Jista' l-Prim Ministru jghid għaliex l-Awtorità tart-Turiżmu ta' Malta ħabbret l-avveniment tal-Powerboat Racing li se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju, fit-3 ta' Ġunju, jiġifieri daqshekk tard? Jista' jgħid, jekk dan l-avveniment hux se jtellef avvenimenti oħra li ilhom ippjanati u li għalihom ġew inċentivati turisti eċċ. biex jiġu Malta? Jista' jagħti elenku ta' l-attivitajiet li huma ppjanati li jsiru f'dan il-perjodu fil-portijiet ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir u li ġew ippjanati minn żmien ferm qabel mis-settur privat u li jistgħu b'konsegwenza ta'din l-attività tal-Powerboat Racing li tħabbret daqshekk tard, jitilfu n-negozju?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-Loggia, li reġgħet inkixfet waqt xogħlijiet ġewwa Marsaxlokk u li tmur lura għall-1876 u li kienet ġiet restwarata snin ilu mill-Gvern għal prezz ta' Lm20, għad li se jittieħdu ċerta prekawzjanijiet, se terġa' tintradam minflok ma' tiġi sposata jekk ikun il-każ?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport
Question
Jista' l-Prim Ministru jaġġornani x'ġara mir-rapport li sar lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-21 ta' Mejju skont ir-referenza CM/758/10?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lment ġie rreġistrat fis-sistema appena daħal u ġie investigat skont il-proċedura. Jirriżulta li s-sid tal-istabbilliment konċernat beda jwettaq xogħolijiet li jikkonsistu minn ħitan tal-bricks u pjattaforma tal-konkos mal-art bħala bitħa estiża fuq in-naħa ta' wara tal-petrol station. Peress li ma jirriżultawx permessi ta' żvilupp għal dan it-tip ta' bini, is-sid ġie ordnat jieqaf mix-xogħol immedjatament u ser jinħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq skont riferenza (ECF 362/10). Il-każ ser jibqa’ jkun segwit sa ma jkun assigurat li s-sitwazzjoni ġiet regolarizzata skont il-liġi.
Art fejn hu ppjanat li jinbena l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Iklin
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk l-art fejn hu ppjanat li jinbena l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Iklin hijiex art tal-gvern jew tal-privat? Jekk din l-art hi tal-gvern, allura l-art in kwestjoni ġiet devoluta fuq il-Kunsill Lokali tal-Iklin? Saret konsultazzjoni fuq dan il-bini propost mir-residenti tal-Iklin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-art fejn hu ppjanat li jinbena l-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Iklin hija proprjetà tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Iklin, wara li għamel talba għad-devoluzzjoni ta’ din l-art, għandu f’idejh abbozz ta’ ftehim mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern u li mistenni jkun iffirmat fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Iklin nieda eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika bejn il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta’ Mejju 2010 u nforma lir-residenti tal-lokalità dwar il-proġett permezz ta’ ċirkolari, kif ukoll permezz ta’ avviżi ppubblikati fil-gazzetti lokali.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar? Ta' fejn/min huma dawn l-applikazzjonijiet pendenti? Kemm ilha pendenti kull waħda minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha seba' (7) applikazzjonijiet għal żvilupp li jirrigwarda kmamar tan-nar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji tal-applikant u d-data tal-validazzjoni ta' kull applikazzjoni.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "
fire
" jew "nar".
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17946, 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18028 u jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17955, 17418, 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — ħatra ta' konsulenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ADI Associates inħatru konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk iva, meta nħatru u meta ħarġet is-sejħa għal offerti? Kemm ħadet konsulenzi l-ADI Associates mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta s’issa? Kemm tħallsu fis-snin 2008-2009 (to date) rispettivament? Huwa minnu li bħala konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dawn ġieli attendew laqgħat ma' żviluppaturi u stakeholders oħrajn meta ċerti tenders lanqas biss kienu għadhom ġew aġġudikati?
Jista' jgħid liema ditta ta’ konsulenza hija nvoluta fit-
tender
GF/00153/06 li tikkonċerna
Proposed Upgrading of Coastal Area and Development of a Sandy Beach
? Jista' jikkonferma kemm kien hemm każi fejn ADI Associates apparti milli kienu preżenti fl-istadji kollha tal-proċess tat-
tendering
kif jista' jiġi kkonfermat mill- minuti tal-i
scoping meetings
, dawn saħansitra kienu wkoll responsabbli biex huma stess jagħmlu l-
compilation
tal-PDS għat-
tender
?
Billi ADI Associates kienu preżenti flimkien mal-iżviluppatur, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar għall-i
scoping meeting
tal-21 ta' Mejju 2008, jista' jgħid jekk ADI Associates humiex xorta waħda eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għat-
tender
in kwestjoni u jekk it-
tender
ġietx aġġudikata?
Jidhirlu l-Prim Ministru li dan huwa każ ċar ta’ allegat każ ta’ kunflitt ta’ interess? Jista' jikkonferma jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’xi stadju jew ieħor kienx diġa’ ġie nfurmat dwar dawn l-allegati abbużi? Kif jinkwadra dan kollu mat-trasparenza li hu permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu qed jgħid li jixtieq idaħħal fis-sistema tal-
environment impact assessment
consultancies
bħala parti mir-riforma tal-l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ADI Associates huma waħda minn numru ta’ kumpaniji li l-Awtorità tat-Turiżmu tuża’ għal xogħol ta’ konsulenza minn żmien għal żmien fuq bażi proġettwali (project based assignments).
L-ADI Associates jattendu laqgħat hekk kif ikun mitlub lilhom mill-Awtorità tat-Turiżmu u skont il-ftehim deskritt hawn fuq.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li GF/00153/06 m’ huwiex tender imma hija referenza tal-MEPA li tirreferi dwar il-bżonn ta’ studju ambjentali (EIA) marbuta mal-proġett tal-krejazzjoni ta’ Bajja fil-Qawra.
L-ADI Associates kienu mqabbda mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex huma jikkompilaw il-PDS li huwa neċessarju biex fuqu l-MEPA tieħu deċiżjonijiet dwar il-proġett fosthom biex jinħarġu ‘t-terms of reference’ tal-EIA, proċess li huwa kompletament pubbliku. Fil-fatt it-terms of reference li jintużaw għat-tender tal-EIA huma dawk kif maħruġin mill-MEPA.
Fil-meeting pubbliku li sar dwar l-iscoping tal-EIA il-konsulent uffiċjali tal-MTA, preżenti kien hemm biss il-perit tal-proġett.
Għalkemm fil-minuti tal-MEPA ta’ dan l-istess meeting l-ADI Associates huma mniżżlin bħala konsulenti tal-MTA, dan mhux korrett. L-MTA infurmata li l-ADI Associates attendew dan il-meeting minn jheddhom peress li kien meeting pubbliku.
L-MTA ħadet parir legali fuq dan kollu u irriżulta li l-MTA ma setgħetx iżżomm lill-ADI Associates milli jiġbru u jitfgħu offerta għat-tender tal-EIA.
Fil-fatt iż-żewġ kumpaniji li tefgħu l-offerta għat-tender għall-EIA (ADI Associates u AIS Environmental Limited) kellhom konsulenti (anke jekk fuq bażi individwali) li b’xi mod kienu involuti fi stadji oħra tal-istess proġett.
Wara li tlesta l-istudju tal-mathematical modeling, li kellu janalizza l-istabilità tar-ramel, irriżulta li sabiex tinżamm il-bajja hemm bżonn numru ta’ strutturi protettivi li jistgħu joħolqu impatt viżiv u ambjentali. Għaldaqstant it-terms of reference tat-tender oriġinali ma baqgħux japplikaw u t-tender tal- EIA kellha titwaqqaf.
B'referenza għal plot li qiegħda miftuħa u li fiha qed jintefa' ħafna skart u peress li din il-plot tinsab kantuniera fi Triq il-Kitarristi, Qajjenza, Birżebbugia, ħafna residenti kif ukoll il-Kunsill Lokali ta' Birżebbugia ilhom kważi sena iressqu l-ilmenti tagħhom rigward dan il-każ lil diversi uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar imma dawn ġew kollha injorati, jista l-Prim Ministru jara għaliex, minkejja dawn ir-rapporti, sal-lum għada ma ttieħdet l-ebda azzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm li l-MEPA, fl-eżercizzji tagħha, tattwa operazzjonijiet biex art miftuħa li hi fi stat maħmuġ, titnaddaf, u tieħu l-miżuri neċessarji biex dan isir, dawn l-azzjonijiet jitqiesu skont il-prijorita` individwali tagħhom meta jiġi deċiż liema illegalitajiet ikunu ser jiġu ndirizzati direttament mill-MEPA.
Barra minn hekk l-inkoraġġiment li kien qed jingħata biex ċertu artijiet fiż-żona ta' l-iżvilupp jiddawru b'ħitan għoljin, qed tiġi re-evalwata hekk kif issa hemm numru ta' plots li ġew fil-fatt imdawra b'dawn il-ħitan għoljin, u l-effett ta' dawn il-ħitan għoljin għalhekk jista` jiġi mifhum aħjar.
Ir-responsabbilta` hija tas-sid u l-Kunsill Lokali għandu wkoll jirreferi l-każ lis-sid tal-plot.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jinżammx inventarju tal-affarijiet storiċi li għandna f'kull belt u raħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bżonn li jsir Inventarju Nazzjonali tal-propjetà kulturali f’Malta ġie stabbilit mill-Att tal-Patrimonju Kulturali. Dan l-Inventarju qed jiġi mfassal mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hawnx kunsilli lokali li għandhom Kumitat tal-Aggudikazzjoni indipendenti mill-kunsill biex jeżaminaw it-tenders u jagħtu r-rakkmandazzjoni tagħhom lill-kunsilli rispettivi? Min huma dawn il-kunsilli? Hemm kunsilli lokali li mill-2006 sal-lum, ġew ippreżentati lilhom mill-kunsilliera mozzjoni biex fi ħdan il-kunsill jitwaqqaf Kumitat ta' Aggudikazzjoni biex jeżamina t-tenders? Liema huma dawk il-kunsilli? Il-mozzjoni ġiet aċċettata? Liema huma dawk il-kunsilli li m'aċċettawx din il-mozzjoni u jekk kien hemm votazzjoni, liema huma l-kunsilliera li vvutaw favur il-mozzjoni u dawk li vvutaw kontra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15985, qed inpoġġi tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp kien ingħata l-permess, li n-numru tiegħu qed jingħata separatament, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk humiex minnhom rapporti li l-iżvilupp li sar mhux konformi ma' dak stipulat mill-permess? Jekk dawn ir-rapporti huma minnhom, jista' jgħid għalfejn s'issa ma ttieħdu l-ebda passi minkejja li nġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-permess ta' żvilupp maħruġ fuq is-sit indikat jawtoriżża il-bini ta' bitħa għaż-żamma ta' inġenji u vetturi 'heavy plant' kif ukoll sanar ta' bini li kien jeżisti b' mod irregolari fuq l-istess sit. Tajjeb li jingħad li dan il-bini kien diġa kolpit b'avviż t'infurzar ieħor maħruġ fl-1998 u li llum ma' baqax operattiv appena inħareġ il-permess PA 4086/05.
Nirreferi għall-applikazzjoni indikata mill-Onorevoli Interpellant u cioè PA 4147/09. Sal-llum din l-applikazzjoni li titlob bini ta' garaxxijiet industrijali ġewwa dan is-sit għadha pendenti. Minn spezzjoni li saret riċentament jirriżulta illi xi xogħol konness ma' din l-applikazzjoni laħaq beda minkejja li l-applikazzjoni għadha fi stadju ta' proċess. Barra minn hekk instab ukoll illi l-iżviluppatur installa mpjant li jimmanifattura l-konkos
(batching plant)
mingħajr ma biss intalab permess ta' żvillupp. Għaldaqstant inbdew proċeduri t'infurzar (ECF 189/10) maħruġ fis-26 ta’ Marzu 2010 fejn l-izviluppatur ġie ordnat iwaqqaf l-iżvilupp kollu illegali b'mod immedjat. Sussegwentement il-MEPA għamlet spezzjoni fuq is-sit u ġie kkonfermat li l-
batching plant
ma kienx qiegħed jopera.
L-Awtorità ser tibqa’ ssegwi l-każ u taġixxi skont il-proċedura stabbilita fil-Liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid sarux analiżi tat-tbajja sofor li qegħdin ta' spiss jaħkmu r-residenzi ta' Ħal Kirkop speċjalment meta r-riħ ikun bejn it-Tramuntana u l-Grigal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA rċeviet xi rapporti bħal dawn minn żmien għal żmien. Mill-indikazzjonijiet sa issa, mhux eskluż li dawn it-tbajja jistgħu jkunu ta' oriġini naturali billi kien hemm rapporti f’pajjiżi oħra ta’ tbajja simili partikolarment fir-Rebbiegħa.
Sa issa ma rriżultat l-ebda rabta ma’ attivitajiet industrijali. Il-MEPA qiegħda tipprova tiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li għalih għamlet referenza, sabiex l-investigazzjoni tkun aktar iffukata. Per eżempju mingħajr indikazzjoni eżatta tal-ġranet u ħinijiet meta dawn it-tbajja jirriżultaw, ikun diffiċli li r-riżultat mad-direzzjoni tar-riħ u konsegwentement ma’ ċerti attivitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li ta’ min igħid li l-Awtorità tat-Turiżmu mhiex l-aġenzija kompetenti biex tipprovdi dan it-tip ta’ aċċess, l-MTA kull sena tassigura li dawk il-bajjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha (jiġifieri San Ġorġ u Buġibba Perched Beach) ikunu aċċessibli.
L-MTA qed tieħu wkoll passi sabiex żewġ bajjiet oħra fosthom l-Għadira u
Golden Sands
, tiżdied l-aċċessibilità b’żieda ta’ rampi tal-injam.
L-MTA qegħda wkoll f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia sabiex issir rampa għall-aċċess fil-baħar fil-Bajja s-Sabiħa.
Minbarra rampi, ser jinxtraw ukoll numru ta’ siġġijiet bir-roti għal fuq ir-ramel biex ikunu jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità.