Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17153 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu jsir dumping illegali f’Għawdex fil-limiti tad-Dwejra qrib San Lawrenz? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ndunat b’dan? Skont l-istess awtorità dan l-iskart meta u kemm ilu li ġie depożitat? Fid-dawl tal- image ta’ eko-Għawdex li l-gvern qed jipprova jippromwovi, x’inhi t-tweġiba tal-gvern għar-rapporti fil-gurnal The Sunday Times li skont għadd ta’ residenti dan it-tip ta’ dumping minn skart u rubble ilu jsir mingħajr ma ttieħed ebda azzjoni snin sħaħ? Il-kunsill lokali meta għarraf lill-awtoritajiet dwar dawn l-abbużi li allegatament ilhom għaddejjin is-snin? X’passi ħadu l-awtoritajiet meta skont rapport fl-istess ġurnal id-dumping tal-construction waste allegatament ilu għaddej sa mis-sena 2000 tant li l-landfill żgħir li hemm, spiss jirreferu għaliha bħala l-mini Magħtab? Ma jħossx il-Prim Ministru li dan l-abbuż baqa' jsir ripetutament mingħajr ma ħadd jieħu ebda passi kontra min kien responsabbli għalih minn nies li sabuha konvenjenti li jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni b’dan il-mod biex jiffrankaw li jħallsu l-landfill charges tal-construction waste? Ma jħossx il-gvern li flok jistrieħ fuq il-fatt li sal-lum Għawdex minkejja li ilu li ġie ddikjarat eko-Għawdex u straħ fuq eco-warden biss, għandu bżonn nies adegwati mqabbdin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha biex jiżguraw li tiġi implimentata l-enforcement f’mod serju u effettiv? Kif jistgħu l-awtoritajiet inklużi l-Pulizija jiġġustifikaw il-fatt li ma kenux jafu b’dan l-abbuż, li ilu jkaxkar is-snin, meta biex isir dan l-abbuż regolarment intużaw trucks kbar permezz ta’ trips ripetuti minn u lejn id-dumping sites illegali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17155 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16947 u jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għal manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà taghhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17239 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Balzan — Main Street - djar skedati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'Main Street, Ħal Balzan hemmx djar skedati speċjalment minħabba li residenza minnhom kienet dar tal-Gran Mastru tal-Kavallieri? Jekk fin-negattiv, tista' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiskeda din ir-residenza li għandha valur storiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15456 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — għajnuna finanzjarja dwar studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-policy li tiffinanzja lill-Kunsilli Lokali f’għajnuna biex ikunu jistgħu jagħmlu studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq proġetti ta’ ċertu kobor fil-lokal tagħhom hijiex inkluża fir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15798.
Leg 11 PQ #15457 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsill lokali — studju ambjentali fuq il-bini tal-impjant tar-riċiklaġġ f''Sant Antnin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-għajnuna finanzjarja lill-kunsill in konnessjoni mal-istudji ambjentali fi proġetti li jistgħu jimpattaw negattivament lil-lokalitajiet tagħhom rispettivi fil-fatt bdietx mill-proġett tal-bini tal-impjant tar-riċiklaġġ f'Sant'Antnin? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi kunsilli li ġew offruti din l-għajnuna mill-gvern? Jista' jgħid jekk kienx hemm kunsilli li fil-fatt, minkejja l-offerta tal-għajnuna, irrifjutaw l-istess għajnuna finanzjarja? Fil-każ liema kienu dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15798.
Leg 11 PQ #16594 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Planning and Priorities Co-ordination Division

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji qegħdin jintużaw mill-Planning and Priorities Co-ordination Division fl-għażla ta' proġetti għal ko-finanzjament ta' proġetti u inizjattivi minn fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropeja u liema miżuri jittieħdu meta tali divizjoni ma tilqax talba biex proġett jew inizjattiva jiġu aċċettati għal tali finanzjament, filwaqt li jgħid x'inhu r-rwol tal-Kabinett biex jassigura li proġetti ta' importanza nazzjonali u li ilhom snin twal biex jitwettqu u ma sarux minħabba nuqqas ta' fondi ma jibqgħux ma jsirux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet juża’ sett ta’ kriterji li huma approvati mill-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Programmi, skond ir-Regolamenti tal-Fondi ta’ Koeżjoni. Dawn il-kriterji jinsabu fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment, http://www.ppcd.gov.mt/links_and_downloads?l=1, u qed inpoġġiha ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra. Meta t-talba biex proġett jew inizjattiva ma tintlaqax, id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-entità li tkun ressqet l-applikazzjoni u jkun hemm perjodu fejn l-enitità tista’ tappella minn din id-deċiżjoni. Il-Programmi ta’ Koeżjoni jikkostitwixxu riżors finanzjarju wieħed li l-Gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq proġetti ta’ importanza nazzjonali.
Leg 11 PQ #16595 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta' riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-ex segretarju eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li kienet sottomesa f'Diċembru 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja ta’ l-ex-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Dan wara li ġie ottenut il-permess tal-persuna konċernata għall-fini ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Leg 11 PQ #16596 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta' ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16597 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sejħa għall-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni ġie impjegat l-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel meta wieħed jikkunsidra li s-sena l-oħra l-gvern ħareġ stqarrija għall-istampa biex jgħid li kien ħatar Kap Eżekuttiv għall-istess Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex tinħoloq sinerġija bejn dawn iż-żewġ entitajiet u għaldaqstant tali aġir jimmina l-istess azzjoni meħuda mill-gvern u għalhekk mitlub li jiġġustifika tali ħatra filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-istess individwu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern ma ħareġ l-ebda sejħa għall-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel separata minn dik ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-Kap Eżekuttiv li nħatar fis-sejħa msemmija fil-mistoqsija huwa l-Kap Eżekuttiv kemm tat-Teatru Manoel kif ukoll ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Huwa kien inħatar fl-4 ta’ Mejju 2009 wara sejħa li kienet inħarġet.
Leg 11 PQ #16598 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Responsability leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jaċċetta t-talba tal-persuna, li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f'impjieg pubbliku għall-estensjoni tar-responsability leave fuq bażi umanitarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjonijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, il-persuna inkwistjoni diġà eċċediet il-limitu ta’ tmien snin leave bla ħlas; u mhux irrakkomandat li l-persuna, li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, tingħata estensjoni tar-responsibility leave.
Leg 11 PQ #16836 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Bini ta' Airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15144 u 13538 u jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13538.
Leg 11 PQ #16879 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

distanza speċifika miż-żona residenzjali sal-impjant għar-riċiklaġġ tal-iskart

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita xi distanza speċifika dwar kemm impjanti għar-riċiklaġġ tal-iskart u l-ġenerazzjoni tal-gass (tipo l-impjant ta’ Sant' Antnin) għandu jkun 'il bogħod minn żoni residenzjali u/jew kumplessi ta’ persuni bi ħtiġijiet speċjali skont regoli/liġijiet tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Kumitat dwar l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, kemm trid tkun id-distanza? F'kaz li ma teżistix, jidhrilu li din għandha tkun stabbilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda parametru ta' distanza minima bejn impjant għar-riċiklaġġ tal-iskart u l-ġenerazzjoni tal-gass u żoni residenzjali u/jew kumplessi ta’ persuni bi ħtiġijiet speċjali. Il-prassi hi li jsir l-istudju li jiddetermina l-impatti ambjentali u jekk jirriżulta li hemm bżonn ta' distanzi minimi, dawn joħorġu minn studji bħal dawn. Dawn l-istudji huma aktar dettaljati minn distanza statutorja stabbilità minn qabel, huma bbażati fuq studji xjentifiċi u jinvolvu proċess ta' konsultazzjoni u skrutinju pubbliku. Barra dan, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16400.
Leg 11 PQ #16887 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal proġetti sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15743 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jirriżultax li hemm xi skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal dak li huwa finanzjament ta' proġetti sportivi li jkunu qed isiru fuq livell lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kordinazzjoni li tista' ssir mill-Ministeru għal dawn il-programmi ta' għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16888 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — Bibien ta' ex-lukanda magħluqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ex-lukanda li tinsab qrib il-pjazza ta' Buġibba u li għandha l-bibien tagħha fil-ground floor miftuħa jiġu magħluqa għaliex il-post qed isir eye sore?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16889 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — bibien ta' ex lukanda magħluqa

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jieħu l-passi neċessarji biex il-bibien ta' lukanda li m'għadhiex tintuża fil-front ta' Buġibba (qrib il-pjazza) jingħalqu b'mod permanenti, peress li qed iservi bħala post ta' abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16952 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17000 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knisja tal-Vitorja tal-Belt — orgni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-orgni li għandu fuq 200 sena tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17001 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knisja tal-Vitorja tal-Belt — restawr ta' pittura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr tal-pittura tas-saqaf tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt li għandha valur stortiku kbir? X'sar mir-restawraturi barranin li oriġinarjament kienu appuntati jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17002 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord Mediku — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Mediku imwaqqfin skont l-Artiklu 14 Taqsima 2 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali? Meta l-aħħar li ltaqa’ dan il-bord? Kemm għandha każi quddiemha l-Kummissjoni Elettorali jistennew biex jidhru quddiem il-bord, kemm biex jiġu kkanċellati u kemm biex jiġu reġistrati? Jekk qed ikun hemm dewmien, għaliex dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman tal-Bord Mediku huwa Dr. S. Schembri Wismayer u l-Membri huma Dr. A. Grech u Dr. J. Spiteri. L-aħħar li ltaqa’ dan il-Bord kien fis-26 ta’ Marzu, 2010. Jien infurmat li bħalissa ma hemmx każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Elettorali biex jiġu riferiti lill-Bord u l-anqas hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord.