Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma persuni li jiffurmaw il-Kummissjoni Elettorali? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba fuq il-Bord tal-Kummissjoni Elettorali hija s-segwenti:
Isem
Data tal-ewwel ħatra
Remunerazzjoni u benefiċċji
Chairman u Kummissarju Elettorali Prinċipali
Is-Sur Salv Gauci
01/02/2010
Remunerazzjoni u benefiċċji marbuta ma’ dawk ta’ Segretarju Permanenti fi skala 2
Membri
Dott Joe Buttigieg
30/08/1999 sa 06/06/2001 u minn 30/08/2003
€531.68 kull xahar flimkien ma’ €2,329.37 kull darba li ssir elezzjoni, u spejjeż ta’ telefonati konnessi mal-elezzjoni
Is-Sur Mario Callus
30/8/1989
Is-Sur Salvu Fenech
30/08/2003
Is-Sur Vanni Ganado
30/08/1993
Is-Sur Salvu Sant
30/08/2003
Is-Sur Tony Sultana
30/08/2003
Dott Raymond Zammit
29/11/2006
Dott Joe Zammit Maempel
15/05/2009
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma c-chairman u d-diretturi tal-Awtorità Maltija dwar l-iStandards? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba fuq il-Bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-iStandars 2009 – 2011 hija s-segwenti:
Membri
Jirrappreżentaw
Data ta’ l-ewwel ħatra
Remunerazzjoni
Ing Francis E Farrugia -
Chairperson
24/01/2000
€9,084.56 fis-sena u faċilità ta' telefon b'xejn, sa massimu stabbilit
Is-Sur Godwin Warr
Direttur Industrija
01/03/2004
Ex-officio
Is-Sur Joseph P Brincat
Kontrollur Dwana
08/04/2010
Ex-officio
Is-Sur Noel Azzopardi
Direttur Agrikoltura
10/07/2008
Ex-officio
Dott Mireille Vella
Direttur Affarijiet tal-Konsumatur
05/06/2007
Ex-officio
Is-Sur Martin Seychell
Direttur Protezzjoni Ambjentali
01/10/2006
Ex-officio
Is-Sur John Attard Kingswell
Direttur Saħħa Pubblika
07/12/2007
Ex-officio
Perit Nicholas Samut-Tagliaferro
Kamra tal-Periti
24/01/2003
€2,795.25 fis-sena
Ing Dawn Zammit
Kamra tal-Inġiniera
24/01/2009
€2,795.25 fis-sena
Is-Sinj Marianne Sant Fournier
Kamra tal-Ispiżjara
24/01/2000
€2,795.25 fis-sena
Dott Louis Zammit Mangion
Kunsill tal-Università ta' Malta
12/06/1997
€2,795.25 fis-sena
(fil-proċess li jiġi nominat)
Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija
€2,795.25 fis-sena
Is-Sur Andrew W J Mamo
Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija
15/01/2004
€2,795.25 fis-sena
Is-Sur Godwin C Micallef
Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija
17/07/2000
€2,795.25 fis-sena
Is-Sur Patrick Cutajar
General Retailers and Traders Union
19/02/2010
€2,795.25 fis-sena
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma c-chiarman u d-diretturi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba fuq il-Bord ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hija s-segwenti:
Isem
Data tal-ewwel ħatra
Remunerazzjoni u benefiċċji
Chairperson
Is-Sur Louis A Farrugia
01/01/2010
€16,305.10 fis-sena
Deputat Chairperson
Is-Sur Ray Fenech
09/07/2008
€1,211.28 fis-sena u €93.17 għal kull laqgħa
Membri
Is-Sur Lino D Abela
Is-Sur Joseph Cappello
Is-Sur Tony Coleiro
Is-Sur Philip Fenech
Is-Sur Julian Jaeger
Is-Sur George Micallef
Is-Sur Joseph Muscat
Is-Sur Iain Tonna
Is-Sinj Veronica Zammit Tabona
25/01/2010
01/09/1999
24/01/2008
09/07/2008
09/07/2008
25/01/2010
09/07/2008
14/05/2005
25/01/2010
€1,211.28 fis-sena u €93.17 għal kull laqgħa
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — skema Private Public Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ weriex interess li jipparteċipa fl-iskema private public partnership sabiex isir xogħol ta' resurfacing f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid xi proposti ressaq dan l-istess kunsill u liema huma t-toroq li qed jiġu dentifikati għal din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sa issa l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma ssottometta ebda applikazzjoni biex jipparteċipa fl-iskema private public partnership għal xogħol ta’ resurfacing ta’ toroq f’Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ jipprovdix is-servizz ta' bring-in sites? Jekk iva, kemm-il bring-in site hemm madwar Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta dawn il-bring-in sites ġew stallati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ qiegħed jipprovdi sistema ta’ separation bins f’9 postijiet madwar Ħaż-Żebbuġ. Dawn ġew installati f’Marzu 2010.
applikazzjoni tal-proġett ta' żvilupp f'Ħondoq ir-Rummien
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern tiegħu u allura tar-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward l-applikazzjoni tal-proġett ta' żvilupp f'Ħondoq ir-Rummien tenut kont tal-oppożizzjoni murija mill-Gvern Lokali tal-Qala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-applikazzjoni msemmija, u dwar l-applikazzjonijiet l-oħra sottomessi lill-MEPA, hija li jħalli f’idejn il-MEPA sabiex tiddeċiedi skont il-liġi u ma jindaħalx fil-vot partikolari tal-membri.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb itella' festivals oħra apparti l-Eurosong biex il-kantanti lokali ikollhom iktar opportunitajiet biex jesebixxu t-talent tagħhom? Meta se jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-Kanzunetta Maltija?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17177 u 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?
notifika ufficjali lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk ħarġitx notifika uffiċjali lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, biex dan javża lill-kunsilli lokali kollha ħalli dawn ma jagħtux kuntratti ta’ xogħol jew supply lill-kumpaniji implikati fil-każ tal-korruzzjoni fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk din in-notifika nħarġet, jista’ l-Prim Ministru jpoggi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk in-notifika ma ħarġitx, jista’ jagħti raġuni valida ghalfejn din l-ordni ma ħarġitx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għadha ma ħarġet l-ebda notifika uffiċjali f’dan ir-rigward. Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Istqarrija numru 0784 li ħarġet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-3 ta’ Mejju 2010.
Il-Gvern se jressaq emendi biex persuna li tkun kisret il-liġi ma tkunx tista’ tieħu xogħol b’
tenders
tal-Gvern. Dan ikun jgħodd ukoll għall-kumpaniji fejn ikun hemm direttur jew diretturi li jkunu kisru l-liġi. Sallum, il-liġijiet ta’ Malta ma jipprovdux għal dan u meta persuna tingħata interdett mill-Qorti skont il-kodiċi kriminali, dan ikun ifisser biss li ma tkunx tista’ tokkupa kariga pubblika.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17228, 17013, 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17210 u jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17340 u 17239 u jgħid jekk f'Main Street, Ħal Balzan hemmx djar skedati speċjalment minħabba li residenza minnhom kienet dar tal-Gran Mastru tal-Kavallieri? Jekk fin-negattiv, tista' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiskeda din ir-residenza li għandha valur storiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kbira, Ħal Balzan tinsab fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana skont il-Gazzetta tal-Gvern Numru 16331 ippubblikata fl-20 ta’ Settembru 2006 (kif emendata fil-Pjan Lokali approvat fl-2006. Skont il-Pjan ta’ Struttura kull bini fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana hu protett skont il-policies ta’ l-istess Pjan ta’ Stuttura u dawk tal-Pjan Lokali.
Il-MEPA m’għandhiex informazzjoni liema hi din id-dar li kienet residenza tal-Gran Mastru. Għalhekk, kemm-il darba xi ħadd jixtieq li jiġi skedat bini partikolari l-proċedura hi li jibgħat
siteplan
li permezz tagħha tiġi ndikata liema hi din il-binja kif ukoll xi ritratti u referenza fejn hemm informazzjoni ppubblikata dwar din il-binja.
Il-MEPA tiskeda binja wara li tkun inġabret l-informazzjoni u din tiġi dokumentata u verifikata. Jekk minn din l-informazzjoni jiġi kkonfermat li l-binja għandha tiġi skedata, il-
Heritage Planning Unit
fi ħdan il-MEPA fuq talba tagħha stess jew tas-Sovratendenza tal-Kultura tressaq talba lill-
Board
tal-MEPA u jekk din tiġi rakkomandata mill-
Board
tal-MEPA tmur għall-approvazzjoni tal-Ministru nkarigat mill-ippjanar.
Wara li jkun sar l-iskedar tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u jiġu nfurmati s-sid jew sidien tal-binja. Is-sid jew sidien għandhom żmien stipulat fejn jistgħu jitolbu lill-MEPA biex tirrikonsidra l-iskedar li tkun għamlet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ memo numru 64/2010 li ntbgħat lill-Kunsilli Lokali fil-11 ta’ Mejju 2010.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17418, 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17351 u jispjega kif ingħata l-permess li jintrama tower crane propju fit-tarf tal-Imdina liema struttura qiegħda taffettwa b'mod negattiv id-dehra tal-Imdina li hi meqjusa wirt storiku ta' importanza dinija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-3 ta' April 2007, inħareġ permess numru PA 6961/05 sabiex jiġu restawrati s-swar ta' taħt il-Palazz Vilhena, li jinsab fit-tarf tan-naħa tax-Xlokk ta' l-Imdina, minħabba l-ħsarat estensivi li hemm. Kundizzjoni numru 3 kienet tistipola li jiġi sottomess Construction Management Plan għall-approvazzjoni mill-MEPA. Dan ġie sottomess, fil-5 ta' Frar 2008, fejn il Perit ġie mitlub jikkjarifika fuq xi punti. Fl-4 ta' Frar 2010 ġie sottomess dokument emendat li jinkludi wkoll dettalji ta' tower crane sabiex jiġu esegwiti x-xogħolijiet kif approvati. Il-Construction Management Plan u l-pjanti mehmuża miegħu ġew approvati mill-MEPA.
Żjara tal-Papa f'Malta — kumitat responsabbli mill-protokol
Question
Jista' l-Prim Ministru, mingħajr ma jgħid l-ismijiet tal-persuni, jgħid x'inhuma l-kredenzjali ta' dawk li kienu responsabli mill-aspett ta' protokol taż-żjara tal-Qdusija Tiegħu il-Papa li żar Malta f'dawn l-aħħar ġranet? Dan il-kumitat kien responsabbli mill-protokol ta' xi żjarat oħra ta' livell għoli bħalma kienet din iż-żjara? Xi żjarat kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitat Nazzjonali Organizattiv għaż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI kien responsabbli wkoll mill-aspett tal-protokoll.
F’dan il-kumitat kien hemm persuni li ilhom jaħdmu fuq żjarat simili għal diversi snin u għalhekk għandhom esperjenza vasta f’dan ix-xogħol kif ukoll oħrajn li anke għandhom esperjenza fid-diplomazija barra minn Malta u esperjenza fl-Uffiċċju tal-Protokoll f’Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli biex jorganizza l-wasla tal-Qdusija Tiegħi l-Papa l-ajruport? Kemm kien hemm mistednin għal din il-wasla? Fuq liema kriterji ġew mistiedna dawn il-mistednin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali kien responsabbli għaċ-ċerimonja tal-wasla fost l-oħrajn.
Bi ftehim mal-Awtoritajiet tal-Vatikan, ġie deċiż li għaċ-ċerimonja tal-wasla jkun hemm dawn l-awtoritajiet li kellhom jilqgħu uffiċjalment lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI kif ukoll ammont ta’ nies oħrajn li jkunu jistgħu jsegwu ċ-ċerimonja.
Għalkemm l-istedina ħarġet mill-kumitat organizzattiv nazzjonali, il-lista tal-mistednin ġiet formulata kemm mill-Kumitat Organizzattiv tal-Gvern kif ukoll mill-Kumitat tal-Knisja u dan kif sar f’kull attività oħra fejn inħarġu inviti.
Iż-żewġ kumitati ħassew li għal din iċ-ċerimonja kellu jkun hemm persuni mill-lista tal-Protokol kif ukoll persuni li b’xi mod jew ieħor kienu involuti fl-organizzazzjoni taż-Żjara tal-Papa fost l-oħrajn.