Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru vjaġġi uffiċjali, minn liema persuni u kemm ġie jqum lill-gvern kull vjaġġ, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru s’issa laqgħat tal-grupp inter-ministerjali dwar sehem Malta fl-inizjattiva għall-Belt Kapitali Ewropea flimkien mal-Olanda fis-sena 2018? X’ġie deċiż s’issa? Liema ministeru qed jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Inter-Ministerjali dwar il-Kapitali Ewropea għall-Kultura 2018 ġiet stabbilita fil-15 ta’ Mejju 2009 u s’issa ltaqgħet 14-il darba.
Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-preparazzjoni nazzjonali għas-sejħa ta’ proposti li twassal għall-implimentazzjoni tal-avveniment f’Malta fl-2018.
L-għan tat-twaqqif tal-Kummissjoni hu biex jiżgura li t-twettiq tal-avveniment f’Malta jkun wieħed ta’ kalibru għoli, li jilħaq livell ta’ eċċellenza fuq livell Ewropew u li jkun ta’ benefiċċju għas-soċjetà. Il-qafas tal-implimentazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni qed jiġi żviluppat permezz ta’ tfassil ta’ Master Plan għat-tħejjija ta’ Malta għal dan l-avveniment.
Wara komunikazzjoni mad-Direttorat Ġenerali tal-Kultura fil-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern qed jippjana li jniedi s-sejħa għall-proposti b’mod li d-deċiżjoni dwar l-għażla finali tal-belt rebbieħa tkun saret sa Ġunju 2012.
Il-Membri tal-Kummissjoni huma rappreżentanti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport, il-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet. Hemm ukoll rappreżentanti mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — full complement
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa? F’liema grad? X’inhu l-full complement biex taħdem kif obbligata bil-liġi tal-Wirt Kulturali 2002? Meta se jkollha l-impjegati kollha li għandha bżonn?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Cultural Heritage Inventory Management System
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq il-Cultural Heritage Inventory Management System (CHIMS)? Kemm intnefqu flus fuq is-sistema b’kollox? Kemm tħallset il-kumpanija Datatrak ta’ dan ix-xogħol? Is-CHIMS meta se tkun aċċessibbli għall-pubbliku?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' prodotti/oġġetti importati li ġew miżmuma mid-Direttorat tal-iStandards Lokali? Mil-liema pajjiżi? X'prodotti u/jew oġġetti ġew ikkonfiskati matul 2009 u sal-lum fl-2010 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-prodotti miżmuma waqt spezzjonijiet mid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq ta’ l-Awtorità Maltija għall-iStandards huma:
2009: 133
2010 (sa l-aħħar ta’ Mejju): 70
Ħafna mill-prodotti huma ġejjin miċ-Ċina filwaqt li kien hemm diversi oħrajn mill-Italja.
Il-biċċa l-kbira tal-prodotti miżmuma huma pestiċidi u ġugarelli.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17971, 17468, 17097 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi fil-fatt ifissirx li kulmin, ukoll b'mod individwali, jimporta vetturi għandu jirreġistra bħala importatur minħabba l-kwestjoni ta' l-end of life ta' l-istess vetturi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18042 u jara li n-nurses li jaħdmu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jibdew jitħallsu doppju meta jkunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom nhar ta' Ħadd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa għaddejin diskussjonijiet bejn in-nurses li qed jagħtu dan is-servizz ġewwa l-lokalità ta’ Raħal Ġdid u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità sabiex, waqt li jibqgħu jagħtu s-servizzi fil-komunità lill-pazjenti li jbgħatu bid-dijabete, ikun rivedut il-kuntratt tax-xogħol ta’ dawn in-nurses inklużi l-ħlas dovut lilhom. Id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat.
Kunsilli lokali li bbilanċjaw id-deficit finanzjarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16049 u jgħid f’liema snin il-kunsilli lokali bbilanċjaw id-deficit finazjarju permezz ta’ kontravenzjonijiet mhux imħallsa mill-bidu tas-sistema tal-LES? Liema huma l-kunsilli lokali u jgħid kemm-il darba l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Ministeru Konċernat ġibed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar dan?
skola fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema — tneħħija ta' flower pots
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għaliex iż-żewġ flower pots kbar li hemm fuq kull naħa tal-entratura ta' skola li tinsab fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema, baqgħu ma tneħħewx avolja ġew rapportati li fihom gieli jintefgħu xi siringi u għalhekk huma ta' periklu kbir għal kulħadd, speċjalment għat-tfal ta' din l-iskola? Meta mistennija jitneħħew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16126.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15441 u jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn għand il-Kunsilli Lokali kollha. L-informazzjoni ntalbet permezz ta’ Memo 48/2010 datat 30/03/2010.
Allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15438, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi persuni, kumpaniji, kunsillieri, kunsilli lokali eċċ. għamlu xi allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kull lokal? X'kien il-każ? X'passi ittieħdu? F'liema kunsill sar il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Allegazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ tipi differenti u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun ferm aktar speċifiku dwar l-informazzjoni li qiegħed jitlob, u jindika wkoll il-perjodu ta’ żmien li qed jistaqsi dwaru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord mediku kummissjoni elettorali? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni u jekk fl-affermativ fiex tikkonsisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali huwa kompost mill-membri indikati hawn taħt:
Chairperson
Dott Saviour Schembri Wismayer €2,795.24 fis-sena
Membri
Dott Anton Grech €2,329.38 fis-sena
Dott Joseph Spiteri €2,329.38 fis-sena
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17338 u 17087 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17249, 17018, 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice
Question
Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-Perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-laqgħat tal-kumitati li attenda għalihom matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar, iċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17646, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi biex biċċa sostanzjali ta' art agrikola tiġi cleared, x'aktarx biex issir triq fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija li s-site plan tagħha qed tintbagħat separatament? Jekk iva, xi jkopru?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini ta’ fabbriki u/jew applikazzjonijiet għal fabbriki li digà joperaw u jridu jibdew joperaw minn Malta u Għawdex? Liema huma? X’jipproduċu u kemm minnhom jesportaw minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha disa' (9) applikazzjonijiet għall-bini ta' fabbriki.
Rigward liema huma l-fabbriki, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif fuq l-applikant. L-Awtorità m'għandhiex informazzjoni dwar x’jipproduċu u kemm minnhom jesportaw minn Malta.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "fabbrika/i" jew "
factory/ies
".