Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mix-xahar ta' Marzu 2010 'l quddiem minn kull kunsill lokali? Min kienu l-kuntratturi li ngħataw dawn id-direct orders? Jista' jagħti l-ammont ta' kull direct order kunsill b'kunsill? X'kienet ir-raġuni għall-għotja ta' dawn id-direct orders? Ittieħdu passi mid-Dipartiment tal-Kunsilli f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Kunsilli lokali — offerti li ma kenux l-orħos offerta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw offerti mill-kunsilli lokali li ma kenitx l-orħos offerta minn Jannar 2010 'l quddiem? Kemm kien l-ammont ta' kull offerta u d-differenza tal-ammont involut mill-orħos waħda kunsill b'kunsill? Għal liema xogħol ingħata l-kuntratt u jekk kienx hemm raġunijiet għaliex ingħatat mhux lill-orħos offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17155 u 16947 u jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex l-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u l-Ippjanar (MEPA) tkun tista’ toħroġ il-compliance certificate neċessarju sabiex il-Kunsill Lokali jkun jista’ japplika kif meħtieġ għall-installazzjoni tal-provvista tad-dawl eletriku fl-inħawi msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif ingħata l-permess li jintrama tower crane propju fit-tarf tal-Imdina liema struttura qiegħda taffettwa b'mod negattiv id-dehra tal-Imdina li hi meqjusa wirt storiku ta' importanza dinija?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Suldati tal-Armata — punti mnaqqsa minħabba sick jew medical excuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li fl-aħħar eżerċizzju tal-promozzjonijiet tal-Armata, tnaqqsulhom punti minħabba sick jew medical excuses li kienu kaġun ta' injury fuq il-post tax-xogħol? Jista' jgħid kemm minn dawn ma ħadux il-promozzjoni minħabba dan it-tnaqqis?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il tender ġie mwaqqaf jew pospost is-sena li għaddiet? Jista' jgħid għaliex ġew imwaqqfa jew posposti dawn it-
tenders?
Suldati — xogħol fuq mnissjonijiet barra minn Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li qegħdin jagħmlu xogħol barra mill-pajjiż fuq missjonijiet? Jista' jgħid xi training preparatorja qiegħed jiġi mogħti lil dawn is-suldati?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu biex jissalvawardjaw l-interessi u l-welfare tas-suldati u tal-familji tagħhom f'każ li dawn iweġgħu fuq xogħlhom jew jinqala xi inkwiet mhux previst lill-familjari tagħhom waqt in-nuqqas tagħhom fuq xogħol barra minn xtutna?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex u x'kienu l-kriterji tal-għażla biex dan l-aħħar żewġ maġġuri jiġu mogħtija promozzjoni għar-rank ta' acting Lieutentant Colonel?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtara materjal mid-detention service minn meta d-detention service ġie mwaqqaf? Kif inxtara, b'tender jew b'direct order? Lil min ingħata t-tender jew direct order? Fejn qiegħed dan il-materjal li sewa mijiet tal-eluf tal-liri llum?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17225, 17007 u 16777 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tar-rationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-aħħar sitwazzjoni dwar li status ta' artijiet li ġew ammessi fiż-żona ta' l-iżvilupp permezz ta' l-eżerċizzju tar-razzjonalizzazjoni li ġie approvat mill-parlament Malti f'Lulju tal-2006.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15903 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 15248, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hix tikkunsidra xi arranġamenti speċifiċi u ulterjuri għal dawk adottati preżentament jew maħsuba li jidħlu fis-seħħ permezz tar-riforma, sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-mistoqsijiet parlamentari riferuti, kif ukoll oħrajn simili, li jidħlu fl-istess awtorità b’mod regolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, r-riforma hekk kif imħabbra fl-abbozz mill-Gvern Ċentrali, taħseb li applikazzjonijiet barra l-limiti ta' żvilupp għall-irziezet u serer għal skop agrikolu, ikollhom terminu stabbilit ta' 26 jew 52 ġimgħa, skont il-kumplessità u n-natura tas-sit u l-użu propost.
Id-differenza kbira li ser tiġi ntrodotta bir-riforma hija l-hekk imsejħa
'pre-screening'
, ċioé fejn qabel ma jibda l-proċess formali, il-MEPA tinforma lill-applikant u l-perit taħt liema skeda ser tiġi proċessata l-applikazzjoni, jekk il-prinċipju tal-iżvilupp propost imurx kontra xi
policy
ta’ importanza kbira, liema studji addizzjonali jista' jkun hemm bżonn ma' l-applikazzjoni formali, il-konsultazzjoni li jkun hemm bżonn ma' Dipartimenti tal-Gvern jew Awtoritajiet oħra, u l-miżata applikabbli.
Permezz ta' din is-sistema ġdida wieħed jista' jkun jaf minn qabel il-principju tal-iżvilupp propost jaqbilx mal-
policies
ta' l-Awtorità u t-terminu ta' l-applikazzjoni tiegħu.
Filwaqt li l-fatt li Ryanair stabilew bażi f'Malta huwa pożittiv, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiswew lill-Malta (fisku) il-preżenza ta dawn il-low cost? Jista' jgħid x'inhuma l-inċentivi li jingħataw biex joperaw lejn pajjiżna? Jikkonferma jekk l-istess inċentivi jingħatawx ukoll lill-linja nazzjonali ta' pajjiżna Air Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern u l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu iqisu l-aċċessibilità lejn u minn pajjiżna bħala fattur kruċjali għas-suċċess tal-industrija tat-turiżmu.
Grazzi għall-ħidma li tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu mal-linji tal-ajru,
tour operators
u
Malta International Airport,
Malta għandha rabta bl-ajru ma’ 76 destinazzjoni. Iż-żieda fir-rotot qed tagħti riżultat tant li n-numru tat-turiżmu lejn pajjiżna qed jikber.
B’sodisfazzjon ninnota li l-linja Nazzjonali tal-Ajru tagħna, minkejja l-introduzzjoni ta’
Low Cost Carriers
u operaturi oħrajn irnexxielha żżomm il-
market share
tagħha.
L-Awtorità tat-Turiżmu tirriklama f’destinazzjonijiet li minnhom joperaw linji tal-ajru. Isiru kampanji ta’ riklamar konġunti ma linji tal-ajru inkluż l-Air Malta. Minn żmien għal żmien il-Gvern joħroġ sejħiet għal linji tal-ajru li jkunu interessati joperaw rotot ġodda. Kull linja tal-ajru inkluż l-Air Malta jistgħu japplikaw biex joperaw dawn ir-rotot.
Jista' l-Prim Ministru jirraporta bil-permess tal-familja, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, l-eżitu tal-laqgħa li saret maċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirlix li għandi nirraporta b’dan il-Parlament, l-eżitu dwar laqgħa li kien hemm mal-MEPA. L-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi lil din il-familja sabiex titlob din l-informazzjoni liċ-Chairman tal-MEPA li m’għandix dubju, ma jsibx diffikulta li jagħti l-informazzjoni kollha li jista’.
Kunsilli lokali — sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi u impjegati fid-diversi kunsilli lokali li kienu, jew qed jiġu, investigati fil-perjodu ta’ bejn is-snin 2006 sal-lum mill-Kummissarju tal-Pulizija u/jew mid-Dipartiment tal-VAT separatament?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
a) min huma l-persuni involuti;
b) liema kunsilli lokali jappartjenu;
ċ) x'inhu s-suġġett tal-investigazzjoni;
d) jekk l-investigazzjoni hix konkluża;
e) l-eżitu tal-konklużjoni tal-istess investigazzjoni?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konklużjonijiet ta’ kull investigazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirlix li jkun xieraq li nwieġeb din il-mistoqsija u dan fl-interess ta’ kull investigazzjoni li tista’ tkun qiegħda ssir.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema snin finanzjarji xi kunsilli lokali ppreżentaw deficit fir-rapport finazjaru tagħhom? Liema huma l-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 11644 fl-20 ta’ Novembru 2009.
Kunsilli lokali li bbilanċjaw id-deficit finanzjarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema snin il-kunsilli lokali bbilanċjaw id-deficit finazjarju permezz ta’ kontravenzjonijiet mhux imħallsa mill-bidu tas-sistema tal-LES? Liema huma l-kunsilli lokali u jgħid kemm-il darba l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Ministeru Konċernat ġibed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar dan?
kunsill lokali li applikaw biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali applika biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership (Memo 45/2010) fejn jidħol ir-resurfacing ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali ? Liema huma l-kunsilli lokali? Liema huma t-toroq f'kull lokal li ġew identifikati biex isir ix-xogħol? Kemm għandha area kull triq li fiha mistenni jsir xogħol ta' resurfacing u kemm mistennija tiġi tiswa kull triq?