Legislature:
Category:
Reset
Active:

Statementing Board — Lista ta’ stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24259 u jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.

CT2172/2024 — Design and Build Tender for the Demolition, Excavation, Shoring of External Facades and Restoration, Construction, Finishes, MandE's and Landscaping Works using Environmentally Friendly Products for the Maria Regina College Naxxar Primary School

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar is-sejħa “CT2172/2024 - Design and Build Tender for the Demolition, Excavation, Shoring of External Facades and Restoration, Construction, Finishes, MandEs and Landscaping Works using Environmentally Friendly Products for the Maria Regina College Naxxar Primary School”? Meta (xahar u sena) huma ppjanati li jibdew ix-xogħlijiet relatati ma’ din is-sejħa? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar relatat ma’ din is-sejħa u jgħid meta ġiet approvata din l-applikazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-iskola primarja l-ġdida tan-Naxxar huma mistennija li jibdew wara li jkun iffirmat il-kuntratt mal-kuntrattur li ntagħżel mill-proċess ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għandu referenza PA/10373/17 u ingħata f’Mejju 2021. Fil-frattemp, l-FTS issottomettiet applikazzjoni oħra b’xi tibdiliet strutturali fuq ġewwa, u li waslet fl-assessjar finali mill-Awtorità, b’referenza PA/317/24.

CT2135/2024 — TENDER FOR THE REMOVAL OF TOP-SOIL, ROCK EXCAVATION, ROCK FACE STABILISATION WORKS AND CONSTRUCTION OF RETAINING WALL USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY METHODS TO ENABLE THE CONSTRUCTION OF THE MELLIEHA CHILDCARE CENTRE AND PRIMARY SCHOOL EXTENSION

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa “CT2135/2024 - Tender for the Removal of Top-Soil, Rock Excavation, Rock Face Stabilisation Works and Construction of Retaining Wall Using Environmentally Friendly Methods to Enable the Construction of the Mellieha Childcare Centre and Primary School Extension”? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet din is-sejħa u meta ġiet awarded? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar relatat ma’ din is-sejħa u jgħid ukoll meta nħareġ dan il-permess u jgħid min hu l-perit inkarigat min dan il-permess?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa tikkonsisti fit-tneħħija tal-ħamrija, l-iskavar tal-blat, xogħlijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-wiċċ tal-blat, u kostruzzjoni ta’ ħajt ta’ sostenn f’art biswit l-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li fuqha se tinbena parti mill-iskola primarja l-ġdida. Din is-sejħa kienet ippubblikata f’Mejju 2024 u l-proċess intemm f’Jannar 2025. Il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għandu referenza PA/2255/18 u ngħata f’Lulju 2022. Il-Kuntratt ġie awarded lid-ditta Mifsud Schembri.

Artificial Intelligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex jiżgura li ż-żgħażagħ ikunu litterati b’mod diġitali u ppreparati għall-karrieri tagħhom speċjalment fejn tidħol teknoloġija bħal Artficial Intelligence (AI)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru qed jaħdem b’mod attiv biex jiżgura li ż-żgħażagħ Maltin ikunu litterati diġitalment u ppreparati għall-karrieri futuri, speċjalment f’oqsma ġodda bħall-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Biex jintlaħaq dan l-għan, hemm dawn l-inizzjattivi kollha: 1. Strateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030 – qed tiżviluppa kompetenzi diġitali minn età bikrija, inkluż għarfien fuq l-użu responsabbli tal-AI. 2. Proġetti Pilota fuq l-AI – ġiet introdotta pjattaforma ta’ tagħlim personalizzat fil-matematika, bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ AI b’kollaborazzjoni mal-MDIA u UoM. 3. Parteċipazzjoni f’Proġetti Ewropej – permezz tal-Proġett Paideia , qed jiġu mħarrġa l-edukaturi dwar l-użu etiku tal-AI fil-kurrikulu tal-istudenti. 4. Gwidi Etiċi fuq l-AI – qed jiġi promoss użu ta’ AI fil-klassi li hu responsabbli u mmexxi mill-valuri Ewropej. 5. Allinjament ma’ Qafas Ewropew u Malti – l-inizjattivi huma bbażati fuq DigComp 2.2 u fuq ir-roadmap nazzjonali Digital Decade 2023–2030 . 6. Titjib tal-Ħiliet Diġitali – permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-eSkills 2022–2025, qed jitrawmu ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati. 7. Sensibilizzazzjoni u Involviment Komunitarju – kampanji bħall- Fake News qed isaħħu l-ħiliet kritiċi u diġitali fost iż-żgħażagħ speċjalment fejn jidħol l-AI. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, il-Gvern qed jiżgura li ż-żgħażagħ ikunu lesti għal sfidi u opportunitajiet ġodda fil-qasam diġitali u tal-AI.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27893 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 28049.

International Early Learning & Child Well-being study

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn Malta qablet li tieħu sehem fl-International Early Learning & Child Well-being study? Jista’ jgħid ukoll: i. X’benefiċċju għandu dan l-istudju għal Malta? ii. Kemm se jiswa dan l-istudju? iii. Min ħa d-deċiżjoni li Malta għandha tieħu sehem fl-International Early Learning & Child Well-being study? iv. Dan ifisser li din il-persuna hija konvinta mill-validità tat-tests u l-metodu ta’ dan l-istudju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Malta qablet li tieħu sehem fl-International Early Learning and Child Well-being Study (IELS), huwa studju internazzjonali mmexxi mill-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) minħabba l-valur miżjud ta’ dan l-istudju għax jibni fuq evidenza fis-settur tal-Edukazzjoni u l-Kura tat-Tfal bikrija (Early Childhood Education and Care – ECEC).

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27943 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27424, dwar rapport ta’ re-audit li ntalab mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar l-edukazzjoni inklużiva, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li titlesta l-evalwazzjoni ta’ dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

L-Iskola tal-Wardija — Studenti b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri minn dawk l-istudenti b’diżabilità li jattendu l-Iskola tal-Wardija wara li jagħlqu l-età li jispiċċaw mill-iskola? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser ikollhom biżżejjed ħiliet biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti jattendu l-iskola tal-Wardija għall-kors ta' sitt snin, wara li jkunu lestew l-edukazzjoni obbligatorja, l-istudenti jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol mal-Lino Spiteri Foundation jew inkella jingħataw servizzi mill-Aġenzija Sapport. Infurmat li wara dan il-perjodu l-istudenti issirilhom evalwazzjoni tal-bżonnijiet li għandhom sabiex jiġi determinat fejn jistgħu jibbenefikaw minn programmi għal taħriġ biex jgħinhom iktar għal integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol jew servizzi oħra varji skont il-kriterji ta’ eliġibilità tagħhom. L-iskola dejjem tara li kull student jieħu l-entitlement edukattiv bżonjuż għall-futur tiegħu skont l-abilitiajiet individwali u l-isfruttar tal-potenzjal kollu. Hemm ukoll l-għajnuna mill-koordinatriċi tat-tranżizzjoni fejn flimkien mas-Senior Leadership Team tal-tal-Wardija tagħti s-sapport tagħha fejn meħtieġ fir-rigward ta’ mistoqsijiet li jkollhom il-ġenituri/tuturi.

Għawdex – Artijiet devoluti lil għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tal-artijiet ġewwa Għawdex li ġew devoluti lil għaqdiet sportivi f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni raħal b’raħal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Erasmus+ — Programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jespandi l-aċċess u l-għarfien tal-programmi Erasmus+ għal studenti u l-professjonisti żgħażagħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li jiġu organizzati laqgħat u sessjonijiet ta’ taħriġ filwaqt li tintbgħat ukoll l-informazzjoni neċessarja sabiex kemm l-edukaturi u kif ukoll il-ġenituri jkollom għarfien biżejjed fuq il-programmi tal-ERASMUS+.

Studenti u ħaddiema barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjan ta’ motivazzjoni aħjar biex iż-żgħażagħ Maltin li jmorru jistudjaw jew jaħdmu barra minn Malta jerġgħu jiġu lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li jingħataw scholarship, ikunu jistgħu jerġgħu jiġu lura meta l-perjodu ta’ dan l-ischolarship jispiċċa. Fl-ebda ħin il-Ministeru ma jista’ jinterferi meta student jew ħaddiem jiġi lura Malta. Ninsab infurmat li l-istatistika provduta mill-NSO turi li hemm iktar studenti li jmorru jistudjaw barra mill-pajjiż u jerġaw jiġu lura milli jmorru jistudjaw barra mill-pajjiż u ma jirritornawx lura.

Żgħażagħ li qed jitilqu minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-gvern qed jindirizza ż-żgħażagħ b’talent li qed jitilqu minn Malta għal opportunitajiet aħjar f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid ukoll hux qed isir xi studju dwar din il-problema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27891 u jgħid kemm kienu n-nefqiet finali għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li kienu stmati li jiswew 37.34 miljun Ewro? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa finali għal kull waħda mill-faċilitajiet li fuqhom saru n-nefqiet għall-istess logħob?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 759. Mistoqsijiet addizzjonali jistgħu isiru lill-Kumitat Olimpiku Malti.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27140, 27426, 27478 u 27784 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali kollha sabiex ikun jista jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27893 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Qawra — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27894 u jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra u dan minħabba l-fatt li mill-informazzjoni mogħtija jidher li l-iskola preżenti tal-Qawra, laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ estensjoni hu mistenni li jseħħ fl-istess skola biex tilqa’ għal din l-isfida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Istituzzjonijiet edukattivi – Aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26736 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kif qed jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa mentali jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ, inkluż fl-iskejjel u l-universitajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kull Kulleġġ għandu aċċess għal servizzi edukattivi psikosoċjali. Dawn is-servizzi huma provduti minn counsellors, psikologi, ħaddiema soċjali u professjonisti oħra. Infurmat li l-istudenti jistgħu jiġu referuti jew mis-Senior Leadership Team, jew mill-guidance teachers ta’ kull skola lill-membri tat-tim edukattiv psikosoċjali, skont l-esiġenzi tal-każ. Minbarra din il-possibbiltà l-istudenti kollha għandhom l-opportunità li minn jeddhom imorru jkellmu lill-guidance teachers tagħhom biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jipproċedu bil-każ u jirreferu jekk is-sitwazzjoni tkun tirrikjedi professjonisti aktar speċjalizzati. Apparti minn hekk, infurmat li l-istudenti tad-disa sena jiġu mħarrġa fil-Mental Health First Aid.

Istituzzjonijiet edukattivi — numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26737 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk hemmx pjanijiet biex in-numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli għaż-żgħażagħ fl-istituzzjonijiet edukattivi jiżdied?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din is-sena se jsir ingaġġ ta’ Psychology Practitioners, fejn bħalissa għaddej proċess ta’ għażla għall-ingaġġ ta’ prattikanti ġodda fil-psikoloġija. Seba’ persuni applikaw u l-kandidati magħżula se jiksbu l-warrant ta’ psikologu fi żmien sentejn. Infurmat li kull sejħa tinħareġ pubblikament.