Legislature:
Category:
Reset
Active:

Individwi li jmorru għall-kura barra minn Malta – tilqima kontra COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament jekk ħax in konsiderazzjoni li persuni li jmorru għall-kura barra minn Malta jew persuni li jakkumpanjawhom, jingħataw preċedenza biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19 u b’hekk jevitaw problemi bil-kwarantina meta jidħlu fil-pajjiż barrani jew jirritornaw lura Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jmorru għall-kura barra minn Malta u persuni li jakkumpanjawhom qedgħin jingħataw preċedenza biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19.

Servizz ta’ GU Clinics

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. jekk tul l-aħħar sena kienx qed jiġi offrut servizz ta' GU clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex; b. Jekk iva, kemm kien hemm speċjalisti qed joffruh u għal kemm ħin fil-ġimgħa; c. Jekk iva, kemm pazjenti kienu qed jużaw is-servizz fil-ġimgħa; d. jekk hux veru li s-servizz ta' GU clinic ser jibda jiġi provdut mill-polikliniċi permezz ta' GPS; e. jekk iva, f'Għawdex, dan is-servizz ser ikun offrut mill-poliklinika wkoll; f. jekk iva, x'taħriġ ingħata biex il-poliklinika ta' Għawdex tkun tista' tagħti s-servizz; g. jekk hux veru li l-Għawdxin ikollhom jinżlu Malta biex jiġbru l-mediċini marbuta ma' mard trażmess sesswalment; u h. Jekk iva għaliex dawn il-mediċini ma jitqassmux mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mill-ispiżjar tal-għażla tiegħek f'Għawdex stess?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament talbiet għal servizzi mill-GU Clinic qed jiġu riferuti għal GU Clinic f’Mater Dei, ninfurmah ukoll illi filwaqt li s-servizz mill-GU Clinic ta’ Mater dei se jibqa,bħalissa qed jiġi mfassal pjan ta’ azzjoni sabiex fil-futur qarib dawn is-servizzi ikunu offruti ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa. Tali servizzi ser ikunu estiżi ukoll fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tar-Rabat Għawdex. Filwaqt li t-tobba għandhom diġa livell ta’ taħriġ f’dan il-qasam, it-tobba li se jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex ser jieħdu l-istess taħriġ bħat-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Malta. Ninfurmah ukoll li dawk il-mediċini li huma fil-formularju u li jittrattaw l-maġġoranza tal-mard relatat mal-Genitourinary jingħataw mill-ispiżeriji tal-komunità kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, permezz tas-sistema tal-POYC.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 284 membri maħtura f’bordijiet jew kumitati li huma taħt ir-responsabilità tiegħi, li minnhom 127 huma nisa u 157 irġiel.

Vaċċini tal-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm waslu vaċċini kontra l-COVID-19 f’Malta sal-lum? Jista’ jagħti din il-figura u jispeċifika l-ammonti, meta waslu u ta’ liema ditta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Frar kienu waslu Malta 132,510 doża tal-vaċċin tal-Covid 19.

Covid-19 — persuni b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mardu persuni b'diżabilità bil-Covid-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diżabilità ma tiġix irreġistrata meta jkunu qed isiru l-investigazzjonijiet tal-każijiet pożittivi bil-Covid-19.

Ministeru għas-Saħħa — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16595, Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu 17 il- talbiet simili. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tat-tilqim għal kontra l-Covid 19 fi djar ta’ persuni b’di¿abilita’ għadu għaddej.

Għawdex – Tilqim ta’ COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn it-tilqim tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ta' bosta kategoriji ta' residenti Għawdxin mhux qed isir f'Għawdex u minflok min ser jitlaqqam qed jintalab imur Malta għat-tilqima?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn hu possibbli, residenti Għawdxin se jiġu offruti it-tilqima f’Għawdex.

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex – tilqim tal-COVID-19

Question

Peress li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex hu ferm żgħir u m'hemmx faċilitajiet adekwati ta' stennija bin-nies iridu jistennew fuq il-bankina barra, jistax id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra xi post alternattiv għat-tilqim bħas-sala tal-Ministeru għal Għawdex li hi ferm fil-qrib?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2020 it-tilqim f’Għawdex mexa miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria għall-Klinika tal-Komunita’ ta’ Kerċem. Bħalissa, minn barra f’Kerċem f’Għawdex, qed nu¿aw ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa biex inlaqqmu għal kontra l-virus tal-Covid 19 u għaddej xogħol strutturali sabiex jinfetaħ ċentru tat-tilqim ieħor.

Vaċċin tal-COVID-19 — għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qegħdin jitlaqqmu l-għalliema għall-vaċċin tal-COVID-19, jekk hux skont l-alfabett tal-kunjom, jew xort'oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim għall-vaċċin tal-COVID-19 lill-għalliema u staff bdew jingħataw lil dawk li jaħdmu fiċ-childcare centres u l-kindergarden mbagħad se jkomplu jitlaqqmu dawk fl-iskejjel primarji u sekondarji. L-iskejjel jinkludu kemm dawk tal-istat, independenti kif ukoll tal-knisja. Fuq talba tal-Union tagħhom. dawn qed jitlaqqmu wara nofsinhar filwaqt li filgħodu qed jitlaqqmu għalliema u staff tal-Universita’ ta’ Malta u l-ITS.

Vaċċin tal-COVID-19 lil psikologiki

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19367, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment iwieġeb jekk il-psikologi li jaħdmu fil-privat hux ser jieħdu l-vaċċin għax jien infurmat li l-psikologi li jaħdmu fil-privat diġà bdew jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19367 filwaqt li Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-psikologi li jaħdmu fil-privat bdew jingħataw it-tilqima għal-kontra l-Covid 19.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozzi leased

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dipartimenti u l-Ministeru għas-Saħħa hemm 15-il karozza fuq kuntratt ta’ leasing.

GU Clinic – servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna rċeviet servizz mill-GU clinic għal kull sena mis-sena 2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2013 kien hemm 3,035 attendenza fil-GU clinic, fl-2014 3,946, fl-2015 kien hemm 4,504, fl-2016 6,022, fl-2017 6,277, fl-2018 7,218 filwaqt li fl-2019 kien hemm 7,469 u fl-2020 4,718. Dawn l-attendenzi fost oħrajn jinkludu diversi trattamenti, testijiet u konsultazzjonijiet. Ninfurmaha ukoll illi persuna tista’ tattendi l- GU Clinic għal aktar minn darba fis-sena kif filfatt jiġri.

Servizzi tal-GU Clinic mogħtija minn kliniċi tal-gvern fil-lokalitajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawk is-servizzi li jingħataw mill-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei, jingħataw ukoll minn kliniċi tal-gvern fil-lokalitajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal lum is-servizzi tal-GU Clinic jingħataw biss minn Mater Dei. Bħalissa qed jitfasslu l-pjanijiet sabiex dan is-servizz jiġi esti¿ ukoll fuq livell ta’ kura primarja u b’hekk parti mis-servizz ikun jista’ jibda jingħata wkoll miċ-Ċentri tas-Saħħa u mill-Kliniċi fil-Komunità.

Formolarju tal-mediċini essenzjali – contraceptive pill

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex qed jikkunsidra li jqiegħed il-contraceptive pill fuq il-formolarju tal-mediċini essenzjali, u jekk iva meta huwa ppjanat li dan iseħħ u għal liema pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qiegħed isir xogħol fuq strateġija olistika dwar is-saħħa sesswali.

Testijiet tal-HIV

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il test għal HIV sar għal kull xahar minn Mejju 2020, u jindika kemm-il każ instab pożittiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Mejju tal-2020 sa Diċembru tal-2020 sar 14,335 test għal-HIV li minnhom 62 irri¿ultaw li kienu po¿ittivi.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Emergency Ambulance Responder

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet reċentement biex jiddaħħlu persuni fil-grad ta' 'Emergency Ambulance Responder at the Gozo General Hospital' jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema f'dan il-grad skont il-Capacity Building?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ din is-sena ser ikun hemm bżonn 4 replacements fl-isptar Ġenerali t’Għawdex. Ninfurmah ukoll illi n-numru ta’ postijiet vakanti jkunu jiddependu mill-esiġenzi tas-servizz. Ir-riżultat huwa validu għal perjodu ta’ sena.

Implants ta’ Hip Replacements

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex tissolva l-problema ta' nuqqas ta' supply ta' implants għall-operazzjoni ta’ hip replacement ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-operazzjoni baqgħet ma saritx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit filwaqt li ninfurmah ukoll li l-implants m’humiex out of stock.