Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20268 u jgħid kemm kien hawn nisa u rġiel li bbenefikaw mill-provvedimenti differenti li introduċiet il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.125, Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, minn mindu daħlet fis-seħħ f’Awwissu tal-2022?
Persuni b’ċittadinanza mhux Maltija bid-dritt tal-vot
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18282 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hawn persuni f'Malta li għandhom ċittadinanza mhux Maltija u huma eleġibbli jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali ta' Ġunju 2024 rispettivament skont l-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-każ tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2024, kien hemm eliġibbli total ta’ 457,343 votant, li minnhom 357,754 kienu Maltin, 77,478 kien votanti ta’ persuni residenti Malta li huma ċittadini ta’ xi pajjż tal-Unjoni Ewropeja, u 22,111 residenti Malta li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropeja (Ċittadini tar-Renju Unit).
Fil-każ tal-elezzjoni għal Membri tal-Parlament Ewropew kien hemm total ta’ 370,184 votant eliġibbli, li minnhom 355,082 kienu Maltin, u 15,102 kienu persuni residenti Malta li huma ċittadini ta’ xi pajjiż tal-Unjoni Ewropeja li ddeċidew li jivvotaw fl-elezzjoni ta’ Malta għal kandidati Maltin.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mis-Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għall-Ugwaljanza u r-Riforma - rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riforma u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mis-Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħtha għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward Entry/Exit systems
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, irċevewx korrispondenza mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' Entry/Exit System, u f'każ li iva, iqiegħed din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra?
Annual Report of the Regulator – Granting of Citizenship for Expectional Services
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkun qed joħroġ l-Annual Report of the Regulator - Granting of Citizenship for Exceptional Services li jkopri s-snin 2022 u 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni li vvutaw f’elezzjonijiet bl-għajnuna tal-AECs
Question
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi tabella bl-informazzjoni li turi kemm-il persuna fl-elezzjonijiet ġenerali, fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, ivvutaw bl-għajnuna tal-AECs u taħt ġurament billi ma kinux kapaċi jivvutaw waħedhom mill-2004 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma għal kull elezzjoni rispettiva?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija korp kostituzzjonali li ma taqax taħt id-direzzjoni tal-ebda Ministeru.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u take aways - infiq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517, 20763 u 21226 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tielet sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21316 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tielet sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fit-Tielet Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
82
Applikazzjonijiet aċċettati
73
Applikazzjonijiet rifjutati
9
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
2
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
0
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tieni sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21315 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tieni sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fit-Tieni Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
122
Applikazzjonijiet aċċettati
92
Applikazzjonijiet rifjutati
30
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
63
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
7
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21314 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fl-Ewwel Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
154
Applikazzjonijiet aċċettati
111
Applikazzjonijiet rifjutati
42
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
70
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
15
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — rendikont ta' nefqa f'attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal per eżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu r-riżultati tal-interviews ta’ Clerical Officer maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-31 ta’ Mejju?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-proċess jinsab fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u ċjoè; B'referenza għall-programm 'I Belong' kors 1 u 2, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jagħti lista skont in-nazzjonalità tal-applikanti - u jipprovdi d-data ta' meta dawn għandhom jibdew il-korsijiet rispettivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ottubru 2024, madwar 2,500 persuna bbenefikaw mill-kors fi Stadju 1, fil-progamm ‘I Belong’, filwaqt li 400 persuna bbenefikaw mill-kors Stadju 2. F’Novembru u Diċembru 2024 se jibdew żewġ korsijiet fi Stadju 2 li se jilqgħu madwar 410 u 210 student rispettivament.
Bħalissa hemm 4,100 applikazzjoni pendenti għall-kors fi Stadju 1, filwaqt li għall-kors fi Stadju 2 hemm 1,100 applikazzjoni.
Qed inpoġġi l-lista skont in-nazzjonalità tal-applikanti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema pubbliċi u ċivili — Ftehim kollettiv ġdid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema pubbliċi u ċivili ngħatawx kopja tal-ftehim kollettiv il-ġdid tagħhom? Jekk iva, jista’ jgħid liema kategoriji ta' ħaddiema għadhom qed jistennew li jingħataw il-kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol tagħhom u meta se jingħataw kopja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-impjegati tas-Servizz Pubbliku għandhom aċċess għal Ftehim tas-Servizz Pubbliku viġenti fuq is-sistema interna tal-Amministrazzjoni Pubblika. Impjegati tas-Servizz Pubbliku jistgħu jaraw il-kundizzjonijiet tal-impjieg skont is-settur partikolari tagħhom billi jagħmlu kuntatt mal-HR / DCS Management tagħhom.