Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15876 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Manutenzjoni tal-patrimonju storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiġi jiswa lill-kaxxa ta' Malta ż-żamma u l-manutenzjoni tas-siti, mużewijiet u dak kollu li jaqa' taħt il-patrimonju u l-ħarsien storiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Heritage Malta, l-Aġenzija Nazzjonali responsabbli miż-żamma tas-siti Storiċi, mużewijiet u kollezzjoni nazzjonali tirċievi fondi mingħand il-gvern ta’ €3,300,000. Il-gvern kien iddeċieda li din l-aġenzija iżżomm ukoll id-dħul mill-biljetti ta’ entratura liema qliegħ ilaħħaq madwar €3,900,000 u qliegħ ieħor li jaqbeż il-€500,000. Minbarra dan il-gvern peress tas-Sezzjoni tar-Restawr jagħmel interventi fuq binjiet storiċi partikularment fuq is-swar. Ta’ min isemmi li l-Gvern permezz ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea qiegħed iwettaq numru ta’ proġetti ta’ restawr u konservazzjoni fuq is-swar u siti ta’ tempji neolitiċi.
Leg 11 PQ #15877 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' biljetti ta' dħul ta' viżitaturi li jżuru mużewijiet u siti storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern bejn Jannar u Diċembru 2009 mill-miżata li tiġi mħallsa mill-visitaturi li jżuru mużewijiet u siti storiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn Jannar u Diċembru 2009, Heritage Malta daħlet Euro 3,923,484 mill-biljetti mħallsa mill-viżitaturi li jżuru mużewijiet u siti storiċi.
Leg 11 PQ #15878 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siti li jaqgħu taħt il-patrimonju dinji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn siti li jaqgħu taħt il-partimonju dinji kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta għandha tliet iskrizzjonijiet fil-lista ta’ Partimonju Dinji tal-UNESCO. Dawn huma: 1. Il-Belt Valletta (1980) 2. L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni (1980) 3. It-Tempji Megalitiċi (1980 / 1992). Din l-aħħar iskrizzjoni tiġbor fiha sitt tempji preistoriċi: Ħaġar Qim u l-Imnajdra – il-Qrendi, Ħal Tarxien – Tarxien, il-Ġgantija – Xagħra, Għawdex, Skorba u Ta’ Ħaġrat – l-Imġarr, Malta).
Leg 11 PQ #16160 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pool ġdid tas-segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi fil-pool ġdid ta' segretarjat eżekuttiv? F'liema dipartiment tal-gvern jinsabu? X'grad għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16161 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma is-segretarji eżekuttivi ta' kull kunsill lokali? Min minnhom daħal ġdid fis-settur governattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16162 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi ġodda tal-kumitat reġjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi ġodda tal-kumitat reġjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull Kumitat Reġjonali għadu kemm ġie mitlub jagħżel uffiċjal mill-pool tas-Segretarji Eżekuttivi. Dan peress li wara sejħa li saret minn fost is-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, kien hemm persuna waħda biss (f’Għawdex) li wriet ix-xewqa li tiġi kkunsidrata għal Segretarju Eżekuttiv mal-Kumitat Reġjonali.
Leg 11 PQ #17177 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Order

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17332 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17153 u jgħid kemm ilu jsir dumping illegali f’Għawdex fil-limiti tad-Dwejra qrib San Lawrenz? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ndunat b’dan? Skont l-istess awtorità dan l-iskart meta u kemm ilu li ġie depożitat? Fid-dawl tal- image ta’ eko-Għawdex li l-gvern qed jipprova jippromwovi, x’inhi t-tweġiba tal-gvern għar-rapporti fil-gurnal The Sunday Times li skont għadd ta’ residenti dan it-tip ta’ dumping minn skart u rubble ilu jsir mingħajr ma ttieħed ebda azzjoni snin sħaħ? Il-kunsill lokali meta għarraf lill-awtoritajiet dwar dawn l-abbużi li allegatament ilhom għaddejjin is-snin? X’passi ħadu l-awtoritajiet meta skont rapport fl-istess ġurnal id-dumping tal-construction waste allegatament ilu għaddej sa mis-sena 2000 tant li l-landfill żgħir li hemm, spiss jirreferu għaliha bħala l-mini Magħtab? Ma jħossx il-Prim Ministru li dan l-abbuż baqa' jsir ripetutament mingħajr ma ħadd jieħu ebda passi kontra min kien responsabbli għalih minn nies li sabuha konvenjenti li jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni b’dan il-mod biex jiffrankaw li jħallsu l-landfill charges tal-construction waste? Ma jħossx il-gvern li flok jistrieħ fuq il-fatt li sal-lum Għawdex minkejja li ilu li ġie ddikjarat eko-Għawdex u straħ fuq eco-warden biss, għandu bżonn nies adegwati mqabbdin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha biex jiżguraw li tiġi implimentata l-enforcement f’mod serju u effettiv? Kif jistgħu l-awtoritajiet inklużi l-Pulizija jiġġustifikaw il-fatt li ma kenux jafu b’dan l-abbuż, li ilu jkaxkar is-snin, meta biex isir dan l-abbuż regolarment intużaw trucks kbar permezz ta’ trips ripetuti minn u lejn id-dumping sites illegali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17333 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi kuntatti mal-Unjoni Ewropea u/jew istituzzjonijiet tagħha dwar funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt primarjament dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru il-ġdid minflok l-Opera House l-antika? Jekk iva, kien hemm xi feedback indikattiv min-naħa tal-Unjoni Ewropea dwar dan, u x'kien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riġenerazzjoni urbana hija prijorità għall-Gvern Malti kif ukoll fil-politikà ta’ koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Għalkemm il-proġett tal-Belt m’għandux ko-finanzjament mill-fondi ta’ koeżjoni, tajjeb li wieħed isemmi li fondi ta’ koeżjoni ġew allokati għall-proġett – Stronger Cottonera Communities – The Citizen’s Right to accessibility and mobility.
Leg 11 PQ #17368 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — segretarjat privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fis-segretarjat privat tad-dekasteru tiegħu? Min huma u xi kwalifiki għandhom? Kemm jitħallsu fix-xahar u x'perkaċċi għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarjat Privat tiegħi huwa kompost hekk: Isem Pożizzjoni Edgar Galea Curmi Head of Secretariat Leonard Callus Deputy Head of Secretariat Charles Bonello Private Secretary Josephine Vassallo Personal Secretary Gordon Pisani Head of Government Communications Stephania Dimech Sant Policy Co-ordinator Daniela Allen Personal Secretary to Mrs Gonzi Silvio Farrugia Logistics Co-ordinator Ugo Callus Office Co-ordinatior Charmaine Gerada Customer Care Co-ordinator Margaret Abdilla Co-ordinator Maryanne Cachia Secretariat Officer Robert Cutajar Secretariat Officer Alfred Mangion Secretariat Officer Monica Mizzi Secretariat Officer Joe Sultana Secretariat Officer James Cauchi Secretariat Officer Marica Vella Secretariat Officer Jurgen Cassar Secretariat Officer David Herrera Secretariat Officer Jean Paul Fabri Secretariat Officer Myriam Debono Secretariat Officer Marlene Caruana Member of Secretariat Pool Jeanette Abdilla Member of Secretariat Pool Maria Louise Magro Taliana Member of Secretariat Pool Claudine Baldacchino Member of Secretariat Pool Andre' Attard Member of Secretariat Pool Doris Bugelli Charwoman Anna Micallef Charwoman Tony Brincat Secretariat Messenger Paul Schembri Secretariat Messenger Anthony Caruana Secretariat Messenger Joe Camilleri Secretariat Messenger Joseph Saliba Secretariat Messenger Saviour Bianchi Secretariat Messenger Patrick Grech Driver/Security Is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari Chris Said huwa kompost hekk: Isem Pożizzjoni Pierre Mejlak Head of Secretariat Mark Mizzi Private Secretary Mario Xuereb Communications Co-ordinator Cynthia Misokova Policy Co-ordinator Sylvann Aquilina Zahra Policy Co-ordinator Alexia Maria Sultana Secretariat Officer Johann Attard Secretariat Officer Mario Borg Secretariat Officer Wally Gaffarena Secretariat Officer Anthony Borg Secretariat Officer Marlene Muscat Member of Secretariat Pool Tiziana Castillo Member of Secretariat Pool Antoinette Cauchi Secretariat Messenger Anthony Theuma Driver / Security Officer Andrew Muscat Driver / Security Officer Is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari Mario DeMarco huwa kompost hekk: Isem Pożizzjoni Jesmond Schembri Head of Secretariat Genevieve Abela Private Secretary Joseph Zahra Communications Co-ordinator Marika Grech Policy Co-ordinator Lourdes Micallef Secretariat Officer Paul Micallef Secretariat Officer Josephine Guillaumier Member of Secretariat Pool Carmen Guillaumier Member of Secretariat Pool Michael Azzopardi Secretariat Messenger Doris Gauci Secretariat Messenger Joseph Xuereb Driver/ Security Officer Il-kuntratti ta’ dawn l-impjegati huma konformi mal- Guidelines for the Engagement of Staff in Ministers’ Private Secretariats approvat mill-Kabinett u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Ġunju 2008.
Leg 11 PQ #17418 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17455 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta' Ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17242 u 16596 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16137 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq residenzjali li tlestew

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma it-toroq residenzjali li tlestew permezz ta' fondi li l-gvern għadda lill-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #16142 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Convenience

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilità tal-Public Convenience, tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom ir-responsabbilità tal-Public Convenience u qed jagħmlu proġetti mas-settur privat? X'tip ta' proġetti u b'liema mod qed jiġi involut is-settur privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #16744 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17269 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15859, 15616, 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-bidu tas-sena 2008, l-Awtorita` Marittima ta’ Malta (illum Transport Malta) inawgurat il-Ferry Terminal fl-Imġarr, Għawdex biex tipprovdi faċilitajiet aħjar, aktar siguri u effiċjenti għall-passiġġieri u vetturi li jaqsmu bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Dan it-terminal sewa €11.8m. Matul l-2010 Transport Malta bdiet il-proġett tal-bini tal- Ferry Terminal fiċ-Ċirkewwa biex jikkumplimenta dak li nbena f’Għawdex. L-ewwel fażi, li mistennija titlesta dan is-sajf, tinvolvi il-proviżjoni ta’ faċilita` temporanja għall-passiġġieri f’żona oħra tal-port. Dawn il-faċilitajiet jinkludu struttura li fiha jistgħu jistennew il-passiġġieri, toilets , għassa tal-Pulizija, venda tal-karrozzi tal-linja, drop-off point għall-passiġġieri, u tibdil f’bankini u toroq. Dan qiegħed isir biex aktar tard ikun jista’ jinbeda x-xogħol fuq il-bini tat-terminal bl-inqas inkonvenjent possibli għall-passiġġieri. Fil-fatt, diġa tlesta it-tender tal-kostruzzjoni, li mistenni jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin. It-terminal huwa stmat li ser jiswa €12m. Dan il-proġett mistenni li jiġi kofinanzjat mill-fondi tal-UE. Rigward trasport bl-ajru, id-Direttorat dwar l-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta hu responsabbli biex meta jkun hemm talba minn operatur biex jopera bl-ajru minn Malta għal Għawdex, it-talba tiġi ipproċessata skont il-proċeduri stabbiliti.
Leg 11 PQ #17270 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17271 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15862, 15597, 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal tipi ta’ turiżmu. Sabiex tattira dawn it-tipi ta’ turiżmu l-Awtorita’ tat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi tilħaq ftehim ta’ joint marketing ma’ tour operators li jirreklamaw lil Għawdex, riklamar ffukati fuq Għawdex u attivitajiet promozzjonali oħra. Fost dawn l-attivitajiet, ta’ min isemmi li l-Awtorita’ torganizza fam trips u tara li l- Media barranija tippubblika artikli fuq Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-inizjattivi li ttieħdu f’dan ir-rigward minn Jannar 2008 sa nofs dis-sena. Huwa kkalkulat li l-Awtorita’ tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta u lil Għawdex hija akbar. Qiegħed inpoġġi wkoll kopja tal-artikli u reklami għal Għawdex li l-Awtorita’ tat-Turiżmu ħadmet fuqhom bejn Jannar u April tas-sena 2010.
Leg 11 PQ #17296 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dirretur Gvern lokali

Question

B'referenza għan-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala direttur Gvern Lokali, jista' l-Prim Ministru jikkonferma: a) jekk qattx kellu xi charge jew twissija fil-konfront tiegħu kemm dam direttur; u b) jekk il-performance rating tiegħu kenitx waħda għolja jew baxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17297 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema ta' ġbir u riċiklaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li sal-lum hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta? Liema hi? Kemm ilha fis-seħħ din il-liċenzja? Hemm xi applikazzjonijiet oħrajn pendenti? Ta' min huma? Meta intefgħu? Hemm xi applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jekk iva, liema huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.