Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17546 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17571 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar il-biodiversità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux - kif għandhom pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea – pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar il-biodiversità? Jekk iva, meta ġie addottat u fiex wasal fl-implimentazzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17578 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17613 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li dan ix-xogħol jibda? Jista jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkuldi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali u l-Ministeru konċernat.
Leg 11 PQ #17617 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja

Question

B’riferenza għall-bar f’Windsor Street f’Tas-Sliema, li ismu qed jintbagħat separatment, peress li jidher li dan is-sit se jkun night club, jista’ l-Prim Ministru jinfurmani taħt liema liċenzja se jiftaħ dan in-night club u jekk hux ammissibbli li jinfetaħ night club f’area residenzjali? Saru xi studji dwar l-impatt ta’ parkeġġ biswit il-post u dwar il-ħsejjes li jinħarġu mill-post? Hemm il-liċenzji neċessarji mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u mill-Pulizija? X’kienu l-kummenti mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dwar dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità tat-Turiżmu toħroġ liċenzji għal night clubs. Iżda qabel toħroġ tali liċenzja, l-Awtorità tat-Turiżmu tara li jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Awtorità tar-Riżorsi, ċertifikazzjoni mill-Protezzjoni Ċivili, ċertifikat minn Inġinier kwalifikat li l-post huwa sound proof, li s-sid għandu kondotta nadifa u permess mill-MEPA. Il-bar indikat f’Windsor Street f’Tas-Sliema għandu liċenzja valida ta’ bar u mhux ta’ night club . Ma saret l-ebda talba lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu sabiex fil-lok imsemmi toħroġ liċenzja ta’ nightclub .
Leg 11 PQ #17621 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — C Special Duties Company - membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega u jfisser għaliex numru żgħir ta' 15-il membru tal-Forzi Armati li qegħdin fis-C Special Duties Company huma diskriminati minn membri oħra tal-Armata meta dawn ma jistgħux sal-lum jagħmlu request biex jiġu transferred f'sezzjonijiet oħra fl-Armata, u dan għax jidher li dawn ġew impoġġija f'kuntratt indefenit kontrarjament għal membri oħra tal-istess Forzi Armatai? Jara li dan il-grupp żgħir ta' 15 il-membru fl-Armata għandu jiġi mpoġġi fl-istess kundizzjonijiet li qegħdin membri oħra fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu voluntarjament ngaġġaw fil-Forzi Armati ta’ Malta wara żewġ sejħiet b’termini u kundizzjonijiet speċifiċi fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex iservu fis-‘C’ (Special Duties) Company u allura bl-obligi li japplikaw għal din il-kumpanija. Għalkemm il-gruppi ta’ suldati li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant oriġinalment kellhom iservu fis C (Special Duties) Company għat-tul kollu tas-servizz tagħhom, dan l-aħħar ġie deċiż illi dawn jingħataw il-possibilità li jiġu trasferiti għal xi sezzjoni oħra tal-FAM wara li jgħalqu tnax il-sena servizz f’din il-kumpanija.
Leg 11 PQ #17661 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17690 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — evalwazzjoni tal-policy tax-Shooting range

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-evalwazzjoni tal-policy dwar ix-shooting ranges li kienet qed titfassal mill-Awtorità tal-Ippjanar u iktar riċenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi mill-aħħar PQ 15607 u s-sitwazzjoni għadha l-istess.
Leg 11 PQ #16001 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolamenti tal-ħaddiema taċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk illum il-ġurnata, Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea għandhiex regolament fejn jgħidu li jekk ikun hemm xi ħaddiem maċ-ċivil li ilu jaħdem u jokkupa kariga għal iktar minn tlett snin, issa minħabba r-regolament li rridu nsegwu, dak il-ħaddiem b'mod awtomatiku jieħu dak il-grad li qed jaħdem fih? Jista' jispjega kif din is-sitwazzjoni u regolamenti ġodda se jaffettwaw lill-ħaddiema taċ-ċivil? Jekk dawn ir-regolamenti huma minnhom, fejn irid japplika dak il-ħaddiem li qiegħed jokkupa kariga sabiex jingħata dik il-kariga b'mod uffiċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda direttiva tal-Unjoni Ewropea li tgħid li jekk ħaddiem jokkupa kariga għal aktar minn tlett snin, dan il-ħaddiem jieħu dak il-grad li qed jaħdem fih b’mod awtomatiku. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk jogħġbu jispeċifika aktar fid-dettal.
Leg 11 PQ #16003 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kwalifiki għal restawratur

Question

B'referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 13808, jista' l-Minsitru jgħid il-grad ta' Mastru li għalih isir kors ta' 4 snin mill-MCAST fejn jikkwalifika fir-restawr u x'responsabiltajiet għandu quddiem il-liġi Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-grad ta’ Mastru huwa l-għola grad fil-qasam vokazzjonali jasal sar-raba’ livell ta’ kwalifika skont il-European Qualification Framework. Ir-responsabbilitajiet li għandu l-Mastru quddiem il-liġi Maltija huma kif indikat fil-Cultural Heritage Act jiġifieri jista’ jaħdem fuq xogħol ta’ restawr taħt is-superviżjoni ta’ persuna li għandha l-warrant.
Leg 11 PQ #16301 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

konferenzi stampa mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew organizzati konferenzi stampa mill-kunsilli lokali fis-snin 2008, 2009 u sal-lum? Liema huma l-kunsilli lokali? X'kien is-suġġett? Min kien il-kelliem ewlieni f'kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nafx li tinżamm informazzjoni ta’ din ix-xorta pero Konferenza Stampa, anke permezz tan-natura tagħha stess, hija xi ħaġa pubblika u għaldaqstant ma narax illi l-Kunsilli Lokali għandhom joqgħodu jaħlu r-riżorsi tagħhom fi ġbir ta’ nformazzjoni li diġa qeda fid-domain pubbliku.
Leg 11 PQ #16336 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara t-twaqqif tal-MEUSAC fejn inħolqot struttura biex tgħin lill-kunsilli lokali fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u li bejn Diċembru 2008 u Frar 2010 il-Funding Unit tal-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex fil-mili ta' 95 applikazzjoni taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw fil-mili ta' dawn l-applikazzjonijiet? Għal liema programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16898 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq San Ġwann Bormla - xogħlijiet fuq ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-appartamenti fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla ilhom li ġew abitati, meta se jsir ix-xogħol fuq il-ġnien quddiem il-Cospicua Rangers, li ilu fi stat disastruż għal ħafna snin? Jista' għalanqas jingħata time frame meta se jsir dan ix-xogħol għax ilu jingħata dati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17340 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Balzan — Main Street - djar skedati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17239 u jgħid jekk f'Main Street, Ħal Balzan hemmx djar skedati speċjalment minħabba li residenza minnhom kienet dar tal-Gran Mastru tal-Kavallieri? Jekk fin-negattiv, tista' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiskeda din ir-residenza li għandha valur storiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17391 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki u Kunsillieri — safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u għalhekk tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17429 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin Industrial Estate — fabbrika li qed tipproduċi exhausts b'riħa qawwija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17217 u jinvestiga ilmenti li wasluli li fil-Kordin Industrial Estate hemm plastics moulding factory li qed tħalli exhausts b’riħa qawwija joħorġu direttament fid-direzzjoni tal-courts tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li uffiċjali tal-MEPA investigaw dan il-każ nhar il-Ħamis 25 ta’ Marzu kif ukoll nhar il-Erbgħa 12 ta’ Mejju. Fiż-żewġ każijiet, ir-rapporti jindikaw li fil-ħin ta’ l-investigazzjonijiet, l-uffiċjali ma nnotaw l-ebda exhausts jew irwejjaħ qawwija ħerġin mill-plastic moulding factory. Madankollu, l-uffiċjali tal-MEPA innotifikaw lis-sid ta’ din il-fabbrika, sabiex jistalla apparat adekwat biex jiffiltra aħjar l-arja li ħierġa minn din l-istallazzjoni. Il-MEPA wkoll talbet u ngħatat informazzjoni dwar it-tip ta’ materjal jew kimika li tintuża fuq il-post. L-informazzjoni tindika li, b’referenza għad-direttiva 1999/45/EC (Reach Compliance), il-materjal użat mhuwiex perikoluż. Ta’ min jgħid ukoll, li fl-akwati tal-courts tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club hemm diversi attivitajiet industrijali li jistgħu joħolqu nkonvenjent u għalhekk jista’ jagħti l-każ li l-allegati rwejjaħ irriżultaw minn sorsi oħra u mhux mill-plastic moulding factory.
Leg 11 PQ #17434 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq stallazzjoni ta' lift f'appartament

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17231 u 16853 u ċioe: B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħu t-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ġiet rifjutata fit-28 ta’ Jannar 2009 u l-Awditur tal-MEPA ippubblika rapport fuq dan is-suġġett fis-26 ta’ Novembru 2009. Fil-konklużjoni tiegħu, l-Awditur qabel mad-deċiżjoni li ttieħdet mill-MEPA. Huwa żied ghid li f’każi bħal dawn il-konsiderazzjoni umanitarja m’għandhiex tiġi njorata iżda lanqas ma għandhom jiġu njorati l-kuntest urban u l-karatteristiċi tal-madwar. Ġa la darba l-applikant ma talabx rikonsiderazzjoni tal-applikazzjoni u lanqas appella mid-deċiżjoni, tista’ tiġi esplorata l-ideja ta’ l-Awditur li l-applikant jiddiskuti alternattiva mal- Planning Control Unit fi ħdan il-MEPA biex isir disinn ħolistiku tal-blokka kollha u mhux ta’ parti waħda biss. Għandu jkun disinn li jirrispetta l-arkitettura ta’ l-iżvillup għax kif sostna tajjeb l-Awditur ir-raġunijiet umanitarji m’għandhomx jipprekludu soluzzjoni aċċettabbli.
Leg 11 PQ #17445 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air show fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra/San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li flimkien mal-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, l-air show annwali jirritorna lejn l-inħawi ta' Buġibba/Qawra/San Pawl il-Baħar billi meta nżamm f'dawn l-inħawi serva ta' attrazzjoni turistika mhux żgħira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser nitlob lil Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex tiddiskuti s-suġġeriment mal-organizzazjoni li torganizza l- Air Show Annwali.
Leg 11 PQ #17446 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Banda tal-Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li f'xi uħud mill-weekends, b'mod partikolari dawk tas-sajf, il-banda tal-Forzi Armata twettaq programmi ta' marċi fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra li jistgħu servu ta' attrazzjoni turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għal matul l-istaġun tas-sajf, il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta qed tħejji numru ta’ programmi mużikali biex jittellgħu f’postijiet turistiċi madwar Malta. L-inħawi ta’ Buġibba/Qawra huma inklużi fil-programm.
Leg 11 PQ #17459 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17233, 17011 u 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.