Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles – traffic islands u traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa (in-naħa tal-Freeport) hux ser isiru traffic islands fil-junction ma’ Triq il-Girgħien? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser isiru traffic calming measures u fiex ser ikunu jikkonsistu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi meħtieġa sabiex xagħri/garigue jintradam biex issir bankina fi Triq Għar Ħasan, Birżebbuġa? Jekk iva, minn liema entità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bankina li saret minn naħa ta' Infrastructure Malta, saret fuq l-asfalt li kien diġà eżistenti u ma ntradam l-ebda xagħri.
Birżebbuġa – Triq Għar Ħasan – spazji għal parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jitħallew spazji ta' parkeġġi fi Triq Għar Ħasan, Birżebbuġa, speċjalment in-naħa ta' fejn hemm l-irdum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazji tal-parkeġġ mhumiex se jintemessu minn kif kienu qabel inbeda x xogħol fit-triq. Apparti min hekk, ta’ min wieħed isemmi li apparti li qed nibnu t-triq mill-ġdid, ħa nkunu qed inħawlu daqs sittin siġra oħra biex insebħu l-pajsaġġ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2994, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Feliċjan, Birżebbuġa għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin joħolqu diversi inkonvenjenzi lir-residenti ta' din it-triq peress li fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 2907 il-Ministru ma qalx meta dan ix-xogħol ser jitlesta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu previst li x-xogħolijiet fi Triq Feliċjan, Birżebbuġa għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.
Servizz ta’ trasport pubbliku mill-Buskett għal Ħad-Dingli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-karozza tal-linja li biha jinqdew residenti li jgħixu l-Buskett biex jaċċessaw Ħad-Dingli spiċċat ma taħdimx b’mod frekwenti u/jew ma taħdem xejn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta wettqet investigazzjoni fuq ir-rotta 181 permezz tad-data miġbura permezz tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja. Jirriżulta li fil-kampjun li ntgħażel (bejn l-4 u l-11 ta’ Novembru 2022) l-affidabilità ta’ din ir-rotta kienet ta 98%. Infurmat ukoll li kien hemm tliet każijiet fejn id-data qiegħda tindika li seta kien hemm devjazzjoni mir-rotta stabbilità. Transport Malta qiegħda tinvestiga dawn il-każi.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4168 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tidħol l-iskema ta’ residential parking għar-residenti ġewwa Tas-Sliema, skema li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kien qed jagħmel u ġiet imwaqqfa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru flimkien ma' Transport Malta qiegħed iħares lejn l-iskema b'mod ħolisitku biex imbagħad jikkomunika d-deċiżjoni finali.
Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarui 3583 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat, Għawdex ingħalaq? Per konsegwenza, min jitlef Tallinja Card f’Għawdex irid imur bilfors Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi kollha jistgħu jingħataw minn fuq it-telefown, mis-sit www.publictransport.com.mt jew inkella mit-Tallinja App.
Minbarra hekk ninsab infurmat mill-operatur tat-Trasport Pubbliku li l-uffiċċju tagħhom fit-terminus tal-karrozzi tal-linja fir-Rabat, Għawdex, reġa’ jinsab miftuħ kull nhar ta’ Sibt filgħodu proprju minn nhar is-Sibt li għadda, 19 ta’ Novembru.
Servizz ta’ ferry mix-Xatt ta’ Bormla sal-Belt Valletta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3479, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-estensjoni indikata għall-ġranet tas-7 u t-8 ta’ Diċembru tingħata l-pubbliċità neċessarja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Wied il-Għajn/Żabbar – Triq Wied il-Għajn sa Triq San Ġwakkin – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq Wied il-Għajn, Żabbar sa Triq San Ġwakkin, Wied il-Għajn, u kemm ser idumu? Billi nqatgħu numru ta’ siġar li kienu ilhom is-snin hemm, jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx il-permess relattiv?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li saru diversi xogħolijiet marbutin ma’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, servizzi tad-dawl, dawl tat-triq ġdid u servizzi tal-ilma, inbnew ukoll mill-ġdid il-ħitan tat-triq, fejn kien hemm il-bżonn. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, li jikkonsisti fil-bini mill-ġdid tal-pedamenti tat-triq u tqegħid ta’ l-ewwel saffi t’asfalt.
Rigward is-siġar, kien involut ortikulturalist estern li għamel studju fuqhom filwaqt li saret applikazzjoni mal-awtoritjajiet kompetenti biex dawn is-siġar aljeni u invazivi, li ħafna minnhom kienu mejta jitneħħew u jitħawwlu siġar oħra minflokhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2776 u ċjoè: B’referenza għad-dokument ‘Re: Request for a New Zebra Crossing in Triq Ġorg Borg Olivier, Rabat’, Ref. No: 50/0350/21, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir, meta din ilha sena li ġiet approvata?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta approvat “pedestrian crossing” fin-naħa t’isfel ta’ Triq Ġorg Borg Olivier, Rabat. It-talba ġiet min-naħa tal-kunsill u għaldaqstant huwa l-kunsill li jrid jagħmel x-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin f'Malta li għandhom karozza privata?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hawn 30,060 vettura reġistrati mal-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta li jsejħu persuni ta’ nazzjonalità barranija iżda li jgħixu u għandhom residenza Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi li sa Ottubru 2022 kienu qed jintużaw bħala Cab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, kien hawn 3,447 vettura fil-Kategorija M1, liċenzjata sabiex tintuża għall-ġarr tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054 u 3730 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2053 u 3729 u jelenka l-istakeholders u/jew NGOs li ġew ikkonsultati għall-pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta' 76 paġna? Dawn kienu jinkludu xi wħud mill-istakeholders preżenti li qed jokkupaw il-port?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Il-Mosta – Triq Mons Edgwar Salamone u Triq Carmelo Sciberras — tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Mons. Edgar Salamone u Triq Carmelo Sciberras humiex fil-lista ta’ proġetti biex jingħataw it-tarmak?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mosta, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq il-Lunzjata, Wesgħet il-Plejju, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Bergamott, Triq Parjan, Triq il-Bonnijiet, Triq Farinal, Triq Durumblat, Triq Rumani, Triq Fuħħar, Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier, Triq tal-Wej, Triq Madre Tereża, Triq Dun Karm Schembri, Triq Rafel Caruana Dingli, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq Wied is-Sir, Triq il-Kostituzzjoni, Vjal Milbrae, Triq il-Bidnija, Triq Burmarrad, Triq Patri Ġuże Delia u Triq Rafel Caruana Dingli.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq id-Difiża Ċivili, Triq ir-Rebbiegħa u Triq il-Kbira.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzijà għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jidħol it-trasport pubbliku fil-Bidnija, limiti tal-Mosta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta torganizza shuttle service bejn il-lokalità tal-Bidnija u l-Mosta. Dan is-servizz qiegħed jingħata kuljum bejn il-ħinijiet ta' 06:15 u 20:00. Dan sakemm il-vetturi tat-trasport pubbliku jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jgħaddu minn Triq il-Bidnija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2871 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas lill-kumpanija li topera t-trasport pubbliku tal-karozzi tal-linja f'Malta ta' kull sena b'effett minn meta ngħata dan il-kuntratt sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' Public Service Obligation li tħallas lill-Operatur tat-trasport pubbliku sena b’sena huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.