Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17116 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

soluzzjoni għat-trab iswed f'diversi inħawi ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Parlament dwar il-ħidma li saret mit-tekniċi tal-gvern fl-aħħar xhur biex tiġi solvuta l-problema tat-trab iswed fiż-żoni tal-Fgura, Raħal Ġdid, Tarxien u l-madwar? X'soluzzjoni sabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17217 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin Industrial Estate — fabbrika li qed tipproduċi exhausts b'riħa qawwija

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli li fil-Kordin Industrial Estate hemm plastics moulding factory li qed tħalli exhausts b’riħa qawwija joħorġu direttament fid-direzzjoni tal-courts tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17222 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16936 u jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17223 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17225 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rationalisation exercise — skema ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17007 u 16777 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tar-rationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17231 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq stallazzjoni ta' lift f'appartament

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16853 u ċioe: B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħaw it-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17260 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Rabat — San Lawrenz Għawdex - tender għat-testijiet tat-tafal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru huwa responsabbli għat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender u tat-testijiet li saru wara li ngħatat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15091 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ fl-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jerġgħu joħorġu sejħiet għad-dħul fl-Armata, sabiex min hu interessat li jidħol u ma laħaqx applika jkun jaf meta jmiss ingaġġ ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ fil-Forzi Armati ta’ Malta għalqet fid-29 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Hu maħsub li sejħa oħra terġa’ tiġi ppublikata għal bidu tas-sena 2011.
Leg 11 PQ #15554 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

punti mid-diskors tal-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13717 u 12541 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-diskors tal-budget paġna 44, jista' jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens: a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġà weġibt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 13717 għas-sena kurrenti hemm żewġ skemi ta’ għajnuna finanzjarja mmirata għal toroq residenzjali. L-ewwel skema, tikkonsisti fi proġett pilota għat-toroq u li għaliha ġew magħżula t-toroq fil-Madliena (lokalità Swieqi), l-Imqabba u Ħal Kirkop. Għal dawn it-tlett proġetti pilota ġiet ivvutata s-somma ta’ €1 miljun. Minbarra dan, permezz ta’ ċirkolari maħruġa fil-bidu ta’ din is-sena, il-Kunsill Lokali ġew infurmati li jistgħu joħorġu sejħiet għal offerti ta’ bini ta’ għadd ta’ toroq residenzjali permezz ta’ Public Private Partnership , fejn il-kuntrattur hu obbligat li jibni u jmantni t-toroq allokati lilu fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jalloka €1 miljun bħala fondi speċjali bil-ħsieb li l-Kunsill joħroġ il-parti tiegħu. Hu mmirat li permezz ta’ din l-għajnuna isiru b’kemm jiswew madwar €8 miljun f’xogħolijiet ta’ toroq residenzjali.
Leg 11 PQ #15555 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iffirmar ta' ftehim mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13723 u 12442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġà weġibt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 13723 għal darb’oħra nitolbu mill-ġdid biex jispeċifika x’tip ta’ ftehim qiegħed jirreferi għalih, ċioe jekk hux qiegħed jirreferi għal xogħlijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għan-nom tal-Kunsill, jew inkella xogħolijiet li saru fuq skala nazzjonali fejn il-funzjoni taż-żamma u l-manutenzjoni ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #15556 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13786 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx il-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-kunsill lokali tagħhom jidher fuq il-website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali? X'passi se jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 13786 u 15053.
Leg 11 PQ #16689 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turżimu — ramliet aċċessibli għall-perusni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16116 u jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16725 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Head office

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17003 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar votanti eliġibbli

Question

B'referenza għall-elezzjonijiet amministrattivi tas-Sibt 27 ta’ Marzu 2010 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti eliġibbli? Kemm ingħataw avviżi lill-votanti (minflok Dokumenti tal-Votazzjoni) biex jitqassmu mill-Maltapost? Kemm minn dawn l-avviżi ma tqassmux fl-ewwel attentat? Kemm ġiet l-ispiża li tħallset lill-Maltapost għal dan l-eżeċizzju? Jista' jgħid jekk il-ħlas għal dan l-eżerċizju dovut lill-Maltapost tħallasx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ votanti eliġibbli fl-elezzjonijiet għall-kumitati amministrattivi tal-komunitajiet li saru fis-27 ta’ Marzu, 2010, kien ta’ 8,304. Dan jeskludi 358 votanti rreġistrati fuq Santa Luċija, Kerċem, fejn ma saritx il-votazzjoni. Ingħataw 8,304 Avviż lill-Votant biex jitqassmu mill-Maltapost. Ma tqassmux 334 minnhom. L-ammont dovut lill-Maltapost kien ta’ €1,170.65 għax-xogħol u ta’ €1,575.00 għall-pustaġġ, liema ammonti diġà tħallsu.
Leg 11 PQ #17087 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li bdew l-impjieg tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17107 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar ħaddiema għat-tiswija tal-vapuri

Question

In vista tal-fatt li s-soċjetà Palumbo ddikjarat li tixtieq timpjega ħaddiema għal xogħol fit-tiswija tal-vapuri, u in vista tal-fatt li l-Avviż Legali 433 tal-2002 u d-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Trasferiment ta' Negozju jagħmilha tassattiva li l-ex-ħaddiema għandhom jiġu preferuti u li għandhom jibqgħu jgawdu mill-kondizzjonijiet li kellhom, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi biex jassigura li d-dettami tal-liġi appena msemmija jiġu obduti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress illi kien ċar illi ma kienx hemm interess illi l-operat jinbiegħ jekk ikun hemm impjegati fil-post, ittieħdu miżuri sabiex l-interessi tal-ħaddiema jiġu mħarsa billi tfasslu skemi ta' rtirar kmieni. Ħaddiema, li kienu ftit, li ma għażlux illi jieħdu vantaġġ minn dawn l-iskemi ġew assenjati xogħol f'post ieħor fis-settur pubbliku mingħajr telf ta' benefiċċji u ġew hekk assenjati qabel ma' kien hemm xi forma ta' trasferiment lil Palumbo. Illum mal-kumpanija MSL ma hemmx ħaddiema mpjegati magħha għajr dawk b'ġimgħa b'ġimgħa fuq il-parti tas- super yachts. Wieħed irid jiċċara wkoll li Palumbo mhux ser jixtri l-kumpanija MSL imma ser jieħu b'kiri parti mill-art li l-MSL kienet qed tikri mill-Gvern u li issa l-Gvern ser jikri lil Palumbo. Għal dawn ir-raġunijiet l-provvedimenti tal-liġi ndikati mill-Onorevoli Interpellant ma japplikawx.
Leg 11 PQ #17110 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sejħa pubblika għal kummissarju tat-tfal

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra s-sejħa pubblika għal applikazzjoni (skont wegħda 258 tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali) li ġiet utilizzata sabiex l-ex Segretarju Parlamentari Helen d'Amato inħatret Kummissarju tat-Tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta’ din il-ħatra, inkluż il-konsultazzjoni meħtieġa, huwa stipulat fil-liġi (sub artikolu (1) tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal, Kap. 462 tal-Liġijiet ta’ Malta). Dan il-proċess qed ikun osservat.
Leg 11 PQ #17114 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaġar Qim u Imnajdra — ċelebrazzjoni għal ftuħ taċ-ċentru tal-vizitaturi u t-tined

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fis-7 ta' Gunju, 2010 se jkun hemm il-ftuħ taċ-ċentru tal-vizitaturi u t-tined ta' Ħagar Qim u ta' l-Imnajdra? X'ċelebrazzjonijiet se jsiru? Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru in house jew inkella se jitqabbad xi ħadd minn barra Heritage Malta biex jieħu ħsiebhom? Jekk iva, min? F'kull każ x'se tkun l-ispiża minfuqa fuq dawn iċ-ċelebrazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17136 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9767, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rapport dettaljat ta’ rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tressaqx quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel dwaru l-KMIES? Irreferih lill-gvern għall-kunsiderazzjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel il-gvern s’issa fuq dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17141 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar estiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kmamar tan-nar li kienu liċenzjati fl-2005, qed jitolbu li jiġu rilokati jew estiżi fid-daqs tagħhom? Liema huma dawn il-kmamar tan-nar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.