Jista' l-Ministru jispjega x'ser ikun l-irwol ta' Projects Gozo?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-istqarrija għall-istampa numru PR241492 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Kopja tal-istqarrija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21313 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iwaqqaf il-kumpanija Projects Gozo Limited.pdf
Għawdex — In-Nadur u r-Rabat - Xogħlijiet fuq triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet u meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid it-triq li twassal min-Nadur għar-Rabat li l-aħħar li saret kien fl-1988 u issa waslet biex tinbena mill-ġdid? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2024? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta’ din it-triq u jekk iva min għamilhom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li huwa konxju li din it-triq qiegħda tiddeterjora, mhux maħsub li jibda xogħol fuqha din is-sena. Prezentament għaddej ix-xogħol preparatorju sabiex jibda x-xogħol fuq it-triq li mill-Qala twassal għan-Nadur.
Ir-Rabat/Iż-Żebbuġ Għawdex — Triq l-Imgħallem - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (jindika xahar u sena) li se jitkomplew isiru l-crash barriers fi Triq l-Imgħallem, ħdejn il-Wied tas-Salve Reġina peress li m’hemmx ilqugħ ta' protezzjoni li jifred dan il-wied mit-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ilqugħ se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Ix-Xewkija Għawdex — Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma - Bini mill-ġdid tal-istalel
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-bini mill-ġdid tal-istalel taż-żwiemel u manure clamp fil-Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma, ix-Xewkija, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għandu applikazzjoni waħda mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA3364/23) għall-bini ta’ stalel taż-żwiemel li għadha pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema latrini f’Għawdex huwa ppjanat li jsirilhom refurbishment u f'liema xahar, matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlesta x-xogħol fuqhom, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mistenni li jibda x-xogħol fuq żewġ latrini wara li jkun għadda l-istagun tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq il-bini mill-ġdid u/jew resurfacing ta' Triq il-Qbajjar kollha, f'Marsalforn, u jikkonferma li dan ix-xogħol se jsir u jitlesta minn kollox sa tmiem is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li diġà sar u ser ikompli jsir fi Triq il-Qbajjar huwa xogħol mill-Korporazzjoni tal-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tingħata l-informazzjoni kif mitluba se jinqabeż l-advisory cost.
Rapport tal-Ombudsman — Vetturi abbord bastimenti tal-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2023 fir-rigward ta’ vetturi abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub fix-Xewkija, Għawdex u jgħid x’sar matul l-ewwel xhur tas-sena 2024 fuq dan l-imsemmi proġett u kemm intefqu flus? Jista’ jgħid ukoll x’hemm ippjanat li jsir matul il-kumplament tal-2024 fuq dan il-proġett u kemm hi ppjanata li tkun in-nefqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet oħrajn dwar dan il-proġett.
GĦAWDEX – TA’ DBIEĠI CRAFTS VILLAGE – TENDER GĦAL XOGĦLIJIET FUQ ĦITAN
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ix-xogħol tat-tender li ħarġet diversi drabi ‘Tender for Upgrading and Embellishing in an Environmentally Friendly Manner the Existing Boundary Wall Area at Ta’ Dbieġi Crafts Village, Gozo’ u meta se jitlesta x-xogħol mitlub f’din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex titwettaq il-wegħda elettorali li jinfetaħ l-ewwel casino f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jibda jopera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal – Espressjoni ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi u x’sar matul is-sena 2024 dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista kien ħareġ espressjoni ta’ interess għalihom f’Marzu 2013? Wara li għaddew aktar minn disa’ snin u ma ssemma xejn iżjed dwarhom, jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet inħarġet għadhiex għaddejja jew ġietx imwaqqfa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14071.
Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu mistenni li jinbidlu t-twapet u l-bandli li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet, Marsalforn, Għawdex, peress li fl-istat li jinsabu fih jistgħu jkunu ta’ periklu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kompla għaddej il-proċess biex toħroġ is-sejħa għall-offerti biex jinbidel l-equipment u jsir skont l-istandards rikjesti.
Il-Qala, Għawdex — Triq Papa Piju XII - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq triq Triq Papa Piju XII fil-Qala, Għawdex u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew? Min kien il-kuntrattur li għamel ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-wearing course f’din it-triq ingħata fi Frar 2024.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20113 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16522.
Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija?
ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju?
iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19693, u jgħid meta se tkun implimentata r-riforma li fl-2023 kienet is-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika ‘Dokument ta' Diskussjoni dwar emendi proposti relatati mas-sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20512.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma għandhomx u anqas kellhom xi forma ta' ingaġġ jew impjieg fiż-żmien imsemmi, la f’dan il-Ministeru u anqas fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri u kemm-il xahar ilha magħluqa din it-triq? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet, kemm kien proġettat li ser jiswew u kemm effettivament ġew jiswew sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq beda lejn l-aħħar tas-sena 2020 fuq ħitan tas-sejjieħ. Madanakollu rriżulta li t-triq kienet se ċċedi u għaldaqstant saru numru ta’ interventi strutturali. Ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti lejn l-aħħar ta’ din is-sena.