Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati f'pajjiżna? Kemm minnhom ġew riżolti u liema huma dawk pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-ewwel ħames xhur tal-2010 ġew irreġistrati 25 tilwima industrijali li minnhom, wara intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, 23 ġew riżolti u tnejn għadhom pendenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17890 u 17210 u jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi l-persuna, li isimha qed jingħata b’mod separat, tkeċċiet mill-impjieg tagħha fil-Maltapost plc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm jidhirli li din il-mistoqsija tmur kontra l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, ninforma lill-Onorevoli Membru li din il-kumpanija hija ażjenda totalment privata.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-Forum Unions Maltin, li jinkorpora fih fost l-iktar unions importanti fil-pajjiż u madwar 11,000 membru, ma ġiex approvata t-talba tiegħu li jidħol membru tal-MCESD?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar it-talba tal-ForUM (Forum Unions Maltin) biex tissieħeb fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) kienet u għadha l-istess. Il-Gvern jaqbel li l-ForUM tissieħeb fl-MCESD iżda dan għandu jsir bil-kunsens tal-membri u l-imsieħba l-oħra. Dan għaliex meta twaqqaf l-MCESD u l-mod kif twaqqaf, inkluż l-ammont ta’ membri tiegħu, sar b’konsensus bejn il-Gvern u l-imsieħba socjali.
Din il-pożizzjoni diġà kienet espressa f’ittra li l-Gvern bagħat lill-President tal-ForUM John Bencini fl-20 ta’ Frar li għadda.
F’dik l-ittra l-Gvern iddikjara li:
“...m’għandu assolutament l-ebda oġġezzjoni li jara l-ForUM fl-MCESD iżda ma jistax jimponi fuq il-membri tal-MCESD il-parteċipazzjoni tagħha. L-MCESD twaqqaf bi qbil bejn il-Gvern, l-għaqdiet ta' min iħaddem u l-Unions tal-Ħaddiema, li hu ffurmat minnhom.
“Il-Gvern kien qabel mal-membri tal-MCESD li kull tkabbir fi ħdan l-MCESD irid isir bil-kunsens tal-membri kollha u ma jistax jikser kelmtu billi jimponi tkabbir fl-MCESD b’mod arbitrarju. L-MCESD kien ġie ffurmat ukoll b’mod li jirrappreżenta bilanċ delikat bejn min iħaddem u l-ħaddiema, u huwa bilanċ li jeħtieġ li jinżamm. Jekk fl-MCESD ikun hemm qbil ma' dak mitlub mill-għaqda tiegħek, il-Gvern lest li jressaq l-emendi li hemm bżonn bla dewmien.”
Minn din il-pożizzjoni tal-Gvern ma nbidel xejn tant li waqt laqgħa tal-MCESD li saret nhar il-Ġimgħa il-Gvern issuġġerixxa li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma fi ħdan l-MCESD stess biex jiddiskuti t-talba tal-ForUM dwar sħubija fl-MCESD. Dan il-Kumitat seta’ jirrakkomanda li tinbidel il-liġi biex jiżdiedu l-membri fl-MCESD.
Din il-proposta ma ntlaqgħetx mir-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u għalhekk dan il-kumitat ta’ ħidma ma twaqqafx.
Illum fl-MCESD hemm żewġ membri mill-GWU, membru mill-UĦM, membru mis-CMTU, membru mill-GRTU, żewġ membri mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża, membru tal-MEA, u membru mill-MHRA.
Ladarba kien hemm qbil kważi unanimu li ma jkunx hemm tibdil, il-Gvern ma jistax jaqbad u jimponi bidla fil-kompożizzjoni tal-MCESD fuq l-imsieħba soċjali l-oħra. Il-Gvern jirrispetta l-ftehim li għandu mal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD u għandu l-obbligu li jonorah.
Tajjeb inżid li xhur ilu l-Gvern għamel offerta biex b’mod immedjat din l-għaqda ta’ unions tidħol fil-MEUSAC. Is-sħubija tal-Forum fil-MEUSAC tista’ sseħħ immedjatament għaliex il-kompożizzjoni tal-
Core Group
saret b’ deċiżjoni unilaterali tal-Gvern meta dan ġie rikostitwit ftit aktar minn sena u nofs ilu. Għalhekk m’hemm xejn xi jżomm lill-Gvern milli jibdel jew iżid il-membri fuq il-
Core Group
tal-MEUSAC fejn jiġu diskussi l-issues kollha relatati mal-Unjoni Ewropeja inkluż direttivi u regolamenti li jkunu ser jiġu addottati mill-istess UE liema ligjiet meta jigu approvati japplikaw ukoll għal pajjiżna.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ftehim li kemm-il darba saret riferenza għalih, u skont il-gvern jistipula biex jiżdiedu l-membri fl-MCESD, kienx ftehim verbali jew jekk kienx ftehim li sar bil-miktub ukoll? Jeżisti ftehim bil-miktub, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MCESD ġiet stabillita permezz tal-Att Nru. XV tas-sena 2001.
Din il-liġi saret wara diskussjoni u qbil unanimu ma’ l-Imsieħba Soċjali. Flimkien, l-Imsieħba Soċjali u l-Gvern qablu dwar liema kellhom ikunu l-organizzazzjonijiet u Korpi Kostitwiti fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Meta din il-Liġi ġiet introdotta kien hemm diskussjoni ma’ l-Imsieħba Soċjali fejn ġie miftiehem li kull tibdil li jseħħ fil-kompożizzjoni tal-Kunsill għandu jkun bi qbil unanimu.
Il-ftehim ma kienx sar bil-miktub, pero’ dan jirrikonoxxuh l-Imsieħba soċjali kollha rappreżentati fuq il-Kunsill.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18219 u jgħid jekk hux il-bus shelters kollha ġew devoluti lill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, ħlief għal kif hemm provdut f’Artikolu 4 tal-Ordni Dwar Delegazzjoni ta’ Funzjoni lil Kunsilli Lokali (Bus Shelters) (A.L. 292 tal-2001, kif emendat bl-Att XV tal-2009), il-funzjonijiet tat-twaqqif u s-sostituzzjoni ta’ bus shelters kollha ġodda, kif ukoll il-manutenzjoni tal-bus shelters kollha, ġew delegati lill-Kunsilli Lokali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18214, 17955, 17418, 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18202 u 18028 u jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-Pjazza ta' San Nikola, f'Tal-Ħofra, Żabbar li kienet identifikata bħala 'green area' fil-1988, hija identifikata issa bħala Public Urban Open Space fil-Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta bil-Policy SMSE04 u l-Mappa ZA2 fl-SMLP (2006).
Din hija
policy
illi tikkonraġixxi titjieb ta' dan is-sit fi spazju pubbliku miftuħ li jista’ jinkludi fih ġnien pubbliku,
play areas
għat tfal u faċilitajiet rikrejjativi u/jew spazji komunali miftuħa kif ukoll
landscaping
adegwat bħal
seating
għal pubbliku. Il-
policy
tagħti gwidi ukoll għal żvilupp biss ta'
underground reservoir
(bir) taħt il-Pjazza, kif ukoll ir-rijabiltazzjoni ta' bini eżistenti (
farmhouse
ta' żewġ sulari) għal faċilitajiet anċillari għall-użu rikrejjativ tal-Pjazza. Hemm ukoll ristrezzjoni fuq l-għoli ta' bini (
building height
) bil-kundizzjoni '
not to exceed existing height
' fil-Mappa ZA3.
L-
Area Policy
SMZA07 tiddentifka l-bżonn li jkun involut il-Kunsill Lokali fit-titjieb ta' din il-Pjazza.
Fil-
Policy
Map ZA2 hemm ukoll riferenza għal
policy
ta'
flooding zone (area prone to flooding
- SMPU 01).
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18190, 17946, 17391 u 17059 u jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18193, 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
bajja ta' Kemmuna — permess għal deckchairs u siġġijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-rigward tal-bajja ta' Kemmuna inħarġu tenders għal deckchairs u siġġijiet u f'postijiet oħra f'Għawdex u f'Malta ma inħarġu l-ebda tenders simili? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li din hija ħaġa diskriminatorja u illegali u qatt ma setgħet issir għaliex jew jinħarġu tenders għal Malta u Għawdex jew inkella għal imkien?
In vista tal-fatt li l-art f'Malta hija amministrata mill-Kummissarju tal-Art, x'poter għandu s-Segretarju responsabbli mit-turiżmu li joħroġ offerti simili? Kif dwar it-tenders ħarġu limitatament għal Kemuna u limitatament għal kiri ta' umbrellel u deckchairs? Ma jafx is-Segretarju Parlamentari li min ħa t-tender jekk jaħdem xorta qiegħed jikser il-liġi peress li skont il-liġi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din l-attività kummerċjali hija żvilupp u għaldaqstant teħtieġ sine qua non il-permess tal-awtorità?
F'kwalunkwe każ, jista' s-Segretarju Parlamentari jikkonferma li huwa prekluż mill-istess policiestal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal Kemmuna li jinħarġu permessi simili stante li Kemmuna hija skedata u ta' valur ambjentali kbir, aktar mill-bajja tar-Rambla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jaħdem biex jgħolli l-livell ta’ kwalita’ tal-bajjiet tagħna. Din il-ħidma ġa qed tagħti l-frott hekk kif żewġ bajjiet kisbu blu flag status. Sabiex ikompli jtejjeb il-kwalita’, il-Gvern irid li s-servizzi li jiġu offerti mill-bajjiet ikunu ta’ livell għoli. Kien propju għalhekk li ġie deċiż li jinħareġ tender għal kiri ta’ umbrellel u deckchairs f’Kemmuna. Il-ħsieb hu li l-viżitaturi fuq Kemmuna j7ibu l-faċilitajiet, biex jiġi żgurat li s-servizz li qed jingħata jkun ta’ kwalita’ u fl-istess waqt jiġi żgurat li dan l-operat ma jgħarraqx l-ambjent sensittiv ta’ din iż-żona.
Filwaqt li din it-tip ta’ attivita hi regolata fl-inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex fil-każ ta’ Kemmuna ma kenitx u għaldaqstant mhix ħaga diskriminatorja jew illegali li din l-attivita’ tiġi regolata f’Kemmuna bħal ma’ hi f’inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex.
Is-Segretarjat tat-Turiżmu ingħata permess mill-GPD tal-
management
ta’ l-art in kwistjoni qabel ma ħarġet is-sejħa għall-offerti.
Min eventwalment jirbaħ it-
tender
ma jkun qed jikser l-ebda liġi ta’ tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax ma hemm bżonn ta’ ebda permess ta’ żvilupp għal-kiri tal-umbrellel u d-
deckchairs
dment li dawn jintramaw meta jinkrew u jitneħħew kuljum. Dan it-tip ta ‘operat huwa regolat mit-
Trade
u kif fil-fatt min qed jagħti dan it-tip ta’ servizz kien qed jopera min dejjem u għalhekk huwa skond il-liġi.
Dwar l-istatus ambjentali ta’ Kemmuna, huwa propju biex jiġi salvagwardjat dan l-istatus, li nħass il-bżonn ta’ regolamentazzjoni f’dan ir-rigward wara konsultazzjoni ma l-istess Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16161 u jgħid min huma is-segretarji eżekuttivi ta' kull kunsill lokali? Min minnhom daħal ġdid fis-settur governattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16161.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16336 u jgħid wara t-twaqqif tal-MEUSAC fejn inħolqot struttura biex tgħin lill-kunsilli lokali fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u li bejn Diċembru 2008 u Frar 2010 il-Funding Unit tal-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex fil-mili ta' 95 applikazzjoni taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw fil-mili ta' dawn l-applikazzjonijiet? Għal liema programmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16336.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16338 u jgħid minħabba li xi kunsilli lokali kienu applikaw taħt programmi varji tal-Unjoni Ewropea fil-mili tal-formoli fil-Funding Unit tal-MEUSAC u dawn irtiraw mill-proġetti fl-aħħar minuta jew anki injoraw id-deadlines, liema huma l-entitajiet l-oħra fosthom NGOs li setgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Funding Unit u dawn ma setgħux jiġu megħjuna għaliex l-uffiċjali tal-MEUSAC ma setgħux jaċċettaw iktar talbiet għal għajnuna minħabba limitazzjonijiet ta' riżorsi umani? Jista' jsemmi l-NGOs kollha li riedu dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jista' jinqala’ l-każ li minħabba li l-MEUSAC ikun aċċetta li jgħin kunsill lokali jew NGO fil-mili tal-applikazzjoni, u minħabba li l-uffiċjali tal-MEUSAC (il-kap tal-Funding Unit u ż-żewġ Funding Support Executives) ikollhom numru ta' applikazzjonijiet oħra wkoll, ma jkunux jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet ġodda. Minħabba f'hekk, jekk kunsill lokali jew NGO jirtira fl-aħħar stadji tal-applikazzjoni, ikun tellef il-possibilità lil xi kunsill jew NGO oħra milli jieħdu l-għajnuna. Proprju għal din ir-raġuni, il-MEUSAC introduċa sistema ta' depożitu fejn kunsill jew NGO li jirtiraw minn applikazzjoni fl-aħħar mument, jew li ma jżommux mad-deadlines stabbiliti, jitnaqqsilhom id-depożitu bħala penali u disinċentiv biex dawn ma jtellfux l-opportunità ħaddiehor. Mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod isemmi b'isimhom dawn l-entitajiet u wieħed jirrispetta n-natura tar-rapport bejn il-MEUSAC u bejn il-klienti tiegħu.
MEUSAC — mili ta' applikazzjonijiet taħt programmi li toffri l-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16337 u ċioe fid-dawl li l-MEUSAC qed toffri servizz b'xejn fil-mili ta' applikazzjonijiet taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li qed jinqalgħu każijiet fejn l-uffiċjali responsabbli fil-MEUSAC mhumiex isibu l-koperazzjoni sħiħa ta' xi kunsilli lokali għaliex jew qed jiġu injorati d-deadlines jew saħansitra ikun hemm xi kunsilli li jirtiraw mill-proġett fl-aħħar minuta? Jista' jispeċifika? Liema huma l-kunsilli involuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa minnu li jinqalgħu xi ftit każijiet bħalma ssemma mill-Onorevoli Membru. Proprju għal din ir-raġuni ddaħħlet sistema ta depożitu fejn kunsill lokali li ma jonorax id-deadlines jitnaqqaslu d-depożitu bħala penali u jista’ saħansitra jitlef id-depożitu kollu jekk jirtira fl-aħħar ħin wara li x-xogħol ikun sar b’xejn mill-uffiċjali tal-MEUSAC. Mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod isemmi liema huma dawn il-kunsilli anke minħabba n-natura tar-rapport fiduċjarju u kunfidenzjali bejn il-MEUSAC u l-klijenti tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Patri M. Sultana, Kalkara u dan peress li din it-triq tinsab fi dlam ċappa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nirreferi dan il-każ lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara u lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jikkunsidraw jinkludu dan ix-xogħol fil-programm tagħhom.
Reġistru Elettorali għat-Tieni Distrett — Area ta' St. Peter's
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fl-aħħar ħarġa tar-Reġistru Elettorali għat-Tieni Distrett, it-toroq fl-area ta' St. Peter's jinsabu miġbura f'sezzjoni għalihom, separatament minn Ħaż-Żabbar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li St. Peter’s hija biss waħda mis-sittax-il komunità stabbiliti skont Artikolu 47A tal-liġi dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363).
Din il-komunità xorta tifforma parti mill-Belt ta’ Ħaż-Żabbar, sew għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u sew għat-Tieni Distrett Elettorali. Iżda, mir-Reġistru Elettorali ta’ April, 2010 ’il quddiem, it-toroq u l-votanti ta’ din il-komunità qed jidhru miġbura f’sezzjoni għaliha, eżatt wara t-toroq u l-votanti ta’ Ħaż-Żabbar. Dan, sar ukoll fil-ħmistax-il komunità l-oħra eżistenti.
Skont Art. 31(1) tal-liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali l-format tar-reġistru elettorali, “għandu jintgħamel minn daqstant taqsimiet daqskemm ikun hemm lokalitajiet, taqsima għal kull lokalità, u kull lokalità għandha terġa’ tinqasam f’daqstant taqsimiet daqskemm il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ jew konvenjenti. Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-Att, il-kelma “lokalità” għandha l-istess tifsir bħalma għandha mogħti lilha fl-Att ta’ l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika li l-mobile tas-Sindku jew xi kunsillier ieħor ikun mħallas mill-fondi tal-kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riżultat tal-emendi f’Kapitlu 323 tal-Liġi ta’ Malta (Att dwar Kunsilli Lokali) ma jista’ jsir ebda pagament mill-Kunsill għall-imborż ta’ spejjeż magħmula, inkluż fosthom ħlasijiet relatati mal-użu ta’ mobile.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax jiġu ssettjati standards nazzjonali għoljin biex esibizzjonijiet, mużewijiet u siti storiċi jinżammu jitmexxew bi kwalità għolja? Jista’ l-Kumitat ta’ Garanzija jieħu l-inizjattiva li jissettja dawn l-istandards wara konsultazzjoni sħiħa mal-persuni u għaqdiet fil-qasam governattiv u dak tas-soċjetà ċivili mdaħħlin f’dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kemm Heritage Malta, kif ukoll Fondazzjoni Patrimonju Malti organizzaw wirjiet ta’ standard għoli ħafna. Sejjer ngħaddi l-proposta ta’ l-Onorevoli Interpellant lill-Kumitat ta’ Garanzija biex jaraw għandhomx jipproponu linji ta’ gwida lil entitajiet kemm pubbliċi u kemm privati li jorganizzaw wirjiet ta’ valur kulturali.