Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet maġġuri li saru matul l-aħħar seba' snin sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet maġġuri rregistrati li saru bejn Jannar tal-2004 u Ottubru tal-2011 ġewwa l-Isptar San Luqa/Mater Dei jidhru hawn taħt. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
Sena
Major Variant
(CMO, Major+, Major)
2004
8,119
2005
9,248
2006
9,555
2007 *
9,276
2008
9,837
2009
10,681
2010
11,709
2011 (Jannar sa Ottubru)
10,342
F’ Novembru tas-sena 2007 saret il-migrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha tistenna appuntament għal dawn l-aħħar tliet snin u s'issa għad ma kellhiex risposta mill-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Customer Care ikkuntattja lil din il-pesuna rigward l-appuntament li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Instab li din il-klijenta qiegħda tistenna data għal operazzjoni f’subgħajha u li qiegħda taħt il-kura. Hija stqarret li r-raġel tagħha ġab xi nota l-Orthopaedic Out Patients għal appuntament ta’ follow-up u sussegwentement għall-operazzjoni.
Skont ir-
records
f’dan id-Dipartiment jidher li l-imsemmija klijenta m’attendiet qatt din is-sezzjoni u għalhekk appuntament għal
follow-up
ma setgħax jingħata. Hu mifhum ukoll li din il-klijenta attendiet għal kura fil-privat rigward l-imsemmija problema u għalhekk tpoġġiet fuq il-lista ta’ operazzjonijiet wara li ġiet invistata hemmekk. Tajjeb wieħed jifhem li l-lista ta’ operazzjonijiet ortopediċi hi maqsuma fi tlieta: dawk li huma urġenti li jsiru immedjetament, dawk li huma
semi-
urġenti li jsiru fi żmien sena u oħrajn li mhux urġenti li ż-żmien ta’ stennija jvarja skont il-każ nnifsu. Il-klijenta tpoġġiet fil-lista ta’ dawn ta’ l-aħħar u għalhekk hija deċiżjoni klinika meta l-operazzjoni tista’ ssir.
Jista' l-Ministru jara li-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm għandha s-servizz tat-Telecare għadha mingħajr il-filter u anqas il-buttuna li tiddendel mal-għonoq għad m'għandha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sezzjoni tat-Telecare ikkuntattjat lil GO fil-21 ta’ Dicembru biex din l-anzjana tkun mgħoqdija mill-aktar fis possibli, minħabba li dan l-apparat jaqgħa taħt ir-responsabbiltà tal-GO.
Peress li t-tobba privati tal-familja ilhom li ġew imwiegħda li se jiġu connected man-network tal-Isptar Mater Dei biex ikunu jistgħu jaraw ir-riżultati tal-pazjenti, jista' l-Ministru jgħid meta din il-wegħda se titwettaq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ewwel fażi tas-sistema myHealth, li bieha se jkun possibbli li t-tobba privati tal-familja jkollom aċċess għal riżultati mediċi tal-pazjenti tagħhom, se tkun varata fil-31 ta’ Jannar 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex pazjenta bi problema fl-istonku, minkejja li ġiet riferuta mit-tabib tal-familja tagħha, ingħatat appuntament għal Ottubru 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħti iktar dettalji dwar il-pazjenta li qiegħed tirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġewx identifikati mid-Dipartiment tas-Saħħa mediċini ġeneriċi li kienu substandard jew saħansitra mediċini foloz? Jekk iva, liema kienu dawn il-mediċini u għalxiex jintużaw? X'inhu jagħmel il-Ministeru sabiex ikun ċert li l-mediċini li qegħdin jinxtraw fil-pajjiż qegħdin ikunu ta' kwalità tajba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull kunsinna ta’ mediċina li tinxtara u tasal għand id-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement and Supplies tgħaddi minn quality check qabel ma din tiġi rilaxxata u distribwita lill-entitajiet. Dawn il-verifikazjonijiet jinkludu wkoll kundizzjonijiet relatati mal-liċenzja tal-prodott. Għaldaqstant, għall-informazzjoni relatata ma’ x’inhu jsir sabiex jiġi żgurat li l-mediċini li jinxtraw huma ta’ kwalità tajba, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li xi seba' snin ilu applikat biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paul u minkejja li għandha 80 sena għadha bla risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kienet applikat biex tidħol fid-Dar taz-Zejtun fl-4 ta’ Ġunju 2003 u riedet tibqa fuq il-'waiting list'. Fis-26 ta’ Frar 2007 id-Dipartiment irċieva medical update u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni bħala High Priority għad-Dar taż-Zejtun. Fil-31 ta’ Ottubru 2008 id-Dipartiment reġa rċievha medical update u l-Bord reġa approva dan il-każ bħala High Priority għad-Dar taz-Zejtun. Fl-4 ta’ Ottubru 2011 id-Dipartiment irċievha medical update u Social Report minn Mount Carmel Hospital u l-każ reġa ġie approvat bħala High Priority għad-Dar taz-Zejtun. B’hekk dan il-każ ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija għad-Dar taż-Żejtun skont il-mertu tal-każ.
Sptar Zammit Clapp — Dar residenzjali għall-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Zammit Clapp hux se jkun wieħed mid-djar residenzjali għall-anzjani kif ġie msemmi fid-diskors tal-budget? Jekk huwa hekk, jista' jgħid jekk din id-dar għall-anzjani hix se tkun immexxija mill-kumpanija Care Malta? Jekk le, kif se tkun immexxija u minn min?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Isptar Żammit Clapp, li bħalissa għaddej minn proċess ta’ refurbishment, ser tkun Nursing Home għall-Anzjani. It-Tender li ħareġ għall-management ta’ din id-Dar intrebħet mill-kumpanija CareMalta.
mediċini tal-pressjoni li mhux jingħataw taħt l-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
Question
Peress li pazjenti li jbatu bil-pressjoni qed jippreskrivulhom il-mediċina Rasilez HCT u dawn mhux jingħataw taħt l-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, jista' Ministru jgħid għaliex u jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-pilloli Rasilez® fihom il-mediċina ‘aliskiren’, hija mediċina tal-grupp ‘direct renin inhibitors’ u tintuża biex tikkura il-pressjoni għolja. Din il-mediċina partikolari mhux qiegħda fil-formularju tal-Gvern, u għalhekk ma tingħatax permezz ta’ l-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek .
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn b'lura d-Dipartiment tas-Saħħa ma' aġenti u importaturi tal-mediċini u apparat mediku ieħor sal-aħħar ta' Novembru 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Novembru 2011, iċ-ċifra fi flus li għandhom jingħataw lis-suppliers fuq pilloli u apparat mediku ieħor kienet ta’ għoxrin miljun, sitt mija u sitta u għoxrin elf, mija u tmienja u sebgħin Ewro (€ 20,626,178).
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li kien hawn persuni fuq id-droga? X'kienet din it-tip ta' droga li kienu qed jieħdu fil-perjodu tas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 f'Malta u Għawdex reġjun b'reġjun?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi tal-insulina f'Malta u Għawdex fil-perjodu ta' bejn Jannar u Novembru 2011 berġa, berġa u health centre b'health centre ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xogħol ta' Back office
Question
Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31071 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li ġew infurmati li se jiġu trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li ġew infurmati li se jiġu trasferiti, u tkun organizzata u identifikata b'dan il-mod, jigifieri skont dawk:
a. in-Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li talbu trasferiment huma;
b. l-infermiera li ġew promossi għal Nursing Officers u li se jingħataw Sala għall-ewwel darba; u
ċ. in-Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li ma talbux li jiġu trasferiti.
Jista' jgħid xi speċjalizzazzjoni, i.e. kwalifiki akkademiċi u esperjenza, għandhom dawk in-Nursing Officers u Deputy Nursing Officers [persuna, persuna]; li ma talbux biex jiġu trasferiti, iżda d-dipartiment infurmahom li se jittrasferihom? Għaldaqstant, jista' jgħid ukoll xi kriterji qed jintużaw biex jingħataw it-trasferimenti fil-konfront ta' dawk in-Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li ma talbux li jiġu trasferiti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei, — trasferimenti ta' Nursing Officers u Deputy Nursing Officers
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif l-ammont ta' trasferimenti f'daqqa ta' Nursing Officers u Deputy Nursing Officers mill-Isptar Mater Dei, se jgħinu fiż-żamma tal-istabbilità u fl-izvilupp ta' dan l-isptar akut f'pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm 95 deputy nursing officer u 63 nursing officer li minnhom 8 deputy nursing officers u 7 nursing officers biss ser jiġu trasferiti ‘l barra mill-istess sptar.
Dan l-eżerċizzju qed iseħħ biex jissaħħu l-istrutturi tal-management fl-isptarijiet l-oħra.
L-istabbilta’ fl-istrutturi maniġerjali tal-Isptar Mater Dei mhix se tintmess. It-trasferimenti se jseħħu fuq perjodu ta’ ftit ġimgħat; in-numru li se jiġi trasferit huwa żgħir (inqas minn 9%). B’hekk, l-istabbilta fl-istrutturi tal-management tan-nursing fl-isptar akut ta’ Mater Dei qed tiġi garantita.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex operazzjonijiet qed jiġu kanċellati ġurnata qabel biss, wara li uħud mill-pazjenti u/jew familjari tagħhom ikunu ħadu leave mix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont informazzjoni li tinġabar mill-operating theatres fis-sena 2011 għall-Isptar Mater Dei, ir-raġunijiet l-aktar komuni għaliex tħassru l-operazzjonijiet li jkunu diġa tpoġġew fuq il-lista tal- operazzjonijiet kienu dawn:
1. Il-pazjent ma jiġix għall-operazzjoni.
2. Minħabba xi kontraindikazzjoni medika.
3. Il-pazjent irrifjuta l-operazzjoni.
4. Ikun hemm operazzjonijiet fuq l-istess lista li jkunu damu iżjed milli kien mistenni.
5. Il-pazjent ma’ kellux bżonn l-operazzjoni, għaliex il-kundizzjoni tiegħu tkun inbidlet.
6. Minħabba li jkun hemm xi każ urġenti li jkun irid jiġi operat minnufieħ.
7. Il- pazjent ma jkunx ippreparat sew għall-operazzjoni, per eżempju, ma jkunx sajjem.
Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex, pazjent li ġie mibgħut l-emerġenza mit-tabib tal-familja tiegħu biex jiġi drained mill-ilma f'żaqqu, ingħata appuntament għal Mejju 2013?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħti iktar dettalji dwar il-pazjent li qiegħed tirreferi għalih fil-mistoqsija parlamentali.
Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex pazjenta li ġiet riferuta mit-tabib tal-familja tagħha, b'suspett li għandha barxa li tnixxi d-demm u anke marret privatament għand speċjalista, ingħatat appuntament biex tagħmel gastroscopy għal April 2013?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħti iktar dettalji dwar il-pazjenta li qiegħed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari.