Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' reserved parking spaces li tneħħew matul l-aħħar sena fuq ordni ta' Transport Malta fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12 il-distrett elettorali? Fl-istess perjodu kemm kien in-numru ta' dawn il-parking spaces li ġew approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz Birgu inqalgħet ħafna snin ilu, jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar tista' issir din it-triq u dan sabiex jispiċċa l-inkonvenjent tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31344, jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-liċenzja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għamel il-kors u sab xogħol imma ma jistax jibda minħabba li ma ħarġitx il-liċenzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament m’għandu l-ebda applikazzjoni pendenti mas-sezzjoni tal-Liċenzjar ta’ Transport Malta. Madanakollu, Transport Malta se tikkuntattja lill-klijent sabiex tassistih kif tista’.
Jista' l-Ministru jagħti spjega bħala overview ta' fiex waslet ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li servizz tat-trasport pubbliku stabbilizza ruħu fil-maġġoranza tar-rotot. Infurmat ukoll li għad hemm xi rotot li l-ammont ta’ vjaġġi stipulati fl-iskedi mhux qed isiru kollha jew inkella mhux qed iżommu mal-ħinijiet stabbiliti fl-iskedi. Dan qed jirriżulta f’xarabanks li qed jaslu fid-destinazzjoni jew fuq bus stops f’daqqa u mbagħad iħallu lill-passiġġieri jistennew sakemm tiġi xarabank oħra.
Minn Novembru 2011, Transport Malta żiedet il-moniteraġġ li qed tagħmel fuq ir-rotot u ż-żamma ta’ ħinijiet mal-iskedi, filwaqt li qed tkompli timmoniterja s-servizz fir-rigward ta’ xarabanks, xufiera u informazzjoni ipprovduta lill-pubbliku in ġenerali u l-passiġġieri sabiex tara li huma konformi skont il-kuntratt iffirmat. Dan il-moniteraġġ iwassal ukoll biex jinħargu multi lill-operatur u s’issa nħargu €284,250 f’multi. Infurmat ukoll li l-operatur jista’ jikkontesta dawn il-multi.
Is-sistema ta’ ICT hija sfida li l-operatur għadu sal-lum ma solviex għal kollox. Filwaqt li l-pubbliku jista’ jesperjenza informazzjoni real time li qed tingħata kemm fl-interchanges kif ukoll fil-vened u Transport Malta hija f’pożizzjoni aħjar milli kienet qabel Lulju 2011 fir-rigward ta’ sistema ta’ moniteraġġ real time, is-sistema għadha mhix tiffunzjona fil-livell meħtieġ mill-kuntratt u din il-problema qed tiġi ndirizzata mill-operatur.
Bid-tibdil fir-rotot li għadhom kemm ġew imħabbra, liema rotot se jidħlu fis-seħħ f’Mejju, huwa maħsub li numru ta’ lmenti rigward ir-rotot se jibgħu jonqsu. Dan wara li ġew studjati s-suġġerimenti u l-ilmenti mressqa lil Transport Malta kemm mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali. Wieħed irid japprezza li mhux kull suġġeriment jista’ jkun milqugħ.
In-network tat-trasport pubbliku huwa wieħed dinamiku, u għaldaqstant kemm l-Awtorita’ kif ukoll il-Ministeru se jkomplu janalizzaw l-ilmenti u s-suġġerimenti mressqa mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali sabiex ikompli jsir it-titjieb meħtieġ fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal rotot li jridu jiġu rranġati? Jista' jgħid jekk hux se tiġi rranġata s-sistema tat-transport biex żgħażagħ miż-żona Santa Margerita fil-Mosta ma jkollhomx jaqbdu tliet karozzi tal-linja biex imorru l-iskola ġewwa Raħal Ġdid, liema sistema preżenti qed tikkawża ħafna tbatija u ħela ta' ħin lir-residenti ta' din iż-żona u għalhekk hemm bżonn li titjied ir-riforma li diġà saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li persuni li jivvjaġġaw bejn Santa Margerita u Paola qatt ma kellhom għalfejn jaqbdu 3 karozzi biex jagħmlu l-vjaġġ tagħhom f'direzzjoni waħda.
Mosta — Żona Santa Margerita - kwestjoni dwar it-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwx se jkollhom risposta fuq dak li talbu r-residenti taż-żona Santa Margerita fil-Mosta meta diġà resqu petizzjoni f'dan l-istess Parlament biex isir irranġar tas-sistema tat-trasport pubbliku f'din iż-żona minħabba li kif din tinstab illum qed toħloq ħafna ħela ta' ħin u tbatija żejda u l-istess riforma tista' tiġi imtejba iktar bi ftit iktar konsultazzjoni mal-istess residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, se jkunu pprovduti servizzi bejn il-qasam Santa Margerita u l-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwx se jkollhom tibdil fir-rotot ħalli r-residenti taż-żona ta' Żokrija fil-Mosta jkunu moqdija aħjar mit-trasport pubbliku peress liema residenti qed ikollhom jimxu tul ta' ħin meta faċilment jekk il-karozza tal-linja li tgħaddi mill-Imġarr tibqa' għaddejja mir-rotta l-antika, jiġifieri tgħaddi minn ħdejn ta' Żokrija u tibqa' sejra lejn il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, b'żieda mas-servizz eżistenti, se jkun ipprovdut ukoll servizz bejn il-qasam Taż-Żokrija u l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsijiet parlamentari bil-miktub W479 (datata 19 ta' Diċembru 2011), W480 (datata 19 ta' Diċembru 2011)?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid eżatt x'inhi l-mistoqsija tiegħu.
Peress li għall-mistoqsijiet parlamentari li għamilt, ngħatat risposta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari: 11281 (datata 8 ta' Ottubru 2009), 12282 (datata 5 ta' Novembru 2009), 29622 (datata 27 ta' Ottubru 2011), 31103 (datata 9 ta' Diċembru 2011), 31127 (datata 9 ta' Diċembru 2011), 32387 (datata 27 ta' Frar 2012) u 32388 (datata 27 ta' Frar 2012)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, Mistoqsija Parlamentari 11281 kienet imwieġba f'seduta 153 b'mistoqsija parlamentari Nru 11781.
Rigward il-Mistoqsijiet Parlamentari 12282 u 31127, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
Mistoqsija Parlamentari 32387 kienet imwieġba f'seduta 454.
Mistoqsijiet Parlamentari 29622, 31103 u 32388 twieġbu f'seduta 463.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33012, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-kuntratturi li ħadmu fuq it-toroq bħal asflatar, bankini eċċ. sal-lum? Jista' jindika separatament ix-xogħlijiet tat-toroq li ngħataw lil dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Civil Aviation Directorate — lista ta' impjegati, grades, pożizzjonijiet u remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-impjegati, grade, pożizzjoni u remunerazzjoni ta' dawk li jaħdmu fis-Civil Aviation Directorate?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid, konsegwenza ta', iżda mhux limitat għall-iżvilupp fil-viċinanza ta' Bieb il-Belt Valletta, fl-area tal-Mandraġġ u mkejjen oħra fil-Belt Kapitali, kemm se jkunu ntilfu postijiet ta' parkeġġ u dan bi preġudizzju għar-residenti tal-Belt? Jista' jgħid x'alternattivi għandu sabiex jagħmel tajjeb għal dan it-telf tal-postijiet ta' parkeġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bit-tibdil kollu li sar fil-parkeġġ tal-Belt u l-madwar żdiedu 680 post u tnaqqsu 430 jiġifieri żieda komplessiva ta’ 250 il-post ta’ parkeġġ.
Fejn żdiedu
Park & Ride 400
Taraġ Arena Indipendenza (proġettat) 280
Tneħħew
Freedom Square – 77 car parking spaces (plus 9 taxi spaces)
Pope Pius V Road – 44 car parking spaces
Ditch below City Gate – 76 car parking spaces
Yellow Garage – 75 car parking spaces
Misrah San Gorg – 122 car parking spaces
Melita Street / South Street – 36 car parking spaces
Ħlas minn kumpaniji tal-ajru biex għaddew minn fuq l-ispazzju tal-ajru ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' Malta minn ħlasijiet li saru minn kumpaniji tal-ajru sabiex għaddew minn fuq l-ispazzju tal-ajru Malti tul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid bejn it-8 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2012 kemm daħlu nies jaħdmu minn barra għal mat-Trasport Malta? F'liema gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta twaqfet fis-sena 2010 u minn din is-sena sat-8 ta' Marzu 2012 kienu mpjegati 106 persuna u rtiraw 90-il persuna.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tan-nies li daħlu.
Studju ta' fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33261 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslu l-istudji tal-fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid min qed jagħmel id-diżinji preliminari u min qed jagħmel l-istudji ta' fattibilità? Jista' jgħid b'liema proċedura ġew imqabbda dawn l-entitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-prefeasibility study tlesta u għandu jiġi ppubblikat din il-ġimgħa. Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru.28961.
Transport Malta — Liċenzja tal-helipad f'post ċivili
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-helipad f'post ċivili għandux bżonn ikun liċenzjat min-naħa ta' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li jekk l-użu tal-helipad f’post ċivili jkun għat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri jew għat-taħriġ fit-titjir, hemm bżonn li l-helipad ikun liċenzjat (skont Art. 69 tal-Air Navigation Order, 1990).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jsiru pelican lights fl-inħawi ta' Triq il-Wied Ħal Qormi qrib Trejqet l-Għajn tal-Ħajja peress li r-residenti ma jistgħux jaqsmu lejn iċ-ċentru ta' Ħal Qormi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Triq il-Wied hija open channelgħall-ilma tax-xita w għaldaqstant mhux rakkmandat li jsiru pelican lights.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-bżonn ta' pelican light fi Triq Mons Mikiel Azzopardi Siġġiewi (bypass) fid-distanza ta' bejn dawk li hemm eżistenti minħabba li xi residenti qed ikollhom jimxu ħafna biex jaqsmu mil-lights li hemm eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebha tingħata t-tarmac Triq Daqquqa Kaħla f'Ħal Farruġ u jekk din it-triq li għadha fi stat li qatt ma ġiet mibnija hiex responsabbiltà ta' Malta Transport jew tal-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq diġa' kienet asfaltata u xogħol ta' manutenzjoni ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.