Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17460 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Data fuq il-kwalità tal-arja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17276 u jikkonferma jekk id-data tal-kwalità tal-arja teżistix by segment? Jista' jipprovdi figuri dwar particulate matter għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm-il darba l-gvern jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad ma għandhomx id-data neċessarja, x’time lines jeżistu biex dawn jibdew joperaw skont normi stabbiliti tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17505 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

azzjonijiet ta’ nfurzar fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16764 u 16178 u jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu f’din l-aħħar sena, fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa, sabiex jitwaqqaf l-użu illegali ta’ żebgħa li m’hijiex ‘VOC compliant’ skont kif titlob il-liġi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-VOC fiż-żebgħa tal-karozzi? X’miżuri ġodda beħsiebu jieħu l-gvern sabiex jaċċerta lill-operaturi ta’ dan is-settur illi ż-żebgħa li qed tintuża għat-tiswijiet tal-karozzi hija biss dik permessa mil-ligi u jekk hemm xi miżuri ġodda ppjanati, meta ser jibdew jitwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità Maltija għall-iStandards, permezz tad-Direttorat tas-sorveljanza tas-suq għamlet ispezzjonijiet għand tlett operaturi ekonomiċi li jużaw iż-żebgħa tal-karozzi u tlett ispezzjonijiet għand operaturi li jimporta jew jimmanifattura din iż-żebgħa. Dawn l-ispezzjonijiet saru flimkien ma’ l-Awtorità Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar. F’dawn l-ispezzjonijiet ġie nnutat illi definizjoni kif fil-liġi oriġinali kienet tagħti lok għal interpretazzjoni differenti minn dak mixtieq u li għalhekk l-infurzar tal-liġi ma setax ikun effettiv kemm wieħed jixtieq. Għalhekk il-liġi issa ġiet mibdula sabiex ikun jista’ jsir infurzar aħjar. L-Awtorita’ beħsiebha tinforza il-liġi kif ġiet emendata dan l-aħħar sabiex ikun żgurat li ż-żebgħa li tinsab fuq is-suq tkun konformi ma’ din il-liġi.
Leg 11 PQ #17517 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp turistiku f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15833, 15595, 15631,14222 u 17265 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17271.
Leg 11 PQ #17523 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17136, jista’ l-Prim Ministru issa jgħid jekk ir-rapport dettaljat ta’ rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tressaqx quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel dwaru l-KMIES? Irreferih lill-gvern għall-kunsiderazzjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, meta? X’għamel il-gvern s’issa fuq dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport li sar mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD f’Għawdex wara konsultazzjoni mill-organizzazzjonijiet kollha rappreżentanti fuq dan il-Kumitat ġie mgħoddi lill-Kunsill tal-MCESD u lill-Ministru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment qabel il-Budget li tħabbar f’Novembru 2009. Il-Kunsill Malta għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ressaq dan ir-rapport mas-sottomissjonijiet li saru minn naħa tal-Kunsill qabel il-Budget. Rakkomandazzjonijiet li hemm f’dan ir-rapport ġew inklużi fid-diskors tal-Budget filwaqt li fuq rakkomandazzjonijiet oħra beda x-xogħol biex jiġu implimentati saħansitra qabel il-Budget.
Leg 11 PQ #17527 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni għadu ma ddaħħalx kollu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 16266 u ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin ser jiġi ppublikat ukoll l-Kodiċi ta’ Prattika ai termini tal-passi neċessarji sabiex din tidħol fis-seħħ.
Leg 11 PQ #15879 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jagħmlu manutenzjonijiet fis-siti storiċi u mużewijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu manutenzjoni f'siti u mużewijiet f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm 22 impjegat li jaħdmu fil-manutenzjoni f’siti ta’ Heritage Malta (sitta f’Għawdex & sittax f’Malta).
Leg 11 PQ #16164 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — finanzjament għall-attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13864 u jgħid kemm kien l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2009? Liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw xi attività kulturali? Meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet u x-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm ġiet tiswa fi flus kull attività? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali u ċioe kemm ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm ħarġet kull awtorità governattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-Parlament.
Leg 11 PQ #16165 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forti Delimara — Restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-1982 il-Forti Delimara ngħatat f’idejn raħħal għall-użu bħala maqjel tal-majjali. Heritage Malta ħadet il-Forti taħt ir-responsabbilità tagħha fl-2005. Minn dak iż-żmien ’l hawn Heritage Malta wettqet għadd ta’ miżuri sabiex il-Fortizza ma tibqax issofri ħsarat ikkawżati minn vandali li kienu jiżgassaw u jokkupaw il-Fortizza illegalment sa dakinhar. Saru wkoll studji sabiex wieħed jistabbilixxi l-kundizzjoni u l-potenzjal tal-Fortizza. Għalkemm ma jeżistix pjan immedjat għar-restawr ta’ Forti Delimara, bdew diskussjonijiet bejn Heritage Malta u NGO sabiex wieħed jistabbilixxi jekk jistax isir xi ftehim ta’ kooperazzjoni bil-għan li l-Forti tiġi restawrata.
Leg 11 PQ #16166 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — fondi speċjali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13866 u jgħid liema huma l-iskemi ta' fondi speċjali għall-kunsilli lokali għal din is-sena, jiġifieri għas-sena 2010? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi għajnuna/skemi/inizjattivi tal-Unjoni Ewropea fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Minn liema għajnuna/skemi/inizjattivi bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi mill-ġdid lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13866, kif ukoll għal tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari oħra Numru 1681.
Leg 11 PQ #16187 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Latrini pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi f'Malta u kemm f'Għawdex? F'liema lokalità jinsabu? Kemm minnhom ġew devoluti lill-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #16299 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenzi Stampa organizzati mis-Segretarjat għall-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf is-Segretarjat għall-Kunsilli Lokali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kemm ġew organizzati konferenzi stampa mill-istess segretarjat? X'kien is-suġġett tal-konferenza u liema kienet il-ġurnata? Min kien il-kelliem ewlieni ta' kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Konferenza għall-Istampa, anke permezz tan-natura tagħha stess, hija xi ħaġa pubblika u tiġi notifikata lill-mezzi kollha tal-media kull meta tinżamm. Għaldaqstant l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija waħda li diġà qegħda fid-domain pubbliku.
Leg 11 PQ #16300 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

konferenzi stampa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru konferenzi stampa f'din il-leġislatura mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Meta saru? X'kien is-suġġett f'kull konferenza stampa? Min kien il-kelliem ewlieni f'kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16299.
Leg 11 PQ #16753 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17444 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi dwar il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilliera lokali hux qed jingħataw xi tagħrif fuq il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, billi donnu xi kunsilliera lokali mhumiex konxji biżżejjed tal-obbligi li għandhom fil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li mis-sena 2008 ’l hawn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali beda jorganizza programmi ta’ taħriġ apposta għall-membri eletti fil-Kunsilli Lokali, u issa anke għall-membri eletti fil-Kumitati Amministrattivi. L-iskop ta’ dan it-taħrig hu li joffri l-opportunità lill-Kunsillieri, kif ukoll lill-membri eletti fil-Kumitati Amministrattivi, li jirċievu tagħrif ġenerali dwar l-irwol u r-responsabbilitajiet tagħhom taħt il-Liġi dwar Kunsilli Lokali, u jaġġornhom bl-iżviluppi u l-inizjattivi li jolqtu l-operat tal-Gvern Lokali. Ta’ min nirrimarka li tali taħriġ iservi ukoll ta’ opportunità biex permezz tagħha l-parteċipanti jaqsmu flimkien l-esperjenzi u l-prattiċi tajbin biex jilqgħu aħjar għad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. B’hekk ikunu f’qagħda aħjar biex iservu lir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom.
Leg 11 PQ #17509 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stat ta' illegalitá f'sit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15089 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta tiegħu jgħid li se tittieħed azzjoni diretta fuq is-sit in kwestjoni, l-persuna responsabbli mill-istat ta' illegalità qiegħda titħalla tkompli l-iżvilupp illegali bi sfida ta' kull azzjoni ta' nfurzar ikkontemplata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17511 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Rabat — San Lawrenz Għawdex - tender għat-testijiet tat-tafal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17260 u jgħid liema Ministeru huwa responsabbli għat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender u tat-testijiet li saru wara li ngħatat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17514 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15837 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei — ITU

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13790 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega jekk meta bħalma ġara din is-sena li l-ITU tal-Isptar Mater Dei tingħata Ġieħ ir-Repubblika, il-ħaddiema li f'dak iż-żmien kienu jagħtu s-servizz tagħhom f'din is-sala jistgħux u għandhomx dritt jibdew iniżżlu wara isimhom il-kliem M.O.M. u dan għax l-ITU mhuwiex il-bini u l-magni, imma huma l-impjegati li jagħmlu s-servizz effiċjenti u tajjeb?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika ġiet mogħtija lit-Taqsima għall-Kura Intensiva skont Artikolu 9 tar-Regoli dwar Unuri, Għotjiet u Dekorazzjonijiet (L.S. 251.01) li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb infakkar lill-Onorevoli li qabel ma saret l-emenda fis-sena 2009 rikonoxximent lil grupp f’salt ma kienx possibbli. Fil-motivazzjoni li ġiet ippreżentata waqt iċ-Ċerimonja tar-Repubblika ntqal li l-Midalja ġiet mogħtija bħala rikonoxximent u apprezzament għall-kontribut mogħti mit-Taqsima għall-Kura Intensiva lejn il-pajjiż. Il-Midalja u l-ittri huma simbolu u f’dal każ ma jingħatawx “ad personam” tant li l-President ma jlibbisx il-midalja lil min jirrapreżenta lill-grupp fiċ-Ċerimonja tat-13 ta’ Diċembru.
Leg 11 PQ #15875 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista' ta' siti storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tas-siti storiċi li jaqgħu taħt il-patrimonju u l-ħarsien pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-siti storiċi kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.