Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11003 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanija GO — collective agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-laqgħat biex ikun konkluż il-collective agreement mal-Kumpanija GO għadhomx għaddejjin jew humiex fil-preżent wieqfa?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumpanija Go hija kumpanija privata. L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 11 PQ #11004 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

CASMA Ltd — ħaddiema mingħajr collective agreement imġedded

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-collective agreement tal-ħaddiema tal-CASMA għadu ma sarx meta l-collective agreement ewlieni ilu li skada u fil-preżent il-ħaddiema tal-CASMA li qed jaħdmu fid-Dragonara Casino m'għandhom l-ebda collective agreement imġedded?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11013 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas fuq mediċini u surgical supplies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu xahar b'xahar id-distributors barranin tal-mediċini u surgical suppliers minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11014 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment fil-31 ta' Diċembru, 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11015 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' refużjoni ta' pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jingħata r-refużjoni tal-pensjoni li hija dovuta lilu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #11016 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern rigward l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Meta se tkun implimentata fuq bażi nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-pjan tal-Gvern hu li jkompli jestendi l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-aktar fis possibli.
Leg 11 PQ #11019 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sedqa — informazzjoni dwar nies li jattendu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li jattendu s-Sedqa minħabba droga u li qed jieħdu l-assistenza soċjali? Ta' liema età huma? Kemm huwa l-ammont totali ta' assistenza soċjali li tali nies ħadu tul is-sena 2008 u fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2009? Jista' jgħid jekk dawn in-nies jeħdux metadone mingħand il-Gvern, kemm huwa l-ammont totali ta' metadone li l-Gvern ta matul is-sena 2008 u fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sedqa ma żżommx rendikont tal-klijenti li jattendu s-Sedqa minħabba d-droga u li jieħdu assistenza soċjali. L-ammont totali ta’ metadone li ngħatat mill-Aġenzija fl-ewwel tmien xhur tal-2008 u tal-2009 huwa kif jidher hawn taħt: 2008: January: 991.250 Lts February: 898.558 Lts March: 917.551 Lts April: 893.959 Lts May: 912.575 Lts June: 886.127 Lts July: 953.739 Lts August: 992.595 Lts September: 997.54 Lts October: 1044.90 Lts November: 1041.89 Lts December: 1094.01 Lts 2009: January: 1109.279 Lts February: 1019.583 Lts March: 1124.474 Lts April: 1080.564 Lts May: 1152.461 Lts June: 1114.522 Lts July: 1167.665 Lts August: 1154.503 Lts .
Leg 11 PQ #11021 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Distributors tal-mediċini — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu xahar b'xahar id-distributorslokalment tal-mediċini minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11023 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjoni ta' l-Invalidità — applikazzjonijiet rifjutati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed tintuża biex tiġi aċċettata jew rifjutata applikazzjoni għall-Pensjoni tal- Invalidità? Jista' jgħid jekk hux minnu li t-tobba jiddeċiedu mingħajr ma jaraw jew jeżaminaw lill-pazjenti u joqogħdu biss fuq ir-rapporti tal-isptarijiet u ċ-ċertifikati? Jaħseb li tali proċedura tmur kontra l-etika tal-professjoni medika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11024 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Family Therapy Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi tal-Family Therapy tal-Aġenzija Appoġġ? Fiex jikkonsisti llum l-staff compliment biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti għall-familji fid-diffikultà? Kemm hija l-waiting list u kemm ġeneralment, il-familja tistenna biex tingħata l-ewwel appuntament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qormi Health Centre — ċentru ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Qormi Health Centre ġie identifikat bħala ċentru ta' emerġenza f'każ li l-pandemija tas-swine flu tolqot lil Malta? Jekk huwa l-każ jista' jgħid jekk ġiex ikkunsidrat xi ċentru ieħor bħal, per eżempju, xi parti mill-Isptar San Luqa fejn mhux qed jintuża? Jekk intgħażlet il-Qormi Health Centre, jista' jgħid għaliex? Jista' jassigura li se jittieħdu xi prekawzjonijiet biex din il-marda ma tinfirixx fil-popolazzjoni Qormija, peress li dan iċ-ċentru jinsab f'post mill-aktar abitat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11054 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mġarr — Ċimiterju - Applikazzjoniet għal oqbra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4192 u 5889 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex jinxtraw oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Imġarr?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri t'oqbra fiċ-ċimiterji ta' l-Imġarr huwa ta' 49 bħalissa.
Leg 11 PQ #11085 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' inċidenza ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8241 u 9723 u jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena? Peress li issa ilhom li saru diversi xhur, iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11086 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' imwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8238 u 9724 u jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età? Peress li issa ilhom li saru diversi xhur, iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11095 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' persuna diżabbli li trid tgħaddi bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadu ma għaddiex bord dwar injuries li sofra fuq ix-xogħol fil-23 ta' Ġunju 2005 u li llum għandu diżabilità? Jista' l-Ministru jara li tiġi konkluża amministrittivament din il-pendenza?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #10095 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single unmarried mothers — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single unmarried mothers illum? Kemm għandhom tfal kull waħda? Minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10096 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li qed jikkoabitaw — servizzi soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jaħseb biex jirregola lil dawk il-persuni li qed jikkoabitaw? Jista' jgħid kemm inqabdu persuni s-sena l-oħra u din is-sena li kienu fuq xi servizzi soċjali u li din tneħħitilhom għax inqabdu minn spetturi tad-dipartiment li fil-fatt kienu qed jikkoabitaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-każijiet ta’ Għajnuna Soċjali persuni li jikkoabitaw, qed jitqiesu, għal skop tat-test tal-meżżi u bħala benefiċċju/jew assistenza, bħala household. Fir rigward tal-Iskema Kontributorja s’issa m’hemm l-ebda ħsieb biex tiġi rregolariżżata s-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li jikkoabitaw. Kien hemm 19 fl-2008 u 33 fl-2009 (Sa l-aħħar ta’ Ġunju) li twaqqfitilhom l-assistenza. Informat ukoll li għandu jiġi iċċarat li l-assistenza twaqqfet mhux minħabba l-fatt li qed jikkoabitaw, imma għaliex dawn il-persuni kienu qed jieħdu l-għajnuna fuq dikjarazzjoni li qed jgħixu waħedhom mentri kien hemm persuni oħra jgħixu magħhom, li d-dħul tagħhom ma kienx qed jiġi ikkunsidrat.
Leg 11 PQ #10381 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10009 u 9869 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiġu aġġornati l-iskedi tal-avviż legali 92 tal-2002 dwar l-aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila, lit-tarbija fil-ġuf u lill-mara li treddgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Avviż Legali 92/2000 idaħħal fis-seħħ id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 92/85. L-Annessi li hemm kemm fir-Regolamenti kif ukoll fid-Direttiva jinkludu: fil-każ ta’ Anness 1 - lista mhux kompluta ta’ Aġenti fiżiċi, kimiċi u bioloġiċi li dwarhom irid isir eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju; fil-każ ta’ Anness 2 – lista ta’ aġenti, proċessi jew attivitajiet li għalihom mara tqila jew li tkun qed treddgħa ma tistax tkun esposta. Il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat gwidi ta’ natura prattika ta’ kif għandu jsir l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju, li jinkludu wkoll tagħrif ta’ kif għandu jiġi evalwat ir-riskju f’sitwazzjonijiet mhux imsemmija fl-Annessi. M’hemm l-ebda ħsieb, la fuq livell Ewropew, u l-anqas hawn Malta li jitbiddlu l-Annessi msemmija.
Leg 11 PQ #10382 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ommijiet li jridu jreddgħu lit-trabi fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10008 u 9870 u jgħid kemm saru lmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol in konnesjoni ma' problemi ta' ommijiet biex ikunu jistgħu jreddgħu lit-trabi tagħhom fuq il-post tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din il-materja ma taqax taħt l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (Kap 424) jew taħt l-A.L 92 ta' l-2000, li fih provvedimenti biex jipproteġu trabi waqt il-perijodu ta' rdiegħ (eżempju minn sustanzi li jgħaddu permezz tal-ħalib). Informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar kemm ġew mogħddija tali lmenti lil dan id-Dipartiment.

Customer care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10027 u 9904 u jikkonferma dak li qal id-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jidher separatament, fuq ir-radju RTK nhar it-Tlieta, 23 ta' Gunju, 2009 li l-customer care tad-dipartiment tiegħu jieħdu ħsiebu u jindirizzaw l-ilmenti tan-nies tliet tobba seniors? Possibbli li dan is-servizz ma jistax jitmexxa minn persuni oħra u dawn it-tobba seniors jagħtu servizz f'taqsimiet oħra tas-saħħa primarja, bħaċ-ċentri tas-saħħa, fejn hemm nuqqas ta' tobba?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tliet tobba li qed isemmi huma responsabbli mill-amministrazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Primarja kollu u l-Customer Care huwa biss parti żgħira minn xogħolhom. Meta jkun hemm il-bżonn, dawn l-istess tobba jagħtu sehem ukoll fix-xogħol kliniku. Ta’ min jgħid li peress li ħafna mill-ilmenti li jkollu d-Dipartiment huma ta’ natura medika, l-aħjar prattika biex dawn il-problemi jiġu ndirizzati hi li dawn l-istess t-tobba jkunu parti mill- Customer Care .