Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Below the line account
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.
Peress li bejn triq San Gwakkin u Triq H'Attard ġo Ħal Qormi hemm biċċa art li hija tal-privat, jista' l-Ministru jara li din tinżamm nadifa mis-sidien kif ukoll jordna li jittella' ħajt għoli biżżejjed biex ma jintefax żibel ġo fiha bil-konsegwenza li dawn l-inħawi qed jimtlew bil-ġrieden?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art privata imsemmija taqa’ fil-konfini u responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-bidliet li l-kumpanija WasteServ biħsiebha tagħmel fl-impjant għar-riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin u li pproponiet fl-applikazzjoni PA 05076/10 li ressqet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ‘To sanction minor alterations to overall layout and to sanction additions to the shed covering the approved mechanical treatment plant as per PA 4607/06’? Kemm hu stmat li se jiġu jqumu dawn il-"minor alterations to overall layout" u l-"additions to the shed covering"?Kif u minn min se jiġu ffinanzjati l-ispejjeż għal dawn il-bidliet? X’wassal lill-kumpanija WasteServ tapplika għal dawn il-bidliet meta kienu għaddew biss seba' xhur mill-ftuħ komplet tal-impjant (fil-25 ta’ Novembru 2010) meta wieħed iqis li għal dan il-proġett il-WasteServ ħallset eluf kbar ta’ liri Maltin f’konsulenzi u esperti, fosthom il-kumpanija barranija SLR? Peress li l-Ministru f’mistoqsija parlamentari 26124 fis-seduta tal-14 ta’ Ġunju 2011, kien wieġeb li l-impjant kien għadu fi stadju ta’ commissioning, issa li għaddew għaxar xhur mill-ftuħ komplet tal-impjant, x’inhi s-sitwazzjoni attwali u jekk l-impjant hux qed jitħaddem fil-kapacità massima tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 25910 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk humiex jidħlu prodotti agrikoli fil-pajjiż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea? Kif din l-importazzjoni affettwat il-produzzjoni lokali u x’inhi l-politika tal-gvern dwar dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti agrikoli bħal kull prodott ieħor tal-Unjoni Ewropeja jifformaw parti mis-suq intern u għalhekk jiċċirkolaw liberament fil-pajjiżi membri kollha, inkluż f'Malta. Il-prodotti agrikoli ta' pajjiżi terzi huma regolati mit-Tariffa Esterna Komuni tal-UE u huma limitati mir-restrizzjonijiet kummerċjali tal-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll ta’ ftehim bilaterali jew reġjonali li għandha l-UE ma' dawn il-pajjiżi. Il-liberaliżżazjoni tal-kummerċ f'dawn is-swieq huwa proċess li dejjem qed ikompli, u li jaffetwa kemm il-pajjiżi membri tal-UE kif ukoll dawk li mhumiex. Il-politika tal-Gvern kienet u għadha li tappoġġa lis-setturi kollha sabiex jinvestu, bl-għajnuniet minn fondi nazzjonali u tal-UE, f'titjib tal-kompetittività tal-produzzjoni tagħhom. Din twassal għal kwalità ogħla tal-prodotti, b'iżjed effiċjenza u b'metodi ta' produzzjoni sostenibbli li jirrispettaw l-esiġenzi tal-konsumaturi fl-oqsma ta' sigurta' ta' l-ikel, benesseri tal-annimali u rispett għall-ambjent.
Jista' l-Ministru jara li l-ġibjuni li jinsabu fejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata ħdejn il-Banju Boutique jitnaddaf kif dejjem issir kull sena peress li jinsab bla ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ġibjuni msemmija mill-Onorevoli Interpellant diġà ġew imnaddfa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27791 u jgħid kemm ingħataw tenders għar-restawr tas-swar? Kemm hu l-valur ta' kull tender u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol f'kull każ? X'inhu l-persentaġġ tax-xogħol li tlesta f'kull tender sal-lum u kemm tħallas kull kuntrattur għal dawn ix-xogħlijiet s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif mitlub ta' fejn, kif u b'liema mod konkret intnefqu dawn il-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f’seduta ohra
Jista' l-Ministru jgħid f'din il-leġislatura x'kienu l-proġetti li l-Ministru wettaq fil-lokalità tal-Mosta u jgħid ukoll x'kienet in-nefqa ta' dawn il-proġetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet u proġetti li twettqu fil-Mosta tul din il-leġislatura kienu dawn :
Deskrizzjoni Tax-Xogħol
Spiża
Xogħol ta’ tisbiħ fuq iz-zuntier tal-Mosta
(parti
oħra mill-ispiża tal-progett tħallset mill-Parro
ċċca tal-Mosta).
€ 86,064.00
Istallazzjoni ta’ żewg funtani dekorattivi
€46,400.00
Xogħol ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
€11,232.85
Bini ta’ ħitan f’Triq Durumblat
€5,582.04
Xogħol fil-ground tal-futbol
€11,588.40
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar (Triq il-Mosta), ħdejn l-pompi tal-petrol, u li ġew imkissra b'xi vettura li laqtithom, jiġu msewwija għaliex ilhom 15-il ġurnata li ntlaqtu u dawn qed iservu ta' periklu għas-sewwieqa u dawk li jkunu iridu jaqsmu? Jista' jitlob li ssir ukoll spezzjoni fuq il-pelican lights l-oħra (ta' warajhom iktar 'il ġewwa fl-istess triq) għaliex dawn donnhom li tilfu l-bilanċ tagħhom u qed jaħdmu b'mod żbaljat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux għaddej bil-pjani li jwaħħal meters tal-ilma mal-boreholes li ġew irreġistrati madwar Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, fiex wasal ix-xogħol? Hemm xi ħsieb li ssir kwota tal-kwantità ta' ilma li jkun jista' jittella minn kull borehole li ġiet reġistrata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma għandha programm tat-twaħħil tal-arloġġi ma’ sorsi tal-ilma ta’ taħt l-art.
S’issa diġà bdew jiġu stallati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-arloġġ fuq is-sorsi li għandhom użu kummerċjali.
Beda wkoll il-proċess biex jitwaħħlu arloġġi ma’ sorsi li qegħdin jintużaw mill-agrikoltura. Uffiċjali mid-dipartiment tal-Agrikoltura bdew sensiela ta’ spezzjonijiet fuq sorsi għal użu agrikolu, fejn qegħdin jiltaqgħu mal-bdiewa u raħħala. Dawn jispjegawlhom il-proċess ta’ installazzjoni tal-arloġġ u jigwidawhom fuq il-preparamenti li jridu jsiru fuq is-sit fejn se jitwaħħal l-arloġġ.
Wara l-istallazzjoni, se jkun hemm perjodu ta’ moniteraġġ tal-ilma li jintuża fis-settur agrikolu. Dan se jservi biex il-bdiewa tinħadmilhom allokazzjoni ta’ ilma bil-għan li l-bdiewa jkollhom aċċess għall-ilma mingħajr ħlas. L-allokazzjoni ta’ ilma se tinħadem permezz ta’ dikjarazzjoni mill-bidwi fi
crop plan
li jitfassal kull sena. F’dan il-
crop plan
il-bidwi jkun mitlub jiddikjara xi prodotti se jkabbar fl-għelieqi u mil-liema sors se jsaqqihom. Fil-każ tar-raħħala, l-allokazzjoni ser tkun maħduma fuq l-ammont ta’ bhejjem fir-razzett u l-bżonn tal-ilma għal ħasil u t-tisqija.
Rigward
boreholes
fi djar privati, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25415.
Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratturi ġew awarded it-tenders li ħarġu s'issa b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-proġett dwar riżori għat-twaqqif ta' għargħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ għotja tal-kuntratti b’konnessjoni mal-implementazzjoni tal-Proġett Nazzjonjali għat-Taffija tal-Għargħar riesaq lejn il-fażi finali tiegħu. S’issa ngħata kuntratt wieħed biss li jirrigwarda it-tħammil u t-tqattiegħ tal-blat għal-ġibjun tal-Gżira. Dan ingħata lill-kuntrattur Denfar Excavators Ltd.
Barrakka t'isfel — qanpiena fil-monmnet mhux iddoqq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-qanpiena fil-monument ta' ħdejn il-Barrakka t'isfel mhijiex iddoqq? Jekk hemm xi ħsara meta se titranġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Wara dsatax-il sena istallat, ftit żmien ilu l-mekkaniżmu li tħaddem il-qanpiena waqaf jaħdem. Minn spezzjoni li saret jirriżulta li l-ħsara li saret fuq dan il-mekkaniżmu b’mod partikolari fuq il-parti elettrika ħtija tal-melħ mir-raxx tal-baħar, m’huwiex vijabbli li jissewwa. Għaldaqstant l-Uffiċċju għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fi ħdan dan il-Ministeru, qiegħed fil-proċess li jbiddel dan il-mekkaniżmu għal wieħed ġdid.
Directive on Integrated Pollution and Prevention Control
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet addottata fil-Liġijiet Maltin id-direttiva Directive on Integrated Pollution and Prevention Control?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija Direttiva taqa’ taħt Att Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Tal-Iżvilupp (Kap. 504). Għaldaqstant, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Prim Ministru.
San Pawl il-Baħar -Port tal-Veċċia bħala landing port
Question
Jista' l-Ministru jipprova jassigura li l-Port tal-Veċċia, San Pawl il-Baħar jkun konsidrat bħala landing port għas-sajjieda matul is-sena kollha għaliex meta dan ma jibqax konsidrat hekk, u minflok is-sajjieda jkollhom imorru l-Marfa, fil-fatt l-istess sajjieda jidħlu fi spejjeż żejda mhux meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat tal-Kontroll tas-Sajd għaddej b’taħdidiet dwar il-possibiltà li l-lista ta’ designated ports tiżdied.
Kennedy Grove — pjanti neċessarji għall-estensjoni tal-park
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pjanti neċessarji għall-estensjoni tal-park ta' Kennedy Grove fil-fatt huwiex lest? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinbeda x-xogħol fi żmien qasir biex jiġi finalizzat dan ix-xogħol ippjanat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-pjanti għal estensjoni oħra ta’ Kennedy Grove tlestew u ġew sottomessi l-MEPA. Ix-xogħol fuq dan il-proġett għandu jinbeda hekk kif joħorgu l-permessi neċessarji.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għas-snin 2008 sa 2010 diġà ngħatat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 25158, 14052 u 5584, nifurmaħ li għal din is-sena minn Jannar sa Awwissu, in-nefqa fil-konsum ta’ fuel għall-Ministeru u dipartiment kollha li jaqgħu taħtu kien ta’ €1,025,567. Din il-figura tkopri 'l fuq minn 840 inġenji u vetturi li l-parti kbira minnhom, aktar minn 600 minnhom huma vetturi u inġenji tax-xogħol bħal cranes, bulldozers, forklifters, kompressuri li fid-dawl tan-natura tagħhom għax-xogħol rikjest minnhom jikkunsmaw konsiderevolment. Rigward l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi din kienet ta’ €12,986.00 u WasteServ Malta Limited din kienet ta’ €230.996. Din tal-aħħar tkopri seba’ trukkijiet kbar, tliet inġenji, ħames vannijiet kbar u vetturi.
Jista l-Ministru jgħid l-iskallijiet fix-Xatt tal-Isla, li uħud huma fi stat perikoluż, meta ser jiġu rranġati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn ispezzjoni li saret madwar ix-Xatt ta’ l-Isla, mit-tmien skallijiet eżistenti, ħames minn dawn l-iskallijiet li qegħdin fuq Dockyard Creek jinsabu fi’stat strutturali tajjeb. Mit-tlieta l-oħra li huma fuq French Creek, tnejn biss minnhom (jiġifieri dak ta’ ma ġenb ir-Regatta Club u dak ta’ ħdejn il-latrina għandhom bżonn ta’ tiswija sostanzzjali. Diġa ittieħdet nota ta’ dawn iskallijiet u huwa ttamat li x-xogħol ikun inkluż fi program ta’ xoghlijiet iktar ‘il quddiem.