawn is-side letters minn meta bdew jitħallsu dawn iż-żewg kumpaniji u kemm kien it-total ta' flus li ngħataw dawn il-kumpaniji jew sussidjarji tagħhom bis-saħħa ta' dawn is-side letters?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

MFSA — Penalitajiet

Question

B’referenza għar-rapport annwali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għall-2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-penalitajiet imposti mill-MFSA ġew miġbura u kemm minnhom ġew ikkontestati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f l-2023, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta imponiet total ta’ penalitajiet li jammontaw għat-total ta’ €444,800, u li minnhom s’issa ġew miġbura €417,350. L-ebda penali imposta fl-2023 ma ġiet ikkontestata quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji jew il-Qrati. Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill-MFSA hija disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication Policy tal-Awtorità fuq is-sit tal-MFSA.

Proġett tal-inċineratur tal-iskart fil-Magħtab — Ħatra tal-membri f’Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hu l-Ministru responsabbli mill-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni u/jew il-ħatra tal-membri tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi inkonnessjoni mat-tender għall-proġett tal-inċineratur tal-iskart fil-Magħtab?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatriet li qed tirreferi għalihom isiru skont il-provvedimenti tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03).

Karozzi elettriċi

Question

Fid-dawl tal-fatt li pajjiżna għadu ’l bogħod milli jilħaq il-miri tiegħu ta’ karozzi elettriċi, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għotja għall-karozzi elettriċi hijiex se tibqa’ fis-seħħ għas-sena 2025 u jekk iva, hijiex se tibqa’ bl-istess ammont?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet dwar il-Baġit għas-sena 2025 għadhom għaddejin.