Single Mother — Applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30716, jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex prassi li persuna li tkun applikat għall-akkomodazzjoni soċjali għaliex tkun single mother, ikollha l-applikazzjoni tagħha magħluqa għaliex tiżżewweġ minkejja li xorta jkollha bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali għall-familja tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-applikazzjoni tal-applikanta kienet ġiet kkanċellata fis-7 ta’ Frar, 2001 peress li waqt spezzjoni li saret fil-fond minn fejn l-applikanta kienet qiegħda tapplika, hija stqarret mal-uffiċjali tal-Housing li ma kienitx aktar interessata għall-post alternattiv. Għaldaqstant l-applikazzjoni ma ġietx kkanċellata għax l-applikanta żżewġet. Għalhekk ninforma lill-interpellant li mhix il-prassi attwali tal-awtorità li tikkanċella applikazzjoni għaliex l-applikanti jiżżewġu.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'qed isir biex tissolva l-problema tad-drivers tal-ġudikanti, fis-sens li dawn id-drivers mhux dejjem isibu relievers u ġieli l-ġudikanti stess (uħud minnhom) ma jaċċettawx relievers u allura jispiċċaw jakkumolaw ħafna ġranet leave li ma jkunux jistgħu jieħu u jispiċċaw jitilfuhom? Huwa sewwa li dawn jistgħu jitrasferixxu biss 40 siegħa leave għas-sena ta' wara meta dawn jakkumolaw mal-700 siegħa leave f'ċertu każijiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Rigward Vacation Leave L-Amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja dejjem timxi skont kif stabbilit fil-Public Service Management Code paragrafu 4.2.2 Applications for Vacation Leave. Rigward akkumulazzjoni u trasferiment ta leave l-Amminmstrazzjoni ma tistax tapprova akkumulazzjoni ta’ leave aktar minn dak awtorizzat għal sena sħiħa u dan skont kif stabbilit f’paragrafu 4.2.4. Accumulation of leave ta’ l-istess PSMC.
Biex jiġu evitati problemi ta’ akkumulazzjoni u trasferiment ta’ leave, ix-xufiera tal-Ġudikanti ġew infurmati permezz ta’ ċirkulari sa minn Lulju 2011 biex jieħdu ħsieb iqassmu l-leave sewwa matul is-sena u li ma jkunx permess li jħallu aktar minn 48 siegħa biex jiġu trasferiti għas-sena ta’ wara. L-Amministrazzjoni ħadet kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi speċjali bħal mard u raġunijiet oħra u għalhekk f’ċertu każijiet approvat akkumulazzjoni ta’ numru ta’ siegħat aktar minn 48.
Fil-każijiet ta akkumulazzjoni ta’ leave ta’ aktar minn 48 siegħa fejn jidher li ma kien hemm l-ebda raġuni għal dan, l-Amminstrazzjoni qiegħda tittratta kull każ max-xufiera konċernati individwalment.
L-Amministrazzjoni dejjem ħadet ħsieb li l-ebda Ġudikant ma jkun sprovist minn xufier.