To ask the Minister, regarding parliamentary question 25741 which was originally sent to the Prime Minister, and with reference to the Citizenship-by-Investment in Malta:
i. How many passports have been issued under this scheme?
ii. What is the total value generated by this scheme?
iii. What is the present value of the funds under this scheme?
iv. If the present value of the funds is less than the total value generated by this scheme, what is the difference?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din l-informazzjoni tinsab fir-rapporti tar-regolatur 'Regulator Granting of Citizenship for Exceptional Services' impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mil-LESA jew mill-pulizija minn Settembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, biex jaraw li l-karavans li hemm tul il-Coast Road f’Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont l-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.239, ir-regolamenti tal-permessi għall-karavans japplikaw bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas qegħdin jirċievu l-persuni appuntati fuq il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u jindika t-terminu taż-żmien li ġew inkarigati għalih?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infumat li l-informazzjoni dwar ħlas hija kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm saru reati kriminali fis-sena 2024, rispettivament għal kull lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar ir-rata ta’ rapporti ta’ kriminalità fl-2024 qed ikun ikkumpilat biex jiġi ppubblikat bħal snin oħra. Meta jkun finalizzat ikun jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkjarifika jekk l-emendi għall-Kodiċi Kriminali li daħlu fis-seħħ wara l-Abbozz 111 ta' din il-Leġiżlatura, japplikawx għal dawk li mhumiex impjegati mas-servizz pubbliku, iżda huma impjegati fis-settur pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. membru għall-minuti u transcript tal-Parlament tas-seduta tal-Kumitat tal-Abbozzi, li għaliha huwa kien ukoll preżenti. Il-parir li l-Ministeru irċieva mill-Avukat tal-Istat huwa fl-affermattiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull persuna li tagħti servizz mal-forzi tal-ordni jew taħdem ma' entità fis-sigurtà f'pajjiżna irċevew il-pagament f'kumpens kif kien imwiegħed minnu, u ċjoè li kellhom jitħallsu nofs miljun Ewro f'kumpens maqsuma bejn aktar minn elf u sitt mitt ħaddiem? Jekk dawn il-ħlasijiet saru, jista’ jgħid kemm kienu l-ħlasijiet b'mod individwali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kontra għal dak li kien jiġri f'amministrazzjoni preċedenti, l-ħaddiema kollha fis-sigurtà u ż-żamma tal-ordni li jkunu involuti f’avvenimenti kbar, kollha jkunu kumpensati b’mod finanzjarju għas-sigħat ta’ xogħolhom u anke għal dawk is-sigħat maħduma żejda. Dawn ikunu mħallsa fil-ħin u skont il-ftehimiet kollettivi jew settorali rispettivi għal kull entità li tifforma s-sigurtà.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Uffiċjali li għaddew minn proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemmx uffiċjali ingaġġati li preċedentement kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom f'forzi tal-ordni oħra? Jekk iva, kemm hemm minn dawn l-uffiċjali u fuqiex kienu l-proċeduri dixxiplinarji li ttieħdu kontrihom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-ġimgħat li ġejjin hix ser terġa’ tinfetaħ l-Għassa tal-Mellieħa fl-interess tal-komunità tal-Mellieħa u ta’ dawk li jżuru l-istess lokalità minn żmien għal żmien?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fuq l-għassa tal-Mellieħa għaddej xogħol ta’ rinovazzjoni importanti. Sakemm għaddej dan ix-xogħol il-lokalità tibqa' koperta mill-Pulizija tal-Komunità li jaħdmu mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali, mill-Pulizija tad-distrett, kif ukoll minn rondi li jsiru minn uffiċjali tal-RIU.
Hemm ukoll l-aċċessibilità tas-sistema ta' Intercom mal-għassa, li permezz tagħha il-pubbliku jista' jaqbad mal-Kamra tal-Kontroll fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erba' u għoxrin siegħa kuljum. Għal rapporti li mhux ta’ natura gravi illum hemm ukoll sistema online li tiffaċilità l-ħajja ta’ min irid jagħmel tali rapport. Bħal dejjem, anke b’rabta ma’ rapporti, il-Pulizija tal-Komunità qegħdin hemm biex jassistu kull fejn meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza f'xi faċilità korrettiva f’Malta fis-sena 2013, fis-sena 2015 u fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-etajiet ta’ dawn il-minuri u x’kienu r-reati li għalihom kienu nstabu ħatja tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fis-sena 2013 kien hemm erba’ minuri, wieħed ta’ 14 -il sena u tlieta ta’ 17 -il sena li kienu qegħdin jiskontaw sentenza. Fis-sena 2015 kien hemm żewġ minuri ta’ 15 u 16 -il sena rispettivament li kienu qegħdin jiskontaw sentenza. Fis-sena 2024 kienu tmien minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza, tnejn kellhom l-eta ta’15 -il sena, tnejn kellhom 16 -il sena u erba’ kellhom 17 -il sena.
Ir-reati li għalihom kienu ħatja kienu jinkludu: ksur ta’ Probation, ħarba mill-kustodja tal-Pulizija, disprezz tal-Qorti, offiżi relatati ma’ traffiku, Correctional Care Order, serq aggravat, ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà kundizzjonata, pussess ta’ dokumenti foloz, konverżjoni ta’ multa, u falsifikazzjoni ta’ passaport.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le?
Jista' jgħid ukoll:
(a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad?
(f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25475 u 25693 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25477 u 25694 u jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li kellhom permess tax-xogħol validu f’pajjiżna fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja għas-snin mill-2010 sal-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba u hekk kif ippubblikata mill-Eurostat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25478 u 25695 u jipprovdi f’persentaġġi s-setturi tax-xogħol li għalihom persuni nħarġilhom permess ta’ xogħol biex jidħlu f’Malta mill-2010 sal-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-persentaġġi tas-setturi tax-xogħol li għalihom persuni nħarġilhom permess tax-xogħol minn Jobsplus mill-2010 sal-2024 qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25479 u 25696 u jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li applikaw għall-permess ta’ xogħol, u kemm minnhom inħarġilhom permess ta’ xogħol mill-2010 sal-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba u hekk kif ippubblikata mill-Eurostat fuq il-Mejda tal-Kamra.
AFM – Membri li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga tal-uffiċjali u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li bħalissa qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta, u jispeċifika liema kors?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa, m'hemm l-ebda uffiċjal u/jew membru tal-forza li qed isegwi kors fl-Università ta' Malta li ġie mibgħut mill-forza, u/jew li għandu ftehim mal-Forzi Armati ta' Malta. Madanakollu, infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta jinnominaw uffiċjali u membri tagħha f’numru sinifikanti ta’ korsijiet lokali kif ukoll barra min xtutna, bil-għan li jipparteċipaw u jkabbru l-għarfien tagħhom, għall-benefiċcju tal-Forza, kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew ser jieħu fil-konfront tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward ta' rapport li rċeviet il-Pulizija fl-Għassa tal-Ħamrun matul ix-xhur li għaddew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru ma kien hemm ebda komunikazzjoni riċevuta li saru rapporti ta’ dan it-tip.
Forzi Armati ta' Malta — Attakki mill-ajru - Difiża
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'difiża għandhom il-Forzi Armati ta' Malta f'każijiet ta' attakki mill-ajru minn ajruplani, drones u missili? Jista' jagħmel elenku u jindika l-isem, l-ammonti, it-tip u s-sena ta' produzzjoni, u s-sena ta' akkwist mill-Forzi Armati tal-armamenti għad-dispożizzjoni tagħha għad-difiża msemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li l-Onor. Membru jifhem li hemm informazzjoni marbuta mas-sigurtà tal-pajjiż, ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta qegħda wkoll fil-fażi finali ta’ studju biex tadotta wkoll apparat ġdid li jiżdied ma’ dak preżenti. Dan sabiex jiżdied mad-diversi investimenti bla preċedent tal-aħħar snin. Dan jingħaqad ma’ investiment li sar minn entitajiet oħrajn f'dan ir-rigward ukoll.