Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18239 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Miżuri għall-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin u Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri konkreti hemm il-ħsieb jittieħdu matul is-sena li ġejja biex iżjed Maltin u Għawdxin jersqu lejn il-wirt kulturali tal-gżejjer tagħna u japprezzawh iżjed bħala essenzjali għall-identità tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Heritage Malta qed taħdem fuq għadd ta’ proġetti fil-mużewijiet u s-siti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta taghha. Dawn ivarjaw minn progetti strutturali li se jtejjbu l-access ghal dawn is-siti kif ukoll xoghlijiet ta’ tisbih u titjib fl-interpretazzjoni, u jinkludu, fost ohrajn, il-Muzew Nazzjonali tal-Arkeologija, il-Muzew Nazzjonali tal-Arti, il-Palazz tal-Inkwizitur, il-Muzew Marittimu, Ghar Dalam, il-Katakombi ta’ Bistra, u l-Muzew tal-Arkeologija t’Ghawdex. Barra minn hekk Heritage Malta tiehu hsieb ukoll tippopolarizza l-wirt kulturali billi torganizza kontinwament ghadd ta’ wirjiet temporanji u hafna attivitajiet ohrajn, li hafna minnhom ikunu bla ebda hlas, li jattiraw hafna Maltin lejn il-muzewijiet u s-siti nazzjonali. Fejn hu possibbli u jippermetti, jsir accessibilta fiziku ghas-siti u muzewijiet. Niddessimnaw informazzjoni u taghrif permezz ta’ publikazzjonijiet, interpretazzjonijiet, tahdit pubbliku, programmi specifici ma’ kommunitajiet lokali, permezz ta’ sistemi stabbiliti u innovativi kif ukoll diversi ambjenti edukattivi, sabiex nheggu diversi udjenzi. Nippreparaw u nippublikaw informazzjoni li tista tigi maghmula accessibli fuq siti eletronnici, jew siti partikolari, jew centri ta’ informazzjoni, Kunsilli Lokali u organizazzjonijiet ohrajn. Nipprovdu access pubbliku xieraq ghal inventarju, arkivji u kolloezzjonijiet riservati. Niffacilitaw l-access ghal ricerkaturi. Nikkomunikaw ma diversi udjenzi permezz ta’ programme specifici ma’ Kunsilli lokali, Organizazzjonijiet non governativi, skejjel u partijiet interessati. Nigbdu aktar vizitaturi u partecipanti f’attivitajiet permezz ta’ giti organizzati, avvenimenti u pakketti specifici (per ezempju transport ffacilitat bejn siti u paesaggi storici) Nizvillupaw u nipprezentaw avvenimenti fuq u attivitajiet edukattivi bazi regolari ghal tfal, familji u gruppi ohrajn. Nizvillupaw u nimannigjaw kalendarju ta’ avvenimenti u wirjiet. Nikkonsolidaw u nespandu il-programm ta’ shubija ghal HM
Leg 11 PQ #18240 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inċentivi għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali f'pajjiżna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkunsidrati iżjed inċentivi fiskali biex is-settur privat juża iżjed mir-riżorsi finanzjarji tiegħu għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali f’pajjiżna? Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-inċentivi fiskali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħala parti mill-ħidma li għaddejja bħalissa fuq l-ekonomija kreattiva mill-Grupp ta’ Ħidma mwaqqaf għall-istess għan, qed jiġu evalwati u individwati l-inizjattivi fiskali li qed jikkontribwixxu lejn il-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali permezz ukoll ta’ sorsi ġejjin mis-settur privat. Dan jinkludi t-titjib tal-proċeduri marbutin mar-regolamenti tad-Donazzjonijiet (Wirt Storiku) (AL266/06 kif emendat mill-AL 409/07) sabiex anki donaturi/kumpaniji barranin ikunu jistgħu jikkontribwixxu lejn dan is-settur f’Malta. Sadanittant qed jiġu mfassla wkoll numru ta’ inċentivi fiskali marbutin mal-industriji kulturali u kreattivi, li jinkludu wkoll l-attività kollha li sseħħ fil-qasam tal-wirt storiku. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mħabbra fi żmien qasir mill-Malta Enterprise, u ġew imfassla b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma msemmi hawn fuq u mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura.
Leg 11 PQ #18241 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konvenzjonijiet tal-wirt kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iffirmajna konvenzjonijiet tal-wirt kulturali s’issa tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Ġnus Magħquda? Liema huma dawk il-konvenzjonijiet li għadna ma ffirmajniex? Għaliex? Meta hemm il-ħsieb li niffirmawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18242 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

State Imdemnity for travelling Exhibitions — xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol li kellu jsir biex titfassal policy nazzjonali dwar State Indemnity for Travelling Exhibitions?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Heritage Malta użat l-Istate Indemnity fil-passat, meta kien hemm bżonnha sabiex jinġiebu Malta wirjiet importanti. Rappreżentant ta’ Heritage Malta jattendi regolarment laqgħat fuq livell Ewropew sabiex inżommu ruħna aġġornati mal-aħhar żviluppi f’dan il-qasam. Dan l-aspett qed jiġi kkunsidrat fir-reviżjonijiet tal-Liġi tal-Wirt Kulturali (2002) li għaddej bħalissa.
Leg 11 PQ #18243 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà skedata — valur ta' wirt kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandna proprjetà skedata s’issa f’pajjiżna għax meqjusa ta’ valur ta’ wirt kulturali? Kemm jonqos li tiġi skedata minn din il-proprjetà u liema proprjeta` hemm il-ħsieb li tiġi skedata matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18264 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li qabżu l-61 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18333 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

budget għall-Hamlets

Question

Issa li saru l-elezzjonijiet għall-hamlets kollha li fihom kellhom isiru l-elezjonijiet, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se jkun il-budget għal kull wieħed minn dawn il-hamlets?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #17609 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

toroq residenzjali li tlestew

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16137 u jgħid liema huma it-toroq residenzjali li tlestew permezz ta' fondi li l-gvern għadda lill-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif miġbura mill-kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #17610 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Convenience

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16142 u jgħid ta' min hi r-responsabbilità tal-Public Convenience, tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom ir-responsabbilità tal-Public Convenience u qed jagħmlu proġetti mas-settur privat? X'tip ta' proġetti u b'liema mod qed jiġi involut is-settur privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont Artikolu 33 (1) (b) ta’ kapitoli 363 tal-Liġi ta’ Malta (Att dwar Kunsilli Lokali), fost il-funzjonijiet tal-Kunislli Lokali hemm iż-żamma u l-manutenzjoni tal-latrini kollha. Intant ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta hu l-uniku Kunsill Lokali nvolut fi proġett dwarha mas-settur privat. Din il-public convenience, li tinsab fi Triq id-Dejqa kantuniera ma’ Triq it-Teatru l-Antik, kienet immodernizzata – kemm fl-istruttura kif ukoll fis-servizz – u bħalissa qed tiġi formulata bażi għal tħaddim ta’ PPP.
Leg 11 PQ #17806 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-MEUSAC — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-MEUSAC? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEUSAC Core Group huwa kompost mill-membri indikati hawn taħt: Chairperson Onor Dott Chris Said Membri Dott Godwin Grima - Segretarju Permanenti Ewlieni Ambaxxatur Richard Cachia Caruana - Rappreżentant Permanenti għall-UE Is-Sur Peter Portelli - Segretarju Permanenti, (ITSD) OPM Ambaxxatur Cecilia Attard Pirotta - Segretarju Permanenti MFA Dott Vanni Xuereb - Kap MEUSAC Is-Sinj Graziella Pullicino - Aġent Kap, Segretarjat dwar l-Unjoni Ewropea (OPM) Is-Sur Sonny Portelli - Chairperson MCESD Perit Carmel Cocopardo - Alternattiva Demokratika Is-Sur Arthur Rossi - Confederation of Malta Trade Unions Is-Sur Vince Farrugia - General Retailers and Traders Union Is-Sur Tony Zarb - General Workers’ Union Is-Sur Joe Grech - Gozo Business Centre Is-Sur Kevin Borg Ing Ray Muscat - MCCEI (Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija) Is-Sur Pierre Fava - Malta Employers Association Is-Sur George Schembri - Malta Hotels and Restaurants Association Onor Dott Luciano Busuttil - Partit Laburista Onor Dott Francis Zammit Dimech - Partit Nazzjonalista Is-Sur Jesmond Bonello - Union Ħaddiema Magħqudin Dott Josette Grech - Esperta Is-Sinj Anna Borg Is-Sur Benjamin Rizzo Is-Sur Gino Schiavone Rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Membri Sostituti Is-Sinj Sylvia Gauci - MCESD Is-Sur Michael Briguglio - Alternattiva Demokratika Is-Sinj Mary Anne Sant Fournier - Confederation of Malta Trade Unions Is-Sur Paul Abela - General Retailers and Traders Union Is-Sur Victor Carachi - General Workers’ Union Is-Sur Joseph Grech - Gozo Business Centre Is-Sur Joe Tanti - MCCEI (Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija) Dott Paul De Battista - Malta Employers’ Association Is-Sur Joe Attard - Malta Hotels and Restaurants Association Dott Joe Mifsud - Partit Laburista Onor Frederick Azzopardi - Partit Nazzjonalista Dott Romina Bartolo - Union Ħaddiema Magħqudin Il-membri (u s-sostitwiti) ma jirċievu l-ebda forma ta’ remunerazzjoni.
Leg 11 PQ #17815 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — finanzjament għall-attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 16164 u 13864 u jgħid kemm kien l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2009? Liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw xi attività kulturali? Meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet u x-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm ġiet tiswa fi flus kull attività? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali u ċioe kemm ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm ħarġet kull awtorità governattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2009 il-Gvern ħareġ €132,500 għall-iskema Attivitajiet Kulturali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra parti mill-informazzjoni mitluba. Il-bqija tal-informazzjoni qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta oħra. Intant ta’ min iżid li l-Kunsilli Lokali tal-Fontana u tal-Għasri kienu bbenfikaw minn din l-iskema imma kkanċellaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom u għaldaqstant ma ħadux il-flus li kienu ntitolati għalihom.
Leg 11 PQ #17816 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Latrini pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16187 u jgħid kemm hemm latrini pubbliċi f'Malta u kemm f'Għawdex? F'liema lokalità jinsabu? Kemm minnhom ġew devoluti lill-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #17817 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pool ġdid tas-segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16160 u jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi fil-pool ġdid ta' segretarjat eżekuttiv? F'liema dipartiment tal-gvern jinsabu? Xi grad għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16160.
Leg 11 PQ #17823 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar il-petizzjonijiet — membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħix min huma l-membri li jiffurmaw il-bord dwar il-petizzjonijiet? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Chairmen tal-Bord dwar il-Petizzjonijiet huma: Dott Joseph Attard Dott Benny Delia Dott Joseph Refalo u Dott Ramon Rossignaud. Dawn jitħallsu €58.23 kull seduta sa massimu ta’ €11,647.87 fis-sena.
Leg 11 PQ #17824 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-Impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-impjiegi? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi huwa kompost mill-membri indikati hawn taħt: Chairperson Prof Edward Zammit Deputat Chairperson Dott Noel Vella Membri Is-Sur Geitu Mercieca Is-Sur Michael Parnis Is-Sur William Portelli Is-Sur Gejtu Vella Is-Sur Ray Muscat Is-Sur Joseph Farrugia Is-Sur Tonio Farrugia Is-Sur Vince Farrugia Is-Sur Thomas Woods Is-Sur Frank Pullicino Is-Sinj Moira Catania Ir-remunerazzjoni taċ- Chairperson hija ta’ €3,494.04 fis-sena u tal-Membri €1,455.84 fis-sena. Id-Deputat Chairperson ma jirċeviex remunerazzjoni għal dan l-inkarigu.
Leg 11 PQ #18098 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — budget għar-reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur tas-sena kemm intnefaq mill-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta fuq reklamar ta’ Malta bħala post turistiku? Kif intnefqu u f’liema pajjiżi? Kemm fadlilha budget l-Awtorità għall-kumplament tas-sena għal reklamar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18102 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swar tal-Belt Valletta mixgħula kmieni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li s-swar ta’ madwar il-Belt Valletta u forsi swar oħra ukoll qed ikunu mixgħula sa minn qabel is-7.00 p.m.u dan meta jkun għadu d-dawl tax-xemx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-uffiċjali nkarigati sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati ħalli jekk hemm xi nuqqasijiet jiġu rranġati.
Leg 11 PQ #18126 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18147 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

diving schools/operators reġistrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' diving schools/operators li huma reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Mġarr rispettivament skont il-lokalità kif definita mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ diving schools/operators irreġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu huwa kif jidher hawn taħt: San Pawl il-Baħar – 14 Mellieħa – 6 Mġarr - xejn
Leg 11 PQ #18195 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' konsulenzi u fil-każ ta' kull kuntratt, jindika l-isem tal-persuna jew ditta li ħadet il-kuntratt, l-iskop u l-ammont ta' ħlasijiet li saru, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.