Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mid-Dipartiment tal-Kuntratti: CT2344/2021 - Tender for Seamen Services to Work on Board Gozo Channel (Operations) Limited Vessels? Jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-tender ħarġet permezz ta' Accelerated Opening, kif ukoll jgħid kemm hi stmata din it-tender, kemm hemm maħsub li jiġu impjegati Seaman permezz ta' din it-tender u għal kemm-il sena hi din it-tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender CT2344/21 jikkonsisti fi provizjoni ta’ servizzi ta’ seamen biex jaħdmu abbord il-vapuri tal-Gozo Channel (Operations) Limited.
It-tender ħarġet permezz ta’
Accelerated Procedure
minħabba l-fatt li l-kuntrattur prezenti informa lill-Awtorità Kontraenti li jrid jittermina l-kuntratt tiegħu. Din issa ġiet estiza sas-6 ta’ Jannar u allura t-tender se jkollha perjodu ta’ pubblikazzjoni ta’ 30 ġurnata.
L-estimu li ġie pubblikat fit-tender huwa ta’ €5,062,177.85 (esk VAT) għal perjodu ta’ sentejn, bil-possibilita li tiġi estiza għal zewġ perjodi oħra ta sitt xhur -il wieħed.
It-tender tistabilixxi biss l-estimu tas-siegħat u ħarġet fuq ba¿i ta’
as and when required.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-ordni mal-Airbus għal “long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference tal-Ministru dwar l-Airmalta nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Jannar 2022, x’tip huma dawn l-ajruplani, kemm-il-ajruplan “long haul” ġie ordnat, kemm kien il-valur totali ta’ din l-ordni, min awtorizza din l-ordni, meta ġiet rinegozjata din l-ordni għal-tliet ajruplani “short haul”, x’tip huma dawn l-ajruplani “short haul”, kemm huwa l-valur totali ta’ din l-ordni ġdida, kienx hemm penali jew telf sabiex l-ordni ġiet ri negozjata, meta ser ikunu ‘delivered’ dawn it-tliet arjuplani, kif ser tiġi ffinanzjata din l-ordni l-ġdida, ma min qed jiġi nnegozjat il-bejgħ u “lease back” irrapurtat fl-istess press conference ta’ dawn l-ajruplani, u x’pjanijiet għandha l-AirMalta jekk dawn in-negozjati jfallu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ordni tal-“long haul planes” li għaliha saret referenza fil-Press Conference dwar l-Air Malta nhar il- Ġimgha 14 ta’ Jannar 2022 saret f’Ottubru 2019.
Dawn il- “long haul planes” kienu tat-tip Airbus A321XLR u ġew ordnati tnejn.
L-ordni taz-zewg “long haul planes” saret mill-Malta Med Air wara li ġiet awtorizzata mill-Ministeru Tat-Turizmu. Dawn l-ajruplani ġew ordanti biex jinkrew mill-Malta Med Air lill-Air Malta.
Din l-ordni ġiet rinegozjata għal tliet ajruplani tat-tip Airbus A320NEO fl-Lulju 2021. Ma kien hemm l-ebda penali jew telf sabiex l-ordni ġiet rinegozjata.
L-ewwel ajruplan ser ikun “delivered” fil-bidu tat-2023 u t-tnejn l-oħra fil-bidu tat-2024.
Ir-rifinanzjament ta’ dawn l-ajruplani qed isir ma’ ditta speċjalizzata barranija wara li l-Air Malta ħarġet sejħa internazzjonali għal-proposti ta’ rifinanzjament u li għaliha wieġbu għaxar kumpaniji barranin.
Jekk dawn in-negozjati jfallu, l-Air Malta għandha alternattivi oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23546, jidhirlux il-Ministru li n-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li marru jaħdmu fis-settur privat matul is-snin hu baxx ħafna u juri li din l-Iskema mhux qed tagħmel sforzi biżżejjed sabiex imsieħba jmorru jaħdmu fil-privat? Jidhirlux li dawn il-figuri juru li l-għan primarju ta' din l-Iskema fallew u din l-Iskema m'hi xejn ħlief paraventu għal aktar impjieg fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waħda mill-għanijiet ta’ din l-iskema hija li toffri opportunita` lil nies b’ċertu ċirkostanzi diffiċli u li kienu inattivi biex isiru produttivi u dan qed isir.
L-għan aħħari huwa dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant u se jibqa’ jsir kull sforz għal dan il-għan.
AirMalta p.l.c – ħaddiema li ser jitkeċċew – inizjattivi u programmi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi u programmi ħa, ħalli ħaddiema li ser jitkeċċew mill-AirMalta p.l.c. jibdew jaħdmu fis-settur privat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem mhu ser jitkeċċa. Wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ l-iskema volontarja tat-trasferiment, imbagħad minn hemm naraw x’ikun l-interess fost l-istess applikanti sabiex jagħmlu xogħol fis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Selmun Palace Hotel għadhiex tiġi amministrata mill-Gvern inkella le? Jekk iva, meta hu mistenni li din il-lukanda terġa’ tibda tintuża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-lukanda ta’ Selmun għadha f’idejn il-Gvern. Qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex din il-proprjetà tiġi kkummerċjalizzata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23600 u jgħid kemm tħallset taxxa fuq dħul ta’ pensjonijiet fis-snin 2018-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pensjonijiet sal-ammonti indikati fit-tabella ta’ hawn taħt ma jeħlu ebda taxxa.
Sena Ba¿i
Persuna Waħidha
Ġenitur
Mizzewġin
2017
€10,500
€11,500
€13,000 + €500 fuq dħul ieħor
2018
€13,200
€13,200
€13,200 + €1,000 fuq dħul ieħor
2019
€13,434
€13,434
€13,434 + €1,000 fuq dħul ieħor
2020
€13,798
€13,798
€13,798 + €2,000 fuq dħul ieħor
2021
€14,058
€14,058
€14,058 + €3,600 fuq dħul ieħor
Fl-eventwalità li xi parti tal-pensjoni teċċedi l-ammonti mnizzla fit-tabella, din ti¿died mal-kumplament tad-dħul tal-persuna u tiġi ntaxxata globalment. Għal din ir-raġuni mhuwiex possibbli li tiġi kkalkulata t-taxxa fuq pensjoni separatament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23599 u jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn €2,265,460,909 miġbura sat-tielet kwart tal-2021, €200,669,159 huma f’arretrati. Madankollu, it-taxxa tad-dħul dovuta għas-Sena Ba¿i 2021 għad trid tinħadem skont id-dikjarazzjonijiet li jsiru matul is-Sena ta’ Stima 2022.
Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23598 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ VAT dovuta għal perjodu ta’ dikjarazzjoni bejn il-15 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, u li kien eliġibbli għad-deferral scheme, kien ta’ €353,707,279.87. Minn dan l-ammont, sad-29 ta’ Diċembru 2021, tħallas l-ammont ta’ €301,696,334.22.
L-ammont ta’ taxxa dovuta fuq dħul li sar matul l-2020, u li kien eliġibbli għad-
deferral scheme
, għadu ma ġiex stabbilit, peress li l-ipproċessar tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji għas-Sena ta’ Stima 2021, li sar fil-bidu ta’ Diċembru 2021, għad irid jiġi konkluz.
Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23597 u jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data ta’ l-informazzjoni miġbura (09/12/2021), kien hemm 228 gruppi ta’ kumpaniji reġistrati Malta li jistgħu jiġu impattati mill-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD.
L-ammont ta’ taxxa ddikkjarata jew mħallsa mill-kumpaniji li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi wara li jiġi mnaqqas is-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti kien ta’ €73,687,236 għas-sena bazi 2018 u €114,290,324 ghas-sena bazi 2019. Peress li d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-formoli tat-taxxa għas-sena bazi 2020 kien l-1 ta’ Diċembru 2021, għadu kmieni biex tinġabar l-informazzjoni sħiħa fuq it-taxxa għal dan il-perjodu.
Il-figuri attwali msemmija mhux kollha tħallsu fil-munita Ewro. Fejn dawn kienu mħallsa f’munita ohra, il-figuri ġew maqluba għall-ammont ekwivalenti f’Ewro bir-rata medja tal-kambju għas-snin rispettivi kif maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23596 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura b’miżura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mal-AirMalta u mal-kumpaniji relatati bejn l-2013 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni full-time u part-time li ġew impjegati u n-numru ta’ persuni full-time u part-time li l-impieg tagħhom ġie tterminat mal-Air Malta bejn l-2013 u l-2021 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Impjegati
Terminati
2013
154
137
2014
199
190
2015
148
138
2016
132
115
2017
117
95
2018
251
202
2019
250
155
2020
40
139
2021
3
120
Jista' l-Ministru jgħid meta l-miżura dwar l-ħlas lill-ħaddiema ingaġġati bħala security li jinsabu fuq il-kotba tal-privat iżda li jagħmlu xogħol nhar ta' Ħadd f'dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, se tidħol fis-seħħ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-miżura daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2022.
Bħalissa għaddej ezerċizzju fejn id-Dipartimenti qed jiġbru l-informazzjoni meħtieġa u hekk kif dan il-proċess jiġi konkluz, il-ħlas jingħata bl-arretrati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Air Malta plc?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entità kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 6, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 9.
Good Causes Fund – Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien – reviżjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jekk hemmx lok li tiġi riveduta d-deċiżjoni tal-Good Causes Fund komunikata lill-Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien fis-17 ta’ Diċembru 2021 fejn ġiet rifjutata l-applikazzjoni tal-imsemmija Għaqda Mużikali għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett uniku, kbir u ta’ valur kulturali li għalih saret l-applikazzjoni, ġaladarba ma ngħatat ebda raġuni għar-rifjut tat-talba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-istess proġett l-istess għaqda muzikali fl-2017 diġà ingħatat għajnuna f’eluf ta’ ewro fuq l-istess proġett. Il-fond għall kaw¿i soċjali għandu kriterji stabbiliti li fuqhom jagħti l-għajnuniet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23746 u jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont statistika dwar id-dħul u kundizzjonijiet tal-ħajja (EU-SILC), ir-rata ta’ in-work poverty f’Malta kull sena fil-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2020 hija kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Ir-rata ta’ pajjizna fl-2020 kienet il-ħames l-inqas waħda fiz-Zona Ewro, pozizzjoni relattiva aħjar milli kienet fl-2012.
Din l-istatistika, tittratta lil dawk f’impjieg għal mill-inqas seba’ xhur u li jaqilgħu inqas minn l-ekwivalenti ta’ 60% tad-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali f’kull sena.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli interpellant li r-rata ta’ dawk jaħdmu (minn 18 sa 64 sena) u li huma f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqset minn 5.8% fl-2012 għal 1.6% fl-2020.
SenaRata ta’ in-work poverty (%)
20125.2
20135.8
20145.5
20155.8
20165.8
20175.8
20186.4
20196.5
20207.4
Sors: Stħarriġ dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja
Nota: Il-figuri jirreferu għall-persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-64 sena
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24110, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Procurement Policy Note No. 32 u jgħid min ħariġha din in-nota u x'awtorità legali għandha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Policy Note qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din inħarget mid-Dipartiment tal-Kuntratti skond il-Leġislazzjoni Sussidjarja 601.03 li tirregola l-akkwist pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-i
sponsorships
li ta l-Ministeru minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-i
sponsorship
?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 23289.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-i
sponsorships
li tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-i
sponsorship
?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15864, filwaqt li għas-sena 2021 ma ngħata l-ebda sponsorship.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż relatati mal-istampar tal-Ministeru minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-ispiża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jelabora l-mistoqsija