Legislature:
Category:
Reset
Active:

Visitation Order by a Court of competent jurisdiction

Question

To ask the Minister, what are the standing operating procedures of his Ministry or the Office of the Police Commissioner to take disciplinary or corrective action when a parent who has been granted a Visitation Order by a Court of competent jurisdiction and the custodian(s) of the minor children and Aġenzija Appoġġ fail or refuse to comply, that the failure of the on-duty-police officer to escort the parent to the custodian(s) of the minor children and enforce the Visitation Order is a dereliction of duty on the part of the police officer?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif indikat f’mistoqsija oħra dwar Visitation Orders u ċjoè Supervised Access Visits, infurmat illi l-irwol tal-Pulizija f’dawn l-okkażjonijiet hu l jassistu lill-Uffiċjali mill-Aġenzija għall-Kura Alternattiva fi ħdan l-FSWS waqt dawn iż-żjajjar fl-aħjar interess tal-minuri u raġunijiet ta’ bon ordni biex digrieti tal-Qrati kompetenti jiġu eżegwiti bl-aħjar mod u mingħajr xkiel. F’każ ta’ nuqqasijiet kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant meta jkun hemm lok ta’ passi ulterjuri, dawn il-passi jittieħdu mill-Uffiċjali tal-istess Aġenzija’

Nadur Għawdex – areas irreġistrati mad-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar sena partijiet min-Nadur Għawdex ġew inklużi bħala areas ta' reġistrazzjoni mad-Dipartiment tal-Artijiet? Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni u kull korrispondenza li għaddiet mar-Reġistratur tal-Artijiet jew l-Uffiċċju tiegħu biex dawn l-areas tan-Nadur jiġu inklużi bħala areas ta' reġistrazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li attendew korsijiet akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li attendew korsijiet akkademiċi jew li ngħataw il-permess li jattendu barra u jista’ jiġi indikat in-natura tas-suġġetti li ġew offruti jew studjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2018 u sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija hemm sitt persuni attendew korsijiet akkademiċi jew li ngħataw il-permess li attendu korsijiet ta’ studju barra. Il-korsijiet li attendew kienu kif ġej: · BComm fl-Università ta’ Malta · Advanced Diploma fl-Inġinerija – MCAST · Advanced Diploma Business and Administration – MCAST · Advanced Diploma in Sports (Development coaching and Fitness) - MCAST · Advanced Course in Horticulture – MCAST level 3

Att dwar il-Ġustizzja riparattiva – talbiet għall-parole

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12875 jista' l-Ministru jindika kemm persuni kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole u kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan min meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu dwar kemm persuni kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole u kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan minn meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena, tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena persuni li kkwalifikaw fit-talba talba miċħhuda 2013 13 37 2014 20 52 2015 24 47 2016 19 57 2017 19 28 2018 18 28 2019 21

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Kumpanija - CCTV Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li installa CCTV cameras fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2017 sal-lum u kif intgħażel? Kemm kienet in-nefqa? Kemm hu l-valur tal-maintenance agreement fis-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, id-dettalji dwar il-kuntrattur u l-apparat tas-sigurtà, f’dan il-każ is-CCTV cameras, mhux sejrin jiġu rilaxxati għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Il-kuntrattur intgħażel wara sejħa għal Quotations mingħand għaxar (10) suppliers Maltin tal-apparat imsemmi. Minn dawn kienu tlieta (3) biss li rrispondew għal din is-sejħa. Minn dawn it-tlieta ntgħażlet l-irħas offerta li inkludiet tliet (3) snin free maintenance agreement. In-nefqa kienet dik ta’ €886,914 (excluding VAT).

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, out of those cases prosecuted involving potential child pornography or pornography per se how many were dismissed by the Court and the defendant discharged? Can he please provide a copy of the Court’s dismissal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda każ li dwarhom kien hemm prosekuzzjoni mill-pulizija u li jinvolvi potenzjal ta’ pussess jew pussess ta’ materjal dwar abbuż sesswali ta’ minuri li ġie micħud mill-Qorti u sussegwentament l-akkużat ġie illiberat.

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, out of those cases investigated which involved potential child pornography or pornography per se, how many of them were investigated by the Inspector whose name has been passed under separate cover, in the past three (3) years?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-ammont ta’ każi relatati ma’ materjal dwar abbuż ta’ minuri li ġew investigati mit-Taqsima ta’ Kontra l-Vizzji matul dawn l-aħħar tliet snin, kien hemm tmienja u tletin (38) każ li ġew investigati mill-uffiċjal li dettalji dwaru ngħataw separatament.

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, out of the said cases which involved potential child pornography or pornography per se investigated by the Inspector whose name has been passed under separate cover, how many of them were not filed as a criminal complaint?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kull każ relatat ma’ materjal dwar abbuż ta’ minuri li ġie investigat mill-uffiċjal li dettalji dwaru ngħataw separatament, kien każ fejn ir-rapport kriminali wasal b’wieħed mid-diversi mezzi, li jinkludu informazzjoni verbali jew bil-miktub, inkluż informazzjoni konfidenzjali, informazzjoni li waslet permezz ta’ e-mails, kif ukoll informazzjoni li waslet mill-Aġenzija Appoġġ jew partijiet interessati ohra.

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, out of the said cases which involved potential child pornography or pornography per se investigated by the Inspector whose name has been passed under separate cover, how many of them were dismissed by a Court of competent jurisdiction?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda każ relatat ma’ materjal dwar abbu¿ ta’ minuri li ġie investigat mill-Uffiċjal li d-detalji tiegħu ngħataw separatament, liema każ ġie micħud mill-Qorti.

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, out of the said cases which involved potential child pornography or pornography per se investigated by the Inspector whose name has been passed under separate cover, how many of them involved Aġenzija Appoġġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-ka¿ijiet relatati ma’ materjal dwar abbu¿ ta’ minuri li ġew investigati mill-Uffiċjal li dettalji dwaru ngħataw separatament, kien hemm ka¿ wieħed li ġie investigat wara informazzjoni li oriġinat mill-Aġenzija Appoġġ. Madankollu l-Aġenzija Appoġġ dejjem jintalbu jassistu, speċjalment meta jkun hemm minuri involuti.

Malta Police Force – reports filed on domestic violence

Question

To ask the Minister, in the last three years how many reports of domestic violence were filed with the Police?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat fil-mistoqsija u ċjoè bejn is-sena 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 in-numru ta’ rapporti dwar vjolenza domestika rreġistrati mal-pulizija kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dan l-ammont ma jirriflettix in-numru ta’ vittmi peress li każ jista’ jinvolvi iktar minn vittma waħda: Sena Numru ta’ rapporti 2017 1257 2018 1341 2019 1325 2020 (sa Frar) 222

LESA – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA tal-2017, 2018 u l-2019, liema dokumenti ilni xhur nagħmel l-istess domandi parlamentari dwarhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija LESA, lestiet l-accounts tas-snin 2017 u 2018 u qiegħda tikkonkludi dawk tal-2019. Sadanittant sar l-awditjar fuq talba mill-Kumitati Reġjonali għal-reimbors ta’ spejjeż marbuta mal-operat tat-Tribunali Lokali, liema awditjar kien lest fil-ġranet li għaddew, u bih jista’ jiġu konklużi l-Financial Statements. Hekk kif jiġu approvati r-rakkomandazzjonijiet tal-LESA dwar it-talba tal-Kumitati Reġjonali, jitlestew il-financial statements, u l-awdituri jkunu jistgħu jikkonkludi l-awditjar tal-Aġenzija. Dan il-proċess huwa mistenni li jkun konkluż fil-futur qrib.

Pulizija tat-Traffik — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-iskandlu tal-pulizija tat- traffic ? Jista’ jgħid jekk dawk il-pulizija li rriżenjaw mill-Korp, għax kien hemm allegazzjonijiet fondati fuqhom? Jekk iva ħa jitressqu l-Qorti? Peress li skont ma' ġie rrapurtat, dawn il-pulizija ħafru xi ċitazzjonijiet, jekk hu l-każ, se jkun żgurat li dawn jitħallsu? Kif?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u bħalissa mhux opportun li tingħata informazzjoni li tista’ tippreġudika l-proċeduri.

Aġenzija Appoġġ – Attachè working with the Malta Police Force

Question

To ask the Minister, what are the educational qualifications of Aġenzija Appoġġ’s attachè working with the Malta Police Force? Can he please provide the required information?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta Police Force – procedures for questioning a foreign citizen

Question

To ask the Minister, whether the Ministry has any policy, custom and practice which authorizes a member of the Police Force that when questioning a foreign citizen to deprive her/him, or not inform her/him that she/he has the right to call and summon the Consular of her/his country before the commencement of any interrogation or even pre-interrogation questioning? Can he please provide the information required?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dwar interrogazzjoni mill-Pulizija fir-rigward ta’ ċittadini barranin, l-uffiċjali tal-Korp huma konxji mill-provedimenti tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonjijiet Konsulari kif ukoll il-Provedimenti tal-Iskeda E tal-Kodiċi Kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, Artikolu 534AB u Artikolu 355AUE (1) and (2) li kopja tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jittrattaw dwar id-diversi drittijiet ta’ tali ċittadini li fost oħrajn jistgħu jinfurmaw lill-Pulizija li jkunu jridu lill-Awtorità Konsulari jew Ambaxxata ta’ pajjiżhom li jiġu infurmati bid-detenzjoni tagħhom, kif ukoll li għandhom id-dritt li jagħżlu jekk jiġix infurmat xi uffiċjal mill-Konsulat jew Ambaxxata tiegħu dwar dan.

Malta Police Force – procedures on how Police Force personnel identify themselves when in plain clothes when arresting a foreign citizen

Question

To ask the Minister, does the Ministry have any policy, custom and practice, whereby when in plain clothes Police Force personnel are required to identify themselves and their official capacity before taking into custody a foreign citizen, and also advise the said citizen that she/he has the right to call and summon the Consular of her/his country, explain to her/ him the rights to remain silent, the right of legal counsel, etc.? If so, can he please provide the information required?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kull uffiċjal tal-Pulizija, meta mhux bl-uniformi u in konnessjoni mad-doveri tiegħu, jeħtieġ li jieħu fil-kustodja tiegħu kwalunkwe persuna, u mhux barranin biss. Hu obbligat ukoll li jidentifika lilu nnifsu permezz tad-dokument ta’ identità tas-servizz li jinkludi wkoll ir-rank u li hu maħruġ mill-Korp. Dwar id-dettalji l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija, dawn diġà ngħataw fit-tweġiba 13274. Nixtieq nżid illi din hija regolata wkoll bil-provvedimenti tat-Tielet Skeda tal-Att dwar il-Pulizija li tirreferi għall-Kodiċi ta’ prattika għall-interrogazzjoni ta’ persuni arrestati, partikolarment ir-Regoli 12 u 13 tal-istess Skeda li kopja tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. .

Regulation in filing criminal charges regarding pornographic or obscene materials

Question

To ask the Minister, does the Ministry has in effect any regulation describing or defining or otherwise establishing what is to be regarded as pornographic or obscene upon which law enforcement is able to rely upon, in filing criminal charges against a suspect? If so, what is the regulatory framework?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar il-materja elenkata mill-Onorevoli Interpellant il-liġijiet relatati biex il-Pulizija tistabbilixxi x’inhu pornografiku/oxxen, huma l-Kodici Kriminali Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, Sub-titolu II fuq delitti Sesswali, kif ukoll il-Liġi Sussidjarja 9.05 dwar Immaġini Pornografiċi Estremi, li kopja tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Cases involving potential child pornography or pornography

Question

To ask the Minister, how many law enforcement investigation cases involving potential child pornography or pornography per se, have been investigated in the past three (3) years?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet relatati ma’ materjal dwar abbuż ta’ vittmi minuri li ġie investigat mit-Taqsima ta’ Kontra l-Vizzji matul dawn l-aħħar tliet snin, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ kazijiet 2017 39 2018 23 2019 9