Legislature:
Category:
Reset
Active:

Local Councils Animal Fund – Fondi allokati

Question

Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid kif ġew imqassma u allokati l-fondi ta' €20,729 għal Local Councils Animal Fund u min kienu l-Kunsilli li bbenefikaw minn dan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif murija hawn taħt: Kunsill Lokali Skema Valur tal-Pagament (€) Gharghur LC Skema LC care 357.37 Qrendi LC Skema LC care 879.75 Marsaxlokk LC Skema LC care 1,000.00 Paola LC Skema LC care 4,000.00 St Lucija LC Skema LC care 858.02 St Venera LC Skema LC care 1,093.20 Floriana LC Skema LC care 2,624.40 Ħamrun LC Skema LC care 486.01 Żabbar LC Skema LC care 1,798.42 Lija LC Skema LC care 3,200.00 Iklin LC Skema LC care 851.20 Total 17,148.37

Animal Welfare Initiatives — Nefqa

Question

Skond l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down tan-nefqa ta’ €345,585 għal Animal Welfare Initiatives u lil min ġew mogħtija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett għal ċimiterju tal-annimali

Question

Skont l-estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju ta' ħsieb wasal il-proġett għal ċimiterju tal-annimali li tant ilu jiġi mwiegħed u li qed jiġi stmat għal €50,000?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12488 u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Baġit 2024 — Santwarji megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji

Question

Hekk kif indikat fid-Diskors tal-Baġit 2024, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-santwarji li ġew megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji f'dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi u kif ġew megħjuna? Jista’ jgħid ukoll kif l-istess santwarji jistgħu japplikaw għall-għajnuna fejn jidħol xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni fl-istess santwarji, kif ġie mwiegħed fl-istess Diskors?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Skema ta’ neutering għall-qtates

Question

Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down ta' kif ġew allokati l-€20,757 li ntefqu f’neutering ta' qtates fis-sena 2022 u min kienu dawk li bbenifikaw minn din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi veterinarji li ġew mogħtija lill-NGOs

Question

Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid x' kienu s-servizzi veterinarji li ġew mogħtija lill-NGOs li ammontaw għal €51,877 u kif ġew imqassma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizzi veterinarji li ġew mogħtija lill-NGOs huma kif deskritt fit-tabella segwenti. Il-pagamenti għas-servizzi veterinarji ġew allokati biss għall-annimali mikroċippati li huma rreġistrati taħt l-NGO fin-National Livestock Database. L-għotja għas-servizzi veterinarji kienet ibbażata fuq il-medja tal-annimali li nstabu waqt it-tliet spezzjonijiet matul is-sena permezz ukoll ta’ verifiki fiżiċi li saru fuq il-post tas-santwarju jew xelter tal-annimali. Il-pagamenti jammontaw għal €40 għal kull qattus/kelb u €160 għal kull żiemel biex jgħinu l-imsemmija NGOs ikopru l-ispejjeż tas-servizzi veterinarji. Il-pagamenti jiġu affettwati biss jekk jiġi kkonfermat li l-NGO għadha rreġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u konformi mal-Att dwar l-Organizzazzjoni Volontarja tal-2007 u l-leġiżlazzjoni sussidjarja li taqa' taħt il-liġi. Barra minn dan, intefqu €8,384.36 fuq kirurġija kumplessa li saret fuq annimali taħt il-kura tal-NGOs u €1,176.30 għal servizzi ta’ tiswija ta’ annimali. NGOs Benefiċjarji Ammont Imħallas Island Sanctuary € 4,836.67 Stray Animals Support Group € 2,700.00 Animal Care Malta € 2,340.00 National Cat Society € 14,710.00 CSAF € 12,360.00 AAA € 3,260.00 Love for Strays Malta € 2,110.00 Sub-Total € 42,316.67 Servizzi Veterinarji Oħra Spiża Tiswija ta’ Annimali €1,176.30 Kirurġija Kumplessa €8,384.36 Sub-Total €9,560.66 Total: € 51,877.33

Ċimiterju tal-Annimali — Kwistjonijiet kuntrattwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11694, jista’ l-Ministru jelabora dwar x’inhuma l-‘kwistjonijiet kuntrattwali mal-kuntrattur’ li qegħdin iżommu x-xogħol fiċ-Ċimiterju tal-annimali milli jitkompla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kwistjonijiet kuntrattwali mal-kuntrattur kienu ikkawżati minn dewmien fit-tlestija tax-xogħol u nuqqas ta’ allinjament mal-pjan ta’ eżekuzzjoni tax-xogħolijiet, u kif ukoll minħabba kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali stipulati fid-dokument tat-tender, riflessi fil-kuntratt rispettiv.

APH Animal Hospital — Liċenzja ta’ operat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11974, fejn intqal li dan l-isptar ingħalaq minħabba li ‘It-tabiba veterinarja lliċenzjata biex topera’ rriżenjat, imbagħad waqt is-seduta parlamentari, l-istess Ministru qal li dan l-isptar ingħalaq wara l-qtugħ tal-elettriku u anke għaliex mhuwiex aktar finanzjarjament vijabbli, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu verament ir-raġunijiet għal dan l-għeluq, fid-dawl li l-Ministru ta 3 raġunijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 11974 u 12239 huma t-tnejn korretti.

Miżuri ta’ Pest Control

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta’ koordinazzjoni saret jew qiegħda ssir mal-Ministeru għas-Saħħa, biex tiġi kkontrollata l-preżenza tal-ġrieden fl-għelieqi? X'miżuri partikolari ttieħdu biex il-ħsara lill-prodotti agrikoli titnaqqas kemm jista’ jkun?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12793. Id-Direttorat tal-Agrikoltura għaddej bi sforz kontinwu sabiex jiġi assigurat li l-kontroll tal-ġrieden ikun wieħed effettiv.

Annimali li ttieħdu mingħand sidhom ġewwa Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' klieb, qtates u annimali oħrajn (f'dak il-każ jispeċifika x' annimali kienu) li ttieħdu mingħand sidhom ġewwa Għawdex mill-Animal Welfare (AW) minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-annimali ngħataw lura lil sidhom u x'kienet ir-raġuni li ngħataw lura?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija paramentari 12246 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11082 dwar tiġieġ u sriedak li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-investigazzjoni li saret?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9954, jista' l-Ministru jikkonferma li dan ifisser li fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m'hemm l-ebda defibrillator?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12128.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9875, jista' l-Minsitru jgħid fejn jinsab dan id-defibrillator? Jista' jikkonferma li dan huwa l-unika defibrillator? Jekk iva, xi pjan hemm biex jiżdiedu aktar defibrillators li jistgħu jsalvaw il-ħajja?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li dan id-defibrillatur inkwistjoni jinsab fl-entità Malta Food Agency li tagħmel parti mid-dekasteru li tiegħu jiena responabbli. Però apparti dan, fi ħdan il-varji dipartimenti li hemm jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, preżentament hemm total ta' 13-il defibrillator.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew total ta’ 20 talba. Minn dawn, 9 intlaqgħu, 10 ma ntlaqgħux waqt li talba waħda għadha qed tiġi evalwata. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sal-lum huma hekk kif ġej: · Settembru 2023 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura – Cordoba, Spanja · Settembru 2023 – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju Dawn li ġejjin huma laqgħat li mistenni nkun qed nattendi għalihom sal-aħħar ta’ din is-sena: · Novembru – Kunsill Agrifish – Brussell, il-Belġju · Diċembru – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju

Xemxija — tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11082 dwar tiġieġ u sriedak li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-investigazzjoni li saret?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Qtil tal-majjal, ċanga u annimali oħra fil-biċċerija tal-Gvern u/jew privati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11906 u jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra fil-biċċerija tal-Gvern, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar? Jista’ jagħti tagħrif ukoll dwar jekk hemmx biċċeriji tal-privat awtorizzati biex jagħmlu l-qatla?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-informazzjoni mitluba li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-annimali inkwistjoni jistgħu jinqatlu biss minn biċċeriji awtorizzati. Fil-gżejjer Maltin hawn żewġ Biċċeriji awtorizzati li huma l-Biċċerija Pubblika ta’ Malta u dik ta’ Għawdex. Hemm 3 biċċeriji privati għall-fniek u tlieta oħra għat-tiġieġ.