Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ser jieħu l-Gvern biex tiżdied is-sigurtà fejn ikun hemm attivitajiet tal-massa u biex ma jkunx hemm inċidenti bħalma kien hemm f’Ħaż Żabbar nhar it-28 ta’ Diċembru 2024, liema inċident seta’ kellu konsegwenzi ħafna aktar serji?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġestjoni tas-sigurtà f’postijiet bħalma huma monti, mhix responsabbiltà ta’ Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27144, 27430 u 27482 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
Ħal Tarxien/Raħal Ġdid — Triq Lampuka - Xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar xogħlijiet fi Triq Lampuka f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti, tibdil ta’ servizzi kif ikun mitlub mill-entitajiet rispettivi u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Ħal Tarxien/Raħal Ġdid — Triq it-Tarzna - Xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar xogħlijiet fi Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti, tibdil ta’ servizzi kif ikun mitlub mill-entitajiet rispettivi u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ talbiet għal berths fil-Marina ta’ Għawdex u kemm ilhom fuq il-lista ta’ stennija? Jista’ jgħid fil-konkret x’hemm ippjanat li jsir biex jiżdiedu l-berths ġewwa Għawdex matul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ħlas għall-irbit u rmiġġi fil-preżent u jekk dawn il-miżati jirriflettux dawk attwali u tas-suq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet għall-irbit ġewwa l-Marina tal-Imġarr, Għawdex ivarjaw skont it-tip ta’ mooring:
§ Il-pagamenti għal Mġarr Moorings ivarjaw bejn €13.98 u €111.80 fis-sena.
§ Il-Commercial Moorings jiġu ċċarġjati €125 fis-sena għal kull 5 metri tul.
§ Bastiment użat bħala workboat iħallas €6,000 fis-sena.
§ Bastiment meqjus bħala
pleasure boat
iħallas €1,141 fis-sena.
Bħalissa hemm 426 bastiment fuq il-lista ta’ stennija għal berth fl-istess marina, b’talbiet li jmorru lura sal-2015.
Rigward il-pjanijiet għall-futur, l-Awtorità qed tikkunsidra diversi miżuri sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ berths f’Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261 rigward il-Variable Messaging Signs (VMSs) li ma jaħdmux, jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru ta’ disgħa VMSs li intqal li mhux qed jaħdmu, jinkludix il-VMSs fit-toroq arterjali u distributorji kollha bħal Triq Reġjonali, f’Santa Venera u Triq ix-Xatt, f’Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-VMSs indikati huma kollha fit-toroq arterjali u distributorji.
Proġett tal-Intelligent Transport Management System
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għadha qed tiddiskuti l-materja b’mod tekniku mal-kuntrattur li rebaħ is-sejħa għal tender skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta f’Jannar 2013, f’Jannar 2014, u f’kull Jannar sal-2025 (inklużi dawk li huma pprovduti minn kuntratturi, bħal cleaners u clerks) maqsumin bil-gradi rispettivi tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27422 u 27486 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13187 u 23262, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk il-vetturi fil-lista mmarkati bil-kulur griż huma, jew vetturi li huma ggaraxxjati jew inkella li l-liċenzja taċ-ċirkulazzjoni tagħhom kienet diġà skadiet sa minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 499.68.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25744 u jgħid liema xogħlijiet saru fuq il-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira matul l-2024 u kemm kienet in-nefqa? Fid-dawl li dan il-promenade jibda minn San Ġiljan, ikompli Tas-Sliema u jispiċċa l-Gżira, jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b'lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024, saru xogħolijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-TZRA kif ukoll mill-Infrastructure Malta fuq il-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira.
Tas-Sliema:
· tibdil tad-dwal (luminaires) ta’ 12-il-arblu dekorattiv fi Triq Bisazza;
· tibdil tad-dwal (luminaires) ta’ 4 fanali fi Pjazza Bisazza;
· tibdil ta’ 16-il fanal dekorattiv fil-playing field maġenb it-Torri;
· tibdil ta’ 11-il fanal dekorattiv u ingħalaq taraġ fi Triq ix-Xatt (Sliema);
· tibdil ta’ 6 arbli dekorattivi u tneħħija ta’ Boulders minn Qui-Si-Sana (Sliema);
· tiswijiet u titjib fiż-żona tal-Exiles;
· rikostruzzjoni ta’ rampa ħdejn il-pitch tal-waterpolo.
· xogħol fuq madwar 700 linear metres ta’ railings ġodda/tiswijjiet,
· tiswija u żebgħa fuq 56 bank (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· tiswija u żebgħa fuq 10 planters ta’ siġar (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· tiswija u żebgħa fuq madwar 500 linear metres ta’ sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali)..
Sliema u Gżira (Triq ix-Xatt):
· tiswijiet u titjib ta’ planters.
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 123 bank u żewġ gazebos (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali)..
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 25 bollards (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 650 linear metres kisi u żebgħa sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 600 linear metres tiswija u żebgħa fuq railings (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 51 planters ta’ siġar, tiswija u żebgħa (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
San Ġiljan:
· Saret manutenzjoni fuq dwal dekorattivi (l-ispejjeż tal-materjal tħallsu kollha direttament mill-Kunsill Lokali).
· Xogħol fuq madwar 400 linear metres ta’ railings ġodda/tiswijiet,
· Tiswija u żebgħa fuq 36 bank (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 65 arbli dekorattivi (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 1630 linear metres kisi u żebgħa sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Tiswija u ranġar ta’ madwar 53 tabella ta’ toroq u bollards (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 80 fanal tal-promenade ġodda.
· Water capture safety railing.
Kull sena, it-TZRA toffri wkoll servizz tal-ħaddiema tagħha biex, flimkien mal-MTA, jintramaw u jiżżarmaw il-bajjiet bil-walkways, showers, lifeguard towers, slielem eċċ.
In-nefqa totali ta’ dawn ix-xogħolijiet tlaħħaq kważi in-nofs miljun Ewro. Parti minn din in-nefqa thallset mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Merchant Shipping Act — Kumpaniji attivi u reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27508 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ kumpaniji li huma attivi u reġistrati taħt il-Merchant Shipping Act?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kumpaniji jew organizzazzjonijiet marittimi jistgħu jkunu regolati taħt il-Kap. 234 (Merchant Shipping Act), dawn xorta waħda jiġu rreġistrati u amministrati mill-Malta Business Registry, li hija wkoll l-entità li żżomm id-data relatata mal-istess kumpaniji.
Wieħed għandu jżomm f’moħħu li kumpanija marittima tista’ tkun sid jew operatur ta’ vapuri li mhumiex irreġistrati taħt il-Merchant Shipping Act (jiġifieri mhux taħt il-bandiera Maltija), jew inkella ma jkollhiex bastimenti rreġistrati għal ċertu perjodu ta’ żmien, u għaldaqstant tkun meqjusa bħala
dormant company
. Għalhekk, bħala reġistru tal-vapuri, aħna nkunu f’kuntatt biss ma’ dawk il-kumpaniji li għandhom vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (BONETT, CHRIS)
L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bankini fil-Belt Valletta jiġu rranġati speċjalment dawk li huma fi stat ħażin tant li huma ta' detriment għal min għandu problemi ta' mobilità?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tat-Trasport — Safety audits ta’ proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26587 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u x’fadal isir matul din is-sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid ġew maqsuma f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi minn Triq il-Qalb ta’ Ġesu sa Triq is-Sorijiet, filwaqt li t-tieni fażi minn Triq is-Sorijiet sa Triq Sir Temi Zammit.
Ix-xogħlijiet tul it-triq kollha jikkonsistu minn konnessjonijiet mill-ġdid tal-provvista tal-ilma tax-xorb, tneħħija tal-asfalt l-antik u kisi tat-triq b'wiċċ t'asfalt ġdid. Il-konnessjonijiet tal-ilma tax-xorb ser ikun mgħoddi minn ġol-bankini, u għaldaqstant, dawn ser jiġu mibnijja mill-ġdid.
L-ewwel fażi mistennija tkun lesta din il-ġimgħa, u tinkludi l-aħħar saff t’asfalt. Wara jibda’ x-xogħol fuq it-tieni fażi.