Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23018 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Cruiseliner Terminal

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk għadx hemm ħsieb li jsir il-cruise liner terminal imħabbar mill-Gvern Laburista numru ta' snin ilu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22347.
Leg 13 PQ #23256 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Iċ-Ċittadella — impjegati addetti għaż-żamma tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li qegħdin addetti għaż-żamma taċ-Ċittadella u kif inhuma mpjegati dawn l-individwi ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax il-ħaddiem li dawn qed jaraw li din il-ġawrha unika tinżamm fl-aħjar stat u toffri l-aqwa esperjenza lil kull min iżurha matul is-sena kollha.
Leg 13 PQ #22760 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija — Heliport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex ser jkunu jikkonsistu x-xogħlijiet u kif ser jiġu immodernizzati l-faċilitajiet tal-Heliport fix-Xewkija matul is-sena 2022? Jista' jgħid jekk il-Helipad u Runway huwiex ser jitkabbru fix-xhur li ġejjin? Jista’ jgħid kemm kien l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom għal dan il-proġett u għal xiex intużaw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed iħejji pjanijiet sabiex l-airstrip tiġi mtawla biex ikunu jistgħu jinżlu ajruplani li jieħdu sa’ madwar 11-il passiġġier. Dawn ix-xogħlijiet ser isiru biss fiż-żona li diġà ġiet dikjarata bħala art għal użu ta’ airstrip u mhux pjanat li titieħed art agrikola addizzjonali. Hekk kif ikollna d- draft proposal , se tinfetaħ konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex kull min jixtieq iressaq proposti, oġġezzjonijiet jew emiljorament fil-proposta ikun jista’ jagħmel dan. Dan il-Gvern wera bil-provi li tejjeb bla preċedent il-konnettività t’Għawdex u hekk se jibqa' jagħmel.
Leg 13 PQ #22761 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Maintenance and Restoration – flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentri 19500 u jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat tal-Maintenance and Restoration fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tal-Maintenance and Restoration mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #22762 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Għarb — Triq Franġist Portelli - tarmak

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22443 fejn ġie mwieġeb li 'fir-riġward ta’ Triq Franġisk Portelli gewwa l-Gharb hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati'jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsiderazzjonijiet legali jirrigwardjaw l-andament tax-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #22763 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Barriera ta' Isopo — perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni PA/06679/21 'Location of development: Barriera Ta' Isopo limits of, Il-Qortin Isopo, Nadur Description of works: To propose the establishment of a national optical observatory on existing structure including provision of a staircase to access of roof' Min hu l-perit (isem u kunjom) ta' din l-applikazzjoni, kif intagħżel u kemm tħallas sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni għall-permess hija sabiex tkun tista’ tiġi installata l-istruttura tal-osservatorju astronomiku fuq il-binja eżistenti, u biex isir aċċess bit-taraġ għal fuq il-bejt ta’ fejn tkun installata l-istruttura. Hekk ikun jista jsir il-manteniment fuq id-‘dome’ u l-apparat ieħor inkluż il-‘camera module'. Kif seta’ jara l-Interpellant fl-applikazzjoni stess, il-perit li ssottometta l-applikazzjoni f’isem il-Ministeru huwa l-Perit William Lewis, li s’issa tħallas is-somma ta’ €1,800.00.
Leg 13 PQ #22771 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta' Sannat — Triq prinċipali - tender

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur, fuq Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta' Sannat, u peress li l-Ministeru għal Għawdex iffinanzja dan il-proġett, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet awarded din it-tender u kemm ġie jiswa x-xogħol li sar, issa li tlesta x-xogħol fuq din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat peress li l-Kunsill rispettiv ħa ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Leg 13 PQ #23253 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Beach cleaners impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23271 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: OLIVER SCICLUNA To: Ministeru għal Għawdex

Persuni b’nuqqas ta’ mobilità – ħruġ mill-vettura fil-vapuri tal-Gozo Channel

Question

Peress li waħda mill-aktar problemi li qed jaffaċċjaw numru ta’ persuni li tkellmu miegħi u li għandhom nuqqas ta’ mobilità u li saħansitra għandhom il-Blue Badge, hija li ħafna mid-drabi jispiċċaw jibqgħu fil-vettura tagħhom minħabba li meta jiddaħħlu fil-garaxx fil-vapuri tal-Gozo Channel, anke jekk jiġbdu l-attenzjoni, ma’ jkunux jistgħu joħorġu mill-vettura tagħhom u jitilgħu permezz tal-lift, għaldaqstant jista’ il-Ministru jgħid kif se tittaffa din il-problema min-naħa tal-Gozo Channel, i¿jed u i¿jed issa li n-nies qed jintalbu li ma’ jibqgħux fil-karozza?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li għandhom il-Blue Badge huma nfurmati biex jaslu 15-il minuta qabel it-tluq u jingħataw prijorità biex jitilgħu abbord qabel il-vetturi l-oħra kollha. Dan sabiex il-vetturi tal-individwi bil-Blue Badge jkunu jistgħu jiġu pparkjati ħdejn il-lift. Jekk jonqsu milli jaslu qabel, u vetturi oħra jkunu diġà ttellgħu abbord, il-persunal tal-GCOL ftit li xejn ikun jista’ jagħmel sabiex jibdel il-post tal-vetturi u jpoġġihom ħdejn il-lift.
Leg 13 PQ #22728 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq Ħanaq u Triq ir-Ramla - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Ħanaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, in vista' tal-fatt li sitt snin u nofs ilu, b'għaġla qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, dawn it-toroq ingħataw kisja waħda ta' tarmak u l-wiċċ baqa' sal-lum qatt ma ngħata b'dan li t-tarmak li ngħata peress li ma kienx ta' saħħa biżżejjed nqasam kollu u hemm partijiet mit-triq li diġà niżlu kif ukoll peress li fil-ġnub tat-toroq hemm xifer tal-konkos li hu perikoluż? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jlesti min kollox din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jimxi skont programm ta’ prijoritajiet għall-Infrastruttura f’Għawdex.
Leg 13 PQ #22730 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18101 u 20759 u jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr)? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom u għalxiex, u kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 għal dan l-imsemmi proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jieħu l-konsiderazzjonijiet neċessarji abbażi tal-istudji u d-direzzjonijiet mill-Awtorijatijiet koerenti. Pero’, qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dan il-proġett, il-Ministeru hu tal-fehma li ssir ukoll konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex jiġu wkoll diskussi l-effetti ambjentali li tali proġett jista’ jikkawża.
Leg 13 PQ #22758 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xewkija – cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19352 li ġiet imwieġba fil-1 ta' Marzu 2021, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal xogħlijiet biex il-cablestad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija u ma ġewx mgħoddija mill-Walk Through Culverts li saru apposta għal dawn il-wires ġietx abbozata u ppubblikata u jekk ukoll possibbilment areas oħra gewx inklużi f'din it-tender, u hekk iva liema huma dawn l-areas?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tender qed tiġi abbozzata. Minbarra l-Pjazza tax-Xewkija din it-tender ser tinkludi wkoll Pjazza San Franġisk u l-waterfront ta’ Marsalforn.
Leg 13 PQ #22962 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22956.
Leg 13 PQ #23132 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Leg 13 PQ #23242 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Qorti f'Għawdex — Speċifikazzjonijiet tal-binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikunu l-ispeċifikazzjonijiet tal-binja illi l-Gvern issa ddeċieda illi jakkwista sabiex tintuża bħala Qorti f'Għawdex ? Jista' l-Ministru jispjega għala l-Gvern abbanduna l-pjanijiet li kienu saru ftit snin ilu sabiex il-binja tal-Qorti ssir fejn illum hemm il-Pixkerija ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejha ħidma konġunta bejn iż-żewġ Ministeri biex fi żmien qasir jinstab post alternattiv u adegwat li jilqa’ l-operat ta’ Qorti ġdid f’Għawdex.
Leg 13 PQ #23247 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22682 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur sal-Imġarr — pagamenti fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pagamenti saru sal-lum fuq it-Triq li minn Nadur twassal sal-Imġarr (Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem?) Jista' jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża totali fuq din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tħallas l-ammont ta’ €7,484,022.08.
Leg 13 PQ #22727 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – Ġnien Ulysses Grove – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Ġnien Ulysses Grove fix-Xewkija, peress li dan il-ġnien issemma f'diversi budgets ta' Gvern Laburista iżda issa jidher li x-xogħol fuqu waqaf u ma reġax issemma iżjed? Jista' jgħid jekk ix-xogħol hux ser jitkompla, fiex ser jikkonsisti u meta hu maħsub li jkun lest?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlestiet it-trakka tal-mixi ġewwa dan il-ġnien, saret applikazzjoni oħra mal-Awtorita’ tal-Ippjanar bi pjan revedut sabiex dan il-ġnien jinbidel f’park għall-familja. Il-proċess tal-applikazzjoni għadu għaddej. Sadanittant ħarġet sejħa għall-offerti sabiex jitwaħħlu d-dwal maġenb it-trakka. Minkejja dan, ma kien hemm ebda offerta li laħqet il-kriterji tekniċi tal-offerta. Għaldaqstant, din is-sejħa ser terġa’ tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23239 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23240 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Kuntratt lill-MPT — buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-Port tal-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex jingħata kuntratt lill-Malta Public Transport Ltd sabiex topera l-buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-port tal-Imġarr, għalkemm hu dan il-kuntratt, kemm ser jintużaw buses f'dan is-servizz u kemm jiswa dan il-kuntratt ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f’servizz ta’ forniment ta’ trasport, lejn u minn punti fissi, f’intervalli skedati u bl-ebda rekwiżiti għall-ibbukkjar minn qabel jikkwalifika s-servizz bħala servizz skedat. Malta Public Transport permezz ta’ ftehim ta’ konċessjoni ffirmat ma’ Transport Malta fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport pubbliku skedati f’Malta u Għawdex għandha esklussività biex topera dan is-servizz fuq il-gżejjer. Dan is-servizz ta’ Park and Ride se jkun qed jopera miż-żona tal-Heliport tax-Xewkija għall-Imġarr mill-5am sad-9pm. Mill-5am sat-8am u mit-3pm sas-6pm is-servizz se jkun kull 10 minuti filwaqt li fil-bqija tal-ħinijiet kull 30 minuta. L-arranġament stmat li ser jiġi jiswa € 278,262.24 VAT eskluż fis-sena.