Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività tal-Gozo Sports Awards u li saret ġewwa l-Foss tac-Ċittadella, f'Għawdex nhar il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tal-ispiża hija ta’ €34,830.78 li tinkludi il-catering, set-up, dawl, insurance, wirjiet taż-żfin u mużika, sound u viżwal u stampar.
Baġit 2022- Marsalforn – proġett tal-Breakwater — Vot
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 u kemm hemm flus ivvutati fil-Budget 2022 għall-proġett ferm importanti tal-Break Water ta' Marsalforn? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għal dan il-proġett għas-sena 2021 u kemm intużaw minnhom għal dan il-proġett u għalxiex intużaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus ivvutati għal dan il-proġett għas-sena 2022 jaqgħu taħt il-vot ta’ EkoGħawdex. Il-vot għal dan il-proġett għas-sena 2021 kien ukoll parti mill-vot ta’ EkoGħawdex u għaldaqstant nirreferi lill-Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 18098.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fejn hemm ippjanat li jsir il-Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x' tip ta' xogħlijiet għad fadal li jsiru fuq dan il-proġett u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Lunzjata – crash barriers
Question
Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-crash barriers saru wara talba li saret mill-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem. Dawn il-crash barriers saru skont ir-rakommandazzjoni ta’ Transport Malta.
Għajnsielem – Triq Sant Antnin – xogħlijiet – perit u inġinier
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) li kienu inkarigati mill-Ministeru u li għadhom inkarigati fuq il-proġett u x-xogħlijiet ta' Triq Sant Antnin f'Għajnsielem?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tim tekniku sħiħ li hu inkarigat mix-xogħlijiet kif jobbliga il-kuntratt. It tim tekniku huwa iffurmat minn: il-Perit AnnMarie Delicata, il-perit Andrew Ellul, il-perit John Saliba u l-perit Anthony Cassar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar 'Tender for the embellishment of tal-Ħamrija Housing Estate, Xewkija, Gozo' (CfT CA Unique ID: SPD3/2021/006)? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk iva meta ġiet awarded u meta hu previst li jinbeda x-xogħol mitlub minn din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender ġie awarded fid-19 ta’ Lulju 2021 lil Trihills Construction Ltd għal valur ta’ € 309,917.40. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Ir-Rabat Għawdex – Triq San Ġużepp Labre – barriers u tape tal-pulizija mas-siġar
Question
B' referenza ghat-twegiba ghal-mistoqsija Parlamentari 22340, rigward r-raġunijiet għala fix-xhur li għaddew kien hemm il-barriers tal-pulizija u għad hemm it-tape tal-pulizija mdawwar mas-siġar f' parti mill-parking biswit Triq San Ġużepp Labre fir-Rabat Għawdex jista il-Ministru ghal-Ghawdex jghid fil-konkret x' sar 'mid-dipartment konċernat mit-tiswijiet ta’ din l-istruttura biex jieħu ħsieb li din tissewwa mill-aktar fis possibbli minhabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika minħabba struttura perikoluża.Jista' jgħid meta bdew ix-xogħlijiet, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u fiex jikkonsisitu? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu biex din tissewwa mill-aktar fis possibbli?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22340, ninfurmah li l-d-dipartimenti konċernati qed jaraw li din l-istruttura tissewwa mill-aktar fiss possibli
Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division — Tender
Question
B’referenza ghat-twegiba ghal-mistoqsija parlamentari 21445 rigward it-tender li ħarġet f' Mejju 2021 mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-imsemmija tender u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din l-imsemmija tender? Jista' jgħid fejn f' dawn l-aħħar xhur u fil-preżent kien qed jikri il-Ministeru għal Għawdex, għal storage u upkeen ta' tiżjin u strutturi relatati? Jista jgħid kemm kienet l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender MGOZ T 33/2021 - Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division ġiet kancellata fl-20 ta’Awwissu 2021. Il-Ministeru reġa’ ħareġ tender MGOZ T 36/2021 – Leasing of premises to be used as storage space by Stategy and Support Division u se tagħlaq fis-17 ta’ Novembru 2021.
Ir-Rabat Għawdex — Inawgurazzjoni tal-Monument ta' San Franġisk
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività tal-inawgurazzjoni tal-Monument ta' San Franġisk ġewwa Pjazza San Frangisk fir-Rabat Għawdex pubblika fit-13 ta' Lulju 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22603 - Ir-Rabat Għawdex - Inawgurazzjoni tal-Monument ta' San Franġisk.pdf
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali rimborżati għall-użu tal-karozza privata
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2020 u 2021 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimborż f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22593 tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni addizjonali.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso fix-Xagħra u jgħid x'tenders ħarġu s’issa u x’tip ta' xogħlijiet infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru fuq dan il-post u l-akkwati tiegħu matul din is-sena u s-sena id-dieħla? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom u kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 għal dan il-proġett ferm importanti għal gżira Għawdxija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp għadu għaddej u issa gew sottomess ukoll photomontages ta’ kif ħa jidher il-proġett hekk kif mitlub mis-Soprintendenza tal-Wirt Kulturali. Is-sejħiet għall-offerti huma maħsuba li jiġu ppublikati meta jinkiseb u jiġi approvat il-permess. Ix-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati jikkonsistu fil-konsolidazzjoni tal-blat tal-għar, l-iżvilupp ta’ faċilitajiet għal-viżitaturi u biex tiġi imtejjba d-dehra tas-sit. Il-vot għal dan il-proġett jagħmel parti mill-vot ta’ EkoGħawdex u s’issa intefqet is-somma ta’ Ewro 18,900.00, somma li ngħatat lil Wirt Għawdex li qiegħed imexxi il-proġett f’isem il-Ministeru għal Għawdex. Il-vot għas-sena id-dieħla jagħmel parti mill-vot ta’ EkoGħawdex.
Ministeru għal Għawdex — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 22308, 22459 u 22516, jistax il-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda obbligu da parti tal-amministrazzjoni pubblika li tippublika regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern, kuntratti li l-valur tagħhom ma jeċċediex € 5,000 u dana skont regolament 111(2) ta' L.S. 601.03? Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex bejn is-sena 2013 u s-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22308, infurmat li l-informazzjoni estensiva mitluba tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi umani tal-Ministeru sabiex tkun ikkumpilata u għaldaqstant se jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid il-parti ta' fuq ta' Triq Santa Marija, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli u diżastruż? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jsiru t-toroq li hemm bżonn madwar Għawdex kif jista’ japprezza li qed jsir.
Proġetti – konsulenzi u pariri minn periti jew ditti ta’ periti — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn periti jew ditti ta' periti għar-rigward ta' xogħlijiet u proġetti mis-sena 2017 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali – rimborż għall-użu tal-karozza privata tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19576 u jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2020 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimborż f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22593 - Ministeru għal Għawdex uffiċjali rimborż għall-użu tal-karozza privata tagħhom.pdf
Jista' l-Ministru jgħid liema back office ġdid tas-Servizz Pubbliku inġab f'Għawdex matul is-sena 2021? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti mogħtija ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata ta’ inqas minn €5,000 (eskluża l-VAT) lill-persuni mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2021 sal-lum u ċjoè kemm-il kuntratt ingħata lil dawn il-persuni biex joffru servizz lill-Ministeru jew entitajiet bħala persuni self-employed? Jista' jgħid minn f'kull każ iffirma l-kuntratti ma’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22308.