Ritratti fil-postijiet tal-votazzjoni fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija jiġu ritornati r-ritratti li kienu ntużaw fil-postijiet tal-votazzjoni fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għalkemm ammont ta’ ritratti tal-kandidati wżati fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew kellhom jiġu distrutti minħabba li tqattgħu meta nqalgħu peress li kienu twaħħlu bit-tape, ma jżomm xejn milli l-kandidati, li ħadu sehem fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li jiġbru r-ritratti oħra mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta.
Suldati tal-Armata — punti mnaqqsa minħabba sick jew medical excuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li fl-aħħar eżerċizzju tal-promozzjonijiet tal-Armata, tnaqqsulhom punti minħabba sick jew medical excuses li kienu kaġun ta' injury fuq il-post tax-xogħol? Jista' jgħid kemm minn dawn ma ħadux il-promozzjoni minħabba dan it-tnaqqis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont kif ġie mħabbar lis-suldati kollha permezz tas-Soldiers Career Handbook li jirregola l-proċess tal-promozzjonijet tas-suldati u li daħal fis-seħħ matul is-sena 2009 m’hemm l-ebda tnaqqis fil-marki li wieħed jista jingħata fl-assessment tiegħu f’każ ta’ assenza minn fuq il-post tax-xogħol ikkawżata minn injury on duty. L-istess m’hemmx tnaqqis ta’ marki f’każ ta’ eżenzjonijiet minn duties militari sa massimu ta’ 28 ġurnata f’każ li individwu jweġġa waqt li jkun qed jaqdi dmirijiet militari.
Fl-aħħar eżerċizzju ta’ promozzjonijiet, kien hemm erba’ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li tnaqqsulhom il-punti minħabba
Sick Leave
jew
Medical Exemptions
li kienu kaġun ta’
injury
li seħħet fuq il-post tax-xogħol. Tnejn minn dawn ma kienux eliġibbli għall-promozzjoni billi ma kienux laħqu għamlu żmien biżżejjed fil-grad rispettiv tagħhom, wieħed ieħor ma kienx irrakkomandat minħabba każijiet ta’ dixxiplina u nuqqasijiet fl-effiċjenza tiegħu, filwaqt li l-aħħar wieħed kien affettwat minħabba inċident li seħħ kważi ħames snin ilu u allura qabeż iż-żmien stipulat li għalih ma jitnaqqsux il-marki. It-tnaqqis ta’ marki f’dan il-każ affetwah fl-ordni tal-mertu finali sabiex jimtlew il-vakanzi allokati.
Suldati — xogħol fuq mnissjonijiet barra minn Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li qegħdin jagħmlu xogħol barra mill-pajjiż fuq missjonijiet? Jista' jgħid xi training preparatorja qiegħed jiġi mogħti lil dawn is-suldati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li:-
1. Forzi Armati ta’ Malta għandha 24 persuna jservu fuq missjonijiet barra mill-pajjiż kif muri fit-tabella hawn taħt:
EUNAVFOR ATALANTA Operational Headquarters
1
EVNAVFOR ATALANTA VESSEL PROTECTION TEAM
12
EU TRAINING MISSION SOMALIA
3
EU MONITORING MISSION GEORGIA
2
FRONTEX
6
TOTAL
24
It-taħriġ preparatorju jvarja minn missjoni għall-oħra u jinkludi programm ta’ taħriġ ta’ rutina, u taħriġ speċjalizzat li jkun “
operation specific
”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu biex jissalvawardjaw l-interessi u l-welfare tas-suldati u tal-familji tagħhom f'każ li dawn iweġgħu fuq xogħlhom jew jinqala xi inkwiet mhux previst lill-familjari tagħhom waqt in-nuqqas tagħhom fuq xogħol barra minn xtutna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kollha kkonċernati, dan l-aħħar ġie approvat pakkett finanzjarju aħjar għal dawk il-membri tal-FAM li jservu barra minn xtutna fuq missjonijiet ta’ “Crisis Management”.
Fir-rigward ta’
Welfare
, “In-Nomini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta” jissalvagwardjaw l-interessi u l-
welfare
tas-suldati tagħna f’każ li xi ħadd iweġġa waqt li jkun qed jaqdi dmiru kemm f’Malta u kemm barra minn Malta.
Inkwantu tal-familji tas-suldati li qed iservu barra l-pajjiż, il-
wefare officers
tal-armata qiegħdin minn żmien għal żmien jgħamlu laqgħat ta’ informazzjoni lil dawn il-qraba sabiex iżommu kuntatt u aġġornati b’dak li jkun qed jiġri u biex joffru assistenza li jista jkun hemm bzonn skont ic-ċirkostanzi li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex u x'kienu l-kriterji tal-għażla biex dan l-aħħar żewġ maġġuri jiġu mogħtija promozzjoni għar-rank ta' acting Lieutentant Colonel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont kif previst fir-Regolamenti dwar ‘In-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz Tal- Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta’, Rank temporanju jista’ jingħata lil-uffiċjal li jkun magħżul biex jimla vakanza ogħla mir-rank sostantiv tiegħu fi stabbiliment approvat fuq bażi permanenti jew semi-permanenti’.
L-għażla taż-żewġ maġġuri msemmija saret wara li dawn kienu diġa magħżula biex jokkupaw l-
appointments
ta’
Acting Staff Officer I
u
Acting Commanding Officer
ta’ l-Iskwadra Marittima rispettivament, b’seħħ mill-ewwel ta’ Lulju 2008.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vacancies għall-istudenti fis-sajf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?
Peress li ħdejn il-Magħluq f'Wied il-Għajn hemm tabella li tindika li għaddej proġett ta' tindif, jista' l-Prim Ministru jgħid lill-Parlament x'xogħol sar fil-Maghluq? Kemm intnefqu flus, fiex u x'rapporti saru biex jispjegaw x'xogħol kellu jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li xogħol ta’ tindif ġewwa l-Magħluq isir fuq bażi regolari, ġewwa l-għadajjar infushom kif ukoll fil-madwar. Sfortunatament, ħafna drabi dawn l-għadajjar jiġu esposti għall-atti rresponsabbli ta’ tfiħ ta’ skart ġewwa fihom.
Kemm minħabba l-importanza ekoloġika tas-sit kif ukoll minħabba l-aspett soċjali u turistiku tiegħu, il-Magħluq ġie mdawwar b’
wire fencing
u inħadmet xatba ġdida sabiex minbarra li jitnaqqas it-tfiħ ta’ skart, jiġi llimitat l-aċċess.
S’issa ntefqu total ta’ €2,300 apparti spiża oħra relatata ma’ tindif u tneħħija ta’ annimali u
rodent control
.
Minħabba s-sensittività ekoloġika tal-magħluq, kull xogħol li jsir, isir b’kollaborazzjoni mal-fergħa ambjentali tal-MEPA.
Kunċert Isle of MTV — Opportunita għall-kantanti u artisti Maltin
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, in vista tal-kunċert annwali Isle of MTV li jsir kull sena f'Malta, isirux taħditiet bejn il-gvern Malti jew l-awtoritajiet Maltin u l-MTV dwar il-kontenut popolari ta' dawn il-kunċerti? Sar sforz biex ir-rabta bejn l-MTV u Malta tkun tali li jinfetħu opportunitajiet ġodda għall-kantanti pop u artisti tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-direzzjoni artistika tal-Isle of MTV hija f’idejn l-MTV. Wieħed irid jiftakar li qed nitkellmu fuq kunċert li jintwera fuq l-istazzjonijiet kollha tal-MTV. L-MTV għalhekk jagħżlu artisti li għandhom appell wiesgħa u li jolqot il-gosti tal-udjenzi li jsegwu l-istazzjon MTV madwar l-Ewropa kollha.
segretarju ġenerali tal-partit — allegazzjonijiet ta' korruzzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-segretarju ġenerali tal-partit tiegħu, li ismu qed jintbagħat separatament, kienx f xi żmien informah bl-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-proċess ta' privatizzazzjoni tal-facilitajiet tas-superyachts tat-Tarzna appena jew f xi żmien wara li l-istess segretarju ġenerali sar jaf b'dawn l-allegazzjonijiet f 'Settembru li għadda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Apparti li jidhirli din il-mistoqsija tmur kontra l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex igħaddi kull informazzjoni li għandu lil Kummissarju tal-Pulizija li bħalissa għaddej b’investigazzjoni li saret fuq talba tiegħi.
B'referenza għall-iskola tal-mużika Johann Strauss, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' għalliema u kemm hemm studenti attwalment skont is-suġġett rispettiv? Kemm nefaq flus il-gvern f 'din l-iskola sena b'sena mill-2007 sal-lum u fiex intnefqu? Jista' jgħid meta l-iskola tal-mużika se tiġi upgraded għal-akkademja tal-mużika skont kif imwiegħed? Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern għandux ħsieb jirriloka l-iskola tal-mużika għall-post ieħor iktar addattat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17764.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17571 u jgħid jekk il-Gvern Malti għandux - kif għandhom pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea – pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar il-biodiversità? Jekk iva, meta ġie addottat u fiex wasal fl-implimentazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal f’xi pajjiżi oħra ta’ l-UE, preżentatament Malta qegħda taħdem b’mod attiv biex tiżviluppa Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Biodiversità, skont l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, u b’referenza għad-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell globali u Ewropej dwar il-Biodiversità wara l-2010. F’dan il-qasam l-UE għandha tippreżenta Strateġija ġdida għall-Biodiversità lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Fl-isfond ta’ dan, l-iStati Membri ser ikunu meħtieġa li jieħdu inkonsiderazzjoni din l-iStrateġija, meta jkunu qed jiżviluppaw jew jirrevedu l-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Biodiversità tagħhom.
Fid-dawl tal-fatt li Malta bħala stat waqgħet lura f'dak li huwa ranking tal-korruzzjoni meta pparagunat ma' stati oħra fil-bqija tad-dinja, jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk ħatarx kummissjoni indipendenti biex tistħarreġ/tinvestiga x'wassal għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għar-rapporti dwar il-perċezzjoni ta’ korruzzjoni, liema rapporti evidentement jippruvaw ikejlu l-perċezzjoni.
Dan il-Gvern dejjem iġġieled il-korruzzjoni, saħħaħ u determinat li jkompli jsaħħaħ l-istrutturi li jiġġieldu l-korruzzjoni. Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra ġie mwaqqaf sabiex jaħdem favur it-tisħiħ tat-trasparenza u l-kontabilità.
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17679, 17455, 17242 u 16596 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' ħlasijiet li saru lill-individwu, li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, entitajiet, kummissjonijiet, kunsilli u mid-dekasteru kollu tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum billi jagħti f'kull każ kemm kien l-ammont imħallas, għal liema fini u d-data meta sar kull ħlas relattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17049 u jgħid fiex kienet tikkonsisti l-kontirbuzzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għall-avveniment tal-World Strongest Man li sar f'Malta f'Settembru/Ottubru 2009? Min kienu l-organizzaturi lokali involuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17049.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?
Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — chairman u diretturi - remunerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija 17409, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu eżatt il-mekkaniżmu ta’ market correctivity li jingħata lill-Viċi Chairman u CEO tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u jekk dan japplikax għal persuni oħra f’bordijiet tal-gvern ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15060 u jgħid mill-fondi Ewropej tas-sena 2009, kemm se jibbenifika kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15060 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
sejħa għall-effiċjenza u enerġija rinnovabbli — ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15058 u jgħid meta mistenni toħroġ sejħa għall-kunsilli lokali u għall-għaqdiet mhux governattivi b'rabta mal-effiċjenza u l-enerġija rinnovabbli li tiffoka fuq solar water heaters u apparat li jiġġeneraw l-enerġija nadifa? Kemm mistenni jkun il-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iskemi ta’ fondi speċjali maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Jekk dan huwa l-każ infurmat li għal din is-sena d-Dipartiment reġa’ nieda l-iskema għall-Kunsill Lokali dwar proġetti ta’ enerġija alternattiva. Il-fond għal din l-iskema għas-sena 2010 ser ikun ta’ mhux aktar minn €300,000. Din l-iskema ħarġet fit-8 ta’ Jannar 2010, permezz ta’ Memorandum 10/2010 u li kien iċċirkolat lill-Kunsilli Lokali kollha.
Intant ninsab infurmat ukoll li l-PPCD alloka madwar €3.5 miljun mill-Fondi Ewropej lil Malta għas-sejħa
PA 4: Mitigation and Adaptation to Climate Change
. L-avviż ta’ qabel is-sejħa proprja kien ippubblikat fi Frar li għadda waqt li s-sejħa proprja ħarġet l-Erbgħa t-2 ta’ Ġunju 2010.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu/i d-Direttur tal-Gvern Lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu Aġent Direttur li huwa s-Sur Martin Bugelli, Direttur Ġenerali (Informazzjoni, Gvern Lokali u Konsultazzjoni Pubblika).