Legislature:
Category:
Reset
Active:

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 14177 u jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif tista’ tara mit-tabella u l-grafika li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, matul l- 2022 is-servizz tal-Looked After Children ħadem fuq 508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva. Bejn Jannar u Ġunju 2023 l-istess servizz ħadem fuq 490 każ. Filwaqt li social welfare professionals assistew fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa, huma dejjem għamlu hekk taħt is-supervizjoni tal-ħaddiema soċjali. Ir-responsabilità ewlenija tibqa’ dejjem tal-ħaddiema soċjali.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14176 u jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) sa Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif tista’ tara fit-tabella u grafika li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fl-2022 is-servizz tal-Looked After Children (LAC) ħadem ma’ 508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva. Filwaqt li social welfare professionals assistew fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa, huma dejjem għamlu hekk taħt is-superviżjoni ta’ ħaddiema soċjali. Ir-responsabilità ewlenija tal-każijiet tibqa’ dejjem tal-ħaddiema soċjali.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14174 u jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, il-programm Domestic Abuse Intervention Programme li jiġi offrut mill-STOP! The Violence and Abuse Service, ħadem ma’ 91 persuna. Fosthom, 4 minnhom temmew il-pogramm b’suċċess, b’wieħed minnhom riferut mill-Qorti biex jagħmel il-programm. 2 persuni oħra, li wkoll kienu riferuti mill-Qorti, ma setgħux ikomplu il-programm minħabba relapse fl-imġieba tagħhom fil-konfront tas-sieħba tagħhom. Għaldaqstant, iz-zewġ individwi xorta ġew assistiti b’mod individwali. Fl-2023, il-Qorti bagħtet raġel ieħor biex jattendi id-Domestic Abuse Intervention Programme, però l-individwu ma kkoperax u ma ħax l-għajnuna pprovduta lilu, bil-Qorti tiġi infurmata. Matul l-istess sena, kien hemm ukoll 3 nisa li rċievew l-għajnuna fuq bażi individwali dwar l-imġieba aggressiva tagħhom fil-konfront tas-sieħeb tagħhom.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14173 u jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-2022, il-programm Domestic Abuse Intervention Programme li jiġi offrut mill-STOP! The violence And Abuse Service, ħadem 100 persuna. Fost dawn, 4 irġiel temmew il-programm b’suċċess matul l-2022. Tnejn minn dawn l-4 kienu ordnati u mibgħuta mill-Qorti sabiex isegwu l-programm. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellanta li, fl-2022, il-Qorti bagħtet raġel ieħor biex jattendi id-Domestic Abuse Intervention Programme, iżda l-istess individwu ma kkoperax u ma riedx l-għajnuna offruta lilu mis-servizz. Il-Qorti tinsab infurmata b’ dan.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – Każijiet ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ traffikar ta’ persuni, il-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, sena b’sena, bejn is-sena 2013 u s-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll: i. Kemm kien hemm persuni f’kull każ? ii. Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom il-Fondazzjoni? iii. Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? iv. Kemm kienu tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14053 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10898, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu (u mhux l-FSWS jew l-Università ta’ Malta) biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work u kemm huwa l-baġit allokat għal din il-promozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Ministeru jiffinanzja l-operat tas-Social Work Profession Board, sabiex jirregola l-professjoni u ukoll jipromwovi l-professjoni. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li bħala Gvern, ħadna d-deċiżjoni li s-social work profession tkun waħda minn dawk li tgawdi minn student grant ogħla, sewwa sew għax nemmnu fl-importanza tagħha u il-ħtieġa li jkunu mħeġġa aktar studenti biex japplikaw għaliha.

Persuni homeless

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14171 u jgħid kemm hawn persuni li huma homeless bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn persuni f'homeless shelters bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 14178 u jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-caseload tas-social welfare professionals fil-LAC f’Diċembru 2022 u dan peress illi r-rapport annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) 2022, paġni 64 u 65, dwar il-Looked After Children ma jagħtix dawn id-dettalji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, matul is-sena 2022, il-508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva taħt ir-responsabbilità tal-Looked After Children Service kienu mqassmin kif ġej: · 336 każ kienu qed jiġu segwiti mit-23 ħaddiema soċjali li hemm jaħdmu f’dan is-servizz; · 43 każ kienu qed jiġu segwiti minn Warranted Youth Worker ; u · 129 każ li kienu qed jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali assistiti minn 9 Social Welfare Professionals . Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, mhux kull każ huwa l-istess u allura l-caseloads ma jistgħux ikunu l-istess. Dan peress li hemm każijiet aktar intensivi minn oħrajn u anki peress li l-istess professjonisti mhux kollha jaħdmu l-istess numru ta’ siegħat minħabba family friendly measures u anki minħabba s-snin ta’ esperjenza tal-professjonisti nfushom.

“The UN Convention for the Child” — Liġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern inkorporax il-liġijiet ta’ “The UN Convention for the Child” bħala parti mil-liġijiet ta’ pajjiżna? Jekk ir-risposta hija le, jista’ jagħti raġuni għala dan ma seħħx?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi, l-prinċipji prinċipali tal-UNCRC fil-Kap. 602 ġiet inkorporata fil-2020.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda minn dawk il-Kapijiet Eżekuttivi ma jagħmlu xogħol privat u / jew negozju ieħor, mindu nħatru bħala Kapijiet Eżekuttiv. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fotografi jew vidjografi - direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14352 u 15002 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Persuni b'diżabilità — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15665 u jgħid kemm kienu l-persuni li jieħdu xi benefiċċju għax għandhom diżabilità, sal-aħħar tas-sena 2023 u x'tip ta' benefiċċju kienu/għadhom jieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabelli ta’ hawn taħt: Diċembru 2023 Assistenza għal Diżabilit à (DA) Assistenza Miżjuda għal Diżabilit à Severa (ISDA) Assistenza għal Diżabilit à (SDA) Eta' Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total 15-19 6 5 11 13 46 59 112 237 349 20-24 7 14 21 25 61 86 104 194 298 25-29 9 13 22 40 66 106 147 235 382 30-34 8 28 36 32 64 96 177 212 389 35-39 10 22 32 32 62 94 168 221 389 40-44 9 26 35 38 64 102 170 230 400 45-49 20 45 65 44 52 96 176 194 370 50-54 15 39 54 37 42 79 166 153 319 55-59 22 36 58 35 32 67 149 128 277 60-64 13 22 35 32 38 70 146 140 286 65-69 11 1 12 22 12 34 82 44 126 70-74 5 - 5 13 3 16 42 19 61 75-79 2 - 2 5 2 7 30 14 44 80-84 1 - 1 1 - 1 11 7 18 85-89 1 - 1 2 1 3 2 1 3 90-94 - - - - - - 1 - 1 Total 139 251 390 371 545 916 1 ,683 2,029 3,712 Diċembru 2023 Pensjoni għall-Korriment (DP) Allowance għal tfal b’Diżabilit à (DCA) Eta' Nisa Irgiel Total Nisa Irgiel Total 0-4 - - - 89 207 296 5-9 - - - 231 668 899 10-14 - - - 238 686 924 15-19 - - - 54 129 183 20-24 - - - - - - 25-29 1 1 2 - - - 30-34 0 3 3 - - - 35-39 0 7 7 - - - 40-44 2 16 18 - - - 45-49 1 27 28 - - - 50-54 2 46 48 - - - 55-59 4 33 37 - - - 60-64 5 28 33 - - - 65-69 1 2 3 - - - 70-74 1 4 5 - - - 75-79 1 1 2 - - - 80-84 0 3 3 - - - 85-89 - - - - - - 90-94 - - - - - - Total 18 171 189 612 1,690 2,302

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Homeless shelters — proċedura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk ix-shelters li joffru akkomodazzjoni lil persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom ġewwa Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-proċedura biex persuna tkun tista’ taċċessa/tidħol u tgħix f’shelter?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, permezz tal-Public Social Partnerships (PSPs) li għandhu il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fil-qasam soċjali, hemm numru ta’ shelters għal persuni homeless. Dawn l-NGOs u x-shelters li jmexxu huma: 1. Dar Patri Leopoldu, 2. Dar Tereża Spinelli, (Dar Patri Leopoldu u Dar Tereża Spinelli it-tnejn immexxija mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem tal-Patrijiet Kappuċċini) 3. Il-YMCA Communal Home 4. Dar Nikki Cassar, (YMCA Communal Home u Dar Nikki Cassar it-tnejn immexxija mill-NGO YMCA Valletta) 5. Dar Emmaus, (Dar Emmaus hija immexxija mill-Fondazzjoni Kenn u Tama ġewwa Għawdex) u 6. Dar Papa Franġisku u 7. Dar Maria Dolores . (Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores huma immexxija minn Fondazzjoni Dar il-Hena li hija inizjattiva bejn ażjenda privata, CARITAS Malta u dan il-Ministeru). Il-proċedura għad-dħul hija li persuna homeless tista’ tiġi jew il-Head Office tal-Aġenzija Appoġġ jew tmur f’xi wieħed mis-servizzi fil-komunità li l-FSWS għandha f’Malta u Għawdex u minn hemm, wara li jsir l-initial assessment , l-persuna tkun riferuta lil wieħed mix-shelters imsemmija. Dan japplika għax-shelters kollha ħlief għal Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores li huma emergency shelters u allura l-persuna tkun diretta tmur direttament hemm. Kull shelter għandu l-professjonisti tiegħu li, flimkien mal-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS, ifasslu care plan għall-persuna homeless li tingħata l-għajnuna sakemm tkun tista’ tfendi għal rasha u tgħix ħajja indipendenti billi tfittex u ssib impjega u b’ hekk tasal li almenu tkun tista’ tikri post għaliha. Għaldaqstant, iż-żmien li wieħed ikun jista’ jibqa’ f’ homless shelter mhuwiex indefinit.

Homeless shelters — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qegħdin jaġevolaw ruħhom mid-djar li joffru akkomodazzjoni lil persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom? Jista’ jgħid ukoll jekk jeżistux xi tip ta' waiting lists għal dan is-servizz u jekk fl-affermattiv, kemm hemm persuni li bħalissa qegħdin jistennew biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-abitazzjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, informazzjoni għat-tagħrif mitlub minnha.

Homeless shelters — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' limitu ta’ kemm persuna tista’ tibqa tagħmel użu minn shelter? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' sapport jingħata waqt l-abitazzjoni f'dawn ix-shelters u x'tip ta' sapport jingħata hekk kif persuna toħroġ minn dawn l-abitazzjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-ebda homeless shelter ma huwa intiż biex isir l-abitazzjoni dejjiema tal-persuni li jinsabu hemm. Kull shelter għandu l-professjonisti tiegħu li, flimkien mal-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS, ifasslu care plan għall-persuna homeless, tingħata l-għajnuna sakemm tkun tista’ tfendi għal rasha u tgħix ħajja indipendenti billi tfittex u ssib impjieg u b’hekk tasal li almenu tkun tista’ tikri post għal rasha. Għaldaqstant, iż-żmien li wieħed ikun jista’ jibqa’ f’ homless shelter mhuwiex indefinit. Il-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS u anki l-professjonisti tal-NGOs li jmexxu x-shelters, jibqgħu disponibbli biex ikomplu jagħtu għajnuna lil dawn il-persuni, speċjalment jekk jerġgħu jiġu f’ċirkostanzi li jistgħu jerġgħu irenduhom homeless.