Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27424, dwar rapport ta’ re-audit li ntalab mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar l-edukazzjoni inklużiva, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li titlesta l-evalwazzjoni ta’ dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24482.

Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali — Konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26425 u jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika intitolata ‘Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali’ li ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Novembru 2024? Jekk kien hemm, jista’ jgħid minn min u x’kienu l-konklużjonijiet wara li saret din il-konsultazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Konsultazzjoni msemmija, infurmat li r-rispons ġie mgħoddi lill-entità kkonċernata u qed jiġi evalwat.

Edukazzjoni vokazzjonali — Immodernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26732 u jgħid x’passi qed jittieħdu biex l-edukazzjoni vokazzjonali (MCAST, ITS) tiġi mmodernizzata biex tirrifletti industriji ġodda bħal AI?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’Settembru ta’ din is-sena mistenni li jiftaħ it-Trade Institute. Ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li saru wkoll djalogi mal-istakeholders neċessarji inkluż l-MCAST u l-Ministeru, sabiex jissalvagwardjaw l-użu tal-AI.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20926.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Qawra — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra u dan minħabba l-fatt li mill-informazzjoni mogħtija jidher li l-iskola preżenti tal-Qawra, laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ estensjoni hu mistenni li jseħħ fl-istess skola biex tilqa’ għal din l-isfida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26723 u jgħid kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom f’dawn l-aħħar 11-il sena? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskejjel u meta saret din il-manutenzjoni, maqsuma skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fl-iskejjel tal-Istat issir b'mod regolari u skont in-neċessità.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – Edukazzjoni u ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26731 u jgħid kif qed jiżgura li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tindirizza d-diskrepanza bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27140, 27426 u 27478 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988 u 27624 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817 u 27625 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816 u 27626 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, u 27627 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-nefqiet finali għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li kienu stmati li jiswew 37.34 miljun Ewro? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa finali għal kull waħda mill-faċilitajiet li fuqhom saru n-nefqiet għall-istess logħob?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żgħażagħ — Tfassil tal-politika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiżgura li ż-żgħażagħ ikollhom leħen dirett fit-tfassil tal-politika, lil hinn minn sempliċi konsultazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ jlaħqu ’l fuq minn erbgħin programm differenti sabiex kemm fl-iskejjel kif ukoll matul s-sajf, fil-komunitajiet u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ toffri diversi programmi bl-għan li ż-żgħażagħ ikunu nfurmati dwar kif u fejn jistgħu jissemmgħu leħinhom. Iż-żgħażagħ jingħataw anke spazji barra minn Malta sabiex flimkien ma’ żgħażagħ ewropej jiddiskutu u jiddibattu temi t’interess għalihom u l-futur tagħhom. L-Aġenzija Żgħażagħ timpenja ruħha li tikkollabora mal-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ biex tisma’ u tfassal programmi t’interess għalihom, waqfet l-Students Council Democracy Awards li jilqa’ fih erbgħin kunsill tal-istudenti mill-iskejjel sekondarji u post sekondarji, apparti ħidma kontinwa mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Kunsill Studenti Universitarji, il-Kunsill Studenti MCAST u l-Youth Advisory Forum.