Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba skont Taqsima III tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku. Speċifikament, Regolament 103.

Tibdil Leġislattiv fil-Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2642, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq l-abbozz li skont it-tweġiba mogħtija f'Novembru kien 'fi stadju avvanzat ħafna' tenut kont ukoll li r-Regolamenti (UE) 2016/679 jibda japplika mill-25 ta' Mejju 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab influrmat li t-test tal-abbozz huwa konkluz wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropeja u se jgħaddi għat-tieni qari.

Ħal Tarxien – Triq Santa Maria u Triq is-Sorijiet- xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3540 u jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u qed isiru ġewwa Triq Santa Maria Ħal Tarxien u jistax jara li l-parti inizzjali tat-triq minn Triq is-Sorijiet ‘l quddiem, tiġi rranġata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fi Triq Santa Marija sar xogħol ta’ resurfacing. Intant, infurmat ukoll mill-istess Kunsill li ma għandux fondi għall-parti tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Madankollu, l-istess Kunsill ta’ Ħal Tarxien informa li din il-medda se ssir mill-Gvern Ċentrali permezz tat-twaqqif tal-aġenzija l-ġdida responsabbli mit-toroq.

Ħal Tarxien- Triq id-Dejma — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq id-Dejma Tarxien u kemm huwa proġettat li jintefaq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fi Triq id-Dejma qed isir xogħol ta’ resurfacing li ġej jiswa’ madwar €50,000.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm ġewwa Triq il-Kbira Ħal Tarxien u fil-każ iqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fir-rigward ta’ Triq il-Kbira, il-Kunsill jitlob lill-perit tiegħu jipprepara rapport, jekk u meta jkun ippjanat li ssir t-triq.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun -rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm ġewwa Triq iż-Żejtun Ħal Tarxien u fil-każ iqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fir-rigward ta’ Triq iż-Żejtun, il-Kunsill jitlob lill-perit tiegħu jipprepara rapport, jekk u meta jkun ippjanat li ssir t-triq.

Kunsill Lokali Mellieħa – bring-in sites

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema żoni differenti kienu mpoġġija l-Bring-in Sites mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 5445.

Kunsill Lokali Mellieħa – bring-in sites

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Bring-in Sites fil-lokalità tal-Mellieħa bejn Jannar 2009 u Marzu 2018 (sena b’sena)?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 5445.

Avukat Ġenerali – tim ta’ investigazzjoni konġunta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4832 u jgħid mis-sena 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il tim ta' investigazzjoni konġunta stabbilixxa l-Avukat Ġenerali biex iwettaq investigazzjoni f'reati kriminali f'Malta u f'xi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea skont dak li jipprovdi r-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta (Stati Membri tal-UE) (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.18)? Jista' jgħid għal liema għan speċifiku twaqqfu l-imsemmija timijiet u jindika l-perjodu li għalih twaqqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Talbiet pendenti dwar kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4827 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet pendenti taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità u li s-smigħ dwarhom kompla jsir taħt ir-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li ngħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti ma’ din it-tweġiba tabella bit-talbiet pendenti taħt ir-Regolament tal-2007 dwar Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità li s-smigħ dwarhom kompja jsir taħt ir-Regolament dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12. NUMRUTIP TA’ REATAĊĊETTATIRIFJUTATIAMMONT IMĦALLAS 2Ħsara fuq il-persunaN/A2N/A 1Dannu għal vettura in segwitu ta’ sparaturaN/A1N/A 1Serq, ħsara għal proprjeta` u ħsara mentali u psikoloġikaN/A1N/A 1Omiċidju volontarju1N/A€23,293.73 1SerqN/A1N/A 1Ħsara fuq il-proprjeta`N/A1N/A Total: 716€23,293.73

Applikazzjonijiet għall-kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4826 u jgħid, kemm-il applikazzjoni għal kumpens ġiet ippreżentata skont dak li jipprovdu r-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)sena b'sena, mis-sena 2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li tħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Fondi tal-Unjoni Ewropea – talba għall-fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed issir talba għall-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex isir rinovar tal-Forti Rikażli? Xi kemm huwa stmat li hemm bżonn fondi biex din il-fortizza tiġi rinovata?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Saflieni – L-Ipoġew — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3742 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vizitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017 kien ta’ 22,461. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit. Id-dħul finanzjarju minn dan is-sit kien ta’ €520,360. Spejjeż ġenerali fuq l-istess post ammontaw għal €378,924. L-Ipoġew reġa’ fetaħ għall-pubbliku fil-15 ta’ Mejju 2017 wara l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Norvegizi ta’ madwar €1,000,000.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3740 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitici ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017 kien ta’ 67,638 li minnhom 488 kienu studenti ta’skejjel primarji. Id-dħul finanzjarju ammonta għal €326,446.38. Spejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €185,897.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3543 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2655 u 2656 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba ġietx miġbura u jekk iva tistax tingħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sall-lum intefqet is-somma ta’ €1,992,083 ink. VAT fuq xogħolijiet li qed isiru fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li x-xogħol huwa mixi, il-kuntratt mal-kuntrattur fuq dan il-proġett jintemm f’Ottubru ta’ din is-sena bil-possibilita’ li jiġi estiż skont iċ-ċirkustanzi. Madanakollu, nassigura lill-Onor. Interpellant li qed isir mill-aħjar biex dawn ix-xogħlijiet jiġu fi tmiemhom qabel din id-data. Rigward kumpens lid-diversi operaturi, infurmat li s’issa tali kumpens ma ġiex konsiderat.

Kunsill Lokali Mellieħa – bring-in sites

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kemm kellu żoni differenti ta’ Bring-in Sites fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali mill-elezzjoni sal-lum hija din: 103 membru fejn 37 minnhom huma nisa: 36%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fis-Segretarjat Parlamentari ghall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 mill-elezzjoni sal-lum hija din: 57 membru fejn 16 minnhom huma nisa: 28% Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet mill-elezzjoni sal-lum hija din: 43 membru fejn 16 minnhom huma nisa: 37% Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.