Tista' l-Ministru tara x'sar mit-talba li saret fil-mistoqsija parlamentari 24108 u tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol meħtieġ biex isir il-ftehim neċessarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar baqgħet issegwi l-każ skont kif spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24108 iżda s’issa ma tistax tagħti data meta l-kuntratt finali jista’ jsir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm–il darba kien hemm intervisti ma’ sindki ta’ kunsilli lokali fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services fl-2008, fl-2009, fl-2010 u bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena ? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b’sena ? Tista' tgħid min kienu s-sindki li ġew intervistati f’kull okkażjoni ? Tista' tgħid x’kienet it-tema ta’ kull intervista ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatiska li ntalbet mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-PBS.

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux ser ikun obbligatorju li studenti tas-sekondarja jattendu għand xi għaqdiet jew għal tagħlim informali?
Jekk fl-affermattiv, dan l-eżercizzju jrid jibqa’ għaddej għal ħames snin sħaħ tal-iskola sekondarja?
X’jigri jekk student ma jattendi l-ebda attivita’ tul il-ħames snin ta' skola sekondarja?
Kemm ser jiġu stanzjati fondi pubblici biex jiġu megħjuna familji ta’ studenti li ma jkunux jistgħu jħallsu biex jattendu għal xi forma jew oħra ta’ tagħlim extra li ser ikunu jridu jattendu u li minkejja li jkun “Tagħlim Informali” jrid isir ħlas għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda student/a tas-sekondarja mhu obbligat jattendi għand xi għaqdiet jew għal tagħlim informali. Dan l-eżercizzju jsir fuq bażi volontarja.
Jekk l-istudent/a ma jattendi għal ebda attività matul il-ħames snin ta’ skola sekondarja, ma jiġix akkreditat bil-punti mogħtija għal dan l-eżercizzju (jiġifieri 10% tal-punteġġ totali wara ħames snin).
Mhux it-tagħlim informali kollu huwa bil-ħlas. Tagħlim informali mingħajr ħlas jingħata minn għaqdiet reliġjużi, dawk tal-isport u tal-mużika fejn jattendu bosta studenti, fost oħrajn.

faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-regolamenti li għandhom jaddottaw dawk il-faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball? Min huma dawk l-għaqdiet jew soċjetajiet li għandhom permess joperaw f'dan is-settur? Jista' jgħid x'tip ta' permessi jeħtieġu sabiex ikunu konformi mal-liġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport m’għandu ebda entita’ tal-
Paint Ball
reġistrata miegħu bħala għaqda sportiva.

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2004 ‘l hawn li kienu ngaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri:
a) riċerkaturi;
b) tekniċi u ekwivalenti u
ċ)
supporting staff
ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li ntnefqu flus minn fondi pubbliċi fuq l-isport kollu f'dawn l-aħħar ħames snin f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm minn dawn il-flus minfuqa kienu ntnefqu fuq football, tennis, rugby, waterpolo, u sport tal-karozzi? Tista' tgħid kemm hawn b'kollox grounds tal-football u kemm hawn b'kollox pools tal-waterpolo f'Malta u Għawdex u kemm jutilizzaw art f'kull każ bħala total?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi estensiva ħafna. Apparti l-fatt li tkopri medda ta’ ħames snin, qed titlob informazzjoni dwar numru ta’ dixxiplini sportivi differenti. L-informazzjoni dwar l-art utilizzata mill-grounds tal-football u pools tal-waterpolo f’Malta u Għawdex kollha teħtieġ ammont sostanzjali ta’ xogħol fiżiku f’dak li jidħol kejl. Żgur li trid aktar minn tliet ijiem. Kif tinġabar din l-informazzjoni kollha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Peress li s-sewwieqa Maltin, kemm tal-karozzi u kemm tal-karting,qed jiksbu riżultati tajbin ħafna barra minn Malta, tista' l-Ministru tgħid kemm-il facilità hawn għall-isport tal-karozzi f'Malta u Għawdex? Qatt ingħatat għajnuna lil dawn is-sewwieqa f'dawn l-aħħar ħames snin biex jipparteċipaw barra minn Malta? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien l-ammont? Tista' tgħid kemm ingħatat għajnuna lil atleti oħra f'oqsma oħra tal-isport kollu fl-istess perjodu għall-istess skop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’Malta hawn erbgħa faċilitajiet sportivi użati għall-isport tal-karozzi u muturi: żewġ artijiet tal-Gvern moghtija ghal uzu ta’ dan l-iskop f’Hal Far, u hemm tnejn ohra f’Ta Qali. Ċertu dixxiplini jirrikjedu l-uzu tat-toroq biex jigu ippratikati. Mill-2006 sal-2010 ingħataw €10,600 f’assistenza mill-KMS lil sewwieqa ta’ dan l-isport biex jippartecipaw barra minn Malta. Dan jeskludi xi għajnuniet li dawn l-ghaqdiet u l-isportivi setghu hadu mill-iskemi tal-Kumitat Olimpiku Malti, mill-Good Causes Fund jew minn xi fond iehor tal-Gvern. Għar-rigward ta’ ghajnuna mghotija lil atleti f’oqsma oħra tal-isport kollu, biex jipparteċipaw barra minn Malta, fl-istess perjodu tlaħaq €71,548.32. Dan jeskludi xi ghajnuniet li dawn l-għaqdiet u l-isportivi setgħu ħadu mill-iskemi tal-Kumitat Olimpiku Malti, mill-Good Causes Fund jew minn xi fond ieħor tal-Gvern.

Tista' l-Ministru tara t-talba li għamlet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn talbet l-għajnuna mill-Awtorità ta' Djar permezz ta' ittra u li dwarha għad m'għandhiex risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar qed tikkunsidra t-talba tal-persuna msemmija u tinsab f’kommunikazzjoni miegħu sabiex jipprovdi xi dokumenti relatati mal-każ.