Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li parti mill-informazzjoni mitluba qed tingħata hawn taħt, il-bqija tal-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Entita/Aġenzija/Awtorita CEO Xogħol barrani Festivals Malta Francis Agius Le Heritage Malta Noel Zammit Le Malta Philarmonic Orchestra Christopher Muscat ( Acting CEO) Le Malta Libraries Cheryl Falzon Le MICAS Phyllis Muscat Le St. John's Co-Cathedral Foundation Tonio Mallia Le Teatru Manoel Edward Zammit ( Acting CEO) Le Valletta Cultural Agency Catherine Tabone Le

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14350 u 15004 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: L-isem tal-kuntrattur L-attivitajiet li saru Ammonti imħallsa fil-perjodu indikat Nocturne Services Ltd Servizzi ta vidjografija u servizzi marbuta ma' media mal-Ministeru €44,500 exc VAT Mr Xylon Bristow Servizzi ta vidjografija mas-Segretarju Parlamentari €2,100 €6,181.67 Mr Vincent Piscopo Servizzi ta fotografija mal-Ministeru €8,600 Ms Chanelle Demicoli Servizzi ta vidjografija mas-Segretarjat Parlamentari €1050 Is-servizzi ġew provduti fl-attivitajiet uffiċjali tal-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari.

Malta Eurovision Song Contest 2024 – għotjiet għall-produzzjoni ta’ videos tal-kanzunetti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull kantant finalist tal-Malta Eurovision Song Contest ingħata €5,000 biex jipproduċi video tal-kanzunetta? Jista’ jgħid jekk hux possibbli li jsir video ta’ kwalità b’€5,000?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li r-risposta hija fl-affermattiv. Intant, infurmat ukoll li dawn il-music videos illum huma pubbliċi.

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali – Bins on wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għandux bins on wheels għall-użu tal-pubbliku? Jekk iva, fejn jinsabu? X’inhi l-frekwenza tat-tbattil ta’ dawn l-istess bins on wheels?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill m’għandux bins on wheels għall-użu tal-pubbliku.

Santa Luċija — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15621 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Santa Luċija, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ f’Santa Luċija li fejn ikun hemm il-bżonn, is-siġar jinżabru. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li preżentament hemm materji ohra li jieħdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.

Żejtun — Kappella ta’ San Klement - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12950 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet fuq il-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa komplessivament u jekk il-Kapella hijiex miftuħa għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi r-restawr fuq l-istruttura esterna tal-knisja ta’ San Klement ġie esti¿ għall-faċċata ta’ wara tal-knisja, li tħares fuq propjetà ta’ terzi, u għalhekk tali restawr għadu għaddej. Intant infurmat illi n-nefqa totali tal-proġett tammonta għal ċirca €70,000 u dan peress li x-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawru Preservazzjoni. Finalment infurmat li fil-preżent il-Kappella mhux miftuħa għall-pubbliku sakemm ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin.

PBS — Applikazzjonijiet

Question

Fid dawl li fl-10 ta' Ottubru 2023, ħarġet sejħa interna għall-applikazzjonijiet għal seba' karigi fil-Public Broadcasting Services (PBS) kif ġej: Head of News Editorial - Manager II Head of News Resource Manager - Manager II News Duty Manager - Manager I Court Affairs Coordinator Parliamentary Affairs Coordinator Radio Station Content Coordinator Senior Video Journalist, jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm, għal kull waħda minn dawn il-karigi?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proċess għadu għaddej u kif ġie diversi drabi stabbilit f’diversi risposti parlamentari preċedenti (eż. mistoqsija parlamentari 13645 tal-Leġiżlatura IX jew mistoqsija parlamentari 13642 tal-Leġiżlatura X) ma jkunx idoneu u għaqli li tingħata informazzjoni.

Ġbir tal-iskart — skart residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri hemm fis-seħħ biex jiġi żgurat li ż-żibel miġbur minn żoni residenzjali jikkonsisti biss fi skart residenzjali, u b'hekk jiġi eskluż skart kummerċjali jew industrijali?

Response (BONNICI, OWEN)

Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għan hu li jinġabar l-iskart muniċipali, nitlob lill-Onor. Interpellanta tispecifika x’tifhem bi skart kummerċjali jew industrijali.

Il-Fgura – Triq il-Pitiross – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Pitiross, il-Fgura? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li x-xogħol fiż-żona indikata jinkludi titjib billi ġew rilokati u miżjudin il-parkeġġi filwaqt li żdiedet iż-żona ta’ vegetazzjoni. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li l-ispiża s’issa laħħqet €70,187.51.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela — Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ser jagħmel mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-parti indikata fi Triq il-Kaħwiela hija meqjusa bħala triq ġdida li għadha ma ġietx asfaltata u għaldaqstant il-bankina ma nbnietx.

Kalkara – Drenaġġ fil-baħar

Question

B’referenza għad-drenaġġ li qed ikun hemm fil-baħar fix-Xatt tal-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Kalkara rrapurtax lill-Awtoritajiet ikkonċernati dwar dan l-inkonvenjent? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid : a. lil liema awtorità / dipartiment irrapporta u meta? b. jekk sarux follow ups? ċ. jekk irċeviex xi feedback jew ittieħdet xi azzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li kien għadda r-rapport lil Water Service Corporation dwar dan il-likwidu li qiegħed jiskula fil-baħar. Minn stħarriġ li sar jirriżulta li din hija nixxiegħa t’ilma naturali u mhux drenaġġ.

Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - Miżuri minħabba sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li l-istess Kunsill ghamel il-komunikati neċessarji mal-awtorijatjiet kompetenti sabiex jittaffa l-periklu eżistenti f'parti minn din it-triq.

PBS – tibdil strutturali fil-binja ta’ TV House

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-PBS informa lill-ħaddiema tal-PBS li biħsiebu jagħmel tibdil strutturali fil-binja ta’ TV House biex is-sena li ġejja jkunu jistgħu jiġu akkomodati udjenzi ta’ madwar 250 persuna? Jekk iva, jista’ jikkonferma li l-imsemmija binja hija skedata minħabba l-valur storiku tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS illi kull żvilupp li jsir fil-bini tal-PBS isir skond il-liġijiet vigenti u jkun munit b'permessi tal-ippjanar appożiti.

Malta Eurovision Song Contest 2024 – Għażla tal-kantanti u kanzunetti finalisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Camp li permezz tiegħu saret l-għażla tal-kantanti u l-kanzunetti finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest 2024? Min kienu l-persuni involuti fit-tmexxija ta’ dan il-Camp u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellanta ghat-tweġiba li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numruu 16361, ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva. Intant infurmat ukoll mill-PBS li saret sejħa pubblika għal 21 post fil-Malta Eurovision Music Camp b’aġġudikazzjoni ta’ ġurija internazzjonali u sussegwentament ammont ta’ parteċipanti applikaw b’kanzunetti mill-kamp għal Malta Eurovision Song Contest 2024. Intant infurmat illi minn dawk li applikaw għaddew 10 kanzunetti għas-semifinali.

Sannat –– Playing field — Xogħol ta’ tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' tisbiħ sar sabiex tiġi msebbħa l-playing field li hemm ġewwa t-Triq Ta' Marżiena fis-Sannat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm flejjes intefqu jew se jintefqu u jekk kienx hemm ukoll installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' dawl u playing equipments u affarijiet oħra relatati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Sannat illi fit-triq msemmija għadu ma’ nbeda l-ebda xogħol ta’ tisbih fl-imsemmija playing field, minħabba li t-‘tendering process’ għadu mhux iffinalizzat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Wied il-Għajn — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15627 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-siġar ma n¿abrux minħabba li l-istess Kunsill Lokali jinsab f’fażi li jbiddel il-kuntrattur. Infurmat ukoll li meta jibda l-kuntrattur il-ġdid, il-Kunsill lokali se jevalwa u jagħti prijorità skont il-ħtieġa. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li prezentament hemm materji ohra li jiehdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.