Legislature:
Category:
Reset
Active:

Introduzzjoni tat-Trusted Person

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18019 u jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hiex tikkonsidra l-introduzzjoni tat-Trusted Person, biex persuni b'diżabilità ikunu jistgħu jiġu mgħejuna minn persuna tal-fiduċja tagħhom waqt votazzjoni? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta din il-miżura se tiddaħħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-liġijiet elettorali jipprovdu u jispeċifikaw il-metodu dwar kif persuni b’diżabilità jingħataw għajnuna waqt il-proċess tal-votazzjoni u l-Kummissjoni Elettorali ssegwi dawk il-provvedimenti.
Leg 11 PQ #18612 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — Developing leaders for change and innovation in tourism

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ngaġġati mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta għall-programm ESF 2.11: developing leaders for change and innovation in tourism? Kif saret l-għażla? Jekk kien hemm sejħa għall-offerti, min kienu l-kumpaniji li tefgħu l-offerti u b’liema prezzijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu ngaġġat lil EMCS Consortium li jinkludu: EMCS Ltd, Where’s Everybody, Malta University Consultants u Malta Institute of Management. L-għażla kienet saret b’tender b’sistema ta’ tliet pakketti (three-package system) u s-sistema MEAT (Most Economically Advantageous Tender) intużat b’rata ta’ 80% għal kwalità u 20% għal prezz. Ninsab infurmat ukoll illi kien hemm sejħa għall-offerti u l-kumpaniji li tefgħu l-offerti huma: EMCS Consortium, Logos Societa Co-operativa u MISCO . Logos Societa Co-operativa hija magħmlua minn: Logos u The Chamber College Malta filwaqt li l- MISCO tinkludi lil MISCO, Outlook Coop, University of Ulster u Allied Consultants . Peress li Logos Societa Co-operativa u MISCO ġew eliminati fit-tieni fażi ma nafux il-prezz ta’ l-offerta tagħhom. Il-prezz jifforma parti mit-tielet pakkett jew it-tielet fażi fil-proċess tat- tendering . Il-prezz ta’ EMCS Consortium huwa ta’ €2,593,170 mingħajr VAT.
Leg 11 PQ #17862 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-kunsilli lokali li mistennija jistallaw pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tal-uffiċini amministrattivi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #17863 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fl-uffiċċji amministrattivi tagħhom għandhom lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jistallaw lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li fil-premises tagħhom m'hemmx għalfejn jistallaw lift?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Kunsilli Lokali li għamlu talba biex jinstallaw lift. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba qed tinġabar permezz ta’ Memo 84/2010, li kopja tagħha ntbagħtet ukoll lill-Onorevoli Interpellant, liema nformazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17864 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, apparti l-pannelli fotovoltajiċi li ġew stallati fuq il-bjut tal-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali, x'inizjattivi ħa kull kunsill lokali biex inqqas l-ispejjeż mill-konsum tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qed tinġabar permezz ta’ Memo 83/2010, li ntbagħtet lill-Kunsilli Lokali kollha nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2010, kif appuntu jaf l-Onorevoli Interpellant għaliex jirċievi kopja ta’ kull memo maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant għandu jgħamel mistoqsija oħra fil-mument opportun.
Leg 11 PQ #17865 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — bir għall-ħażna tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali għandhomx bir jew le? Huwa użat jew le? Jekk iva, x'użu qed jagħmel minn dan l-ilma kull kunsill lokali? Kemm hi l-ħażna tal-ilma f'kull bir tal-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #17866 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konsultazzjoni dwar il-Qala Creek Marina Tourist Village

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-Kunsill Lokali tal-Qala fuq il-proġett propost Qala Creek Marina Tourist Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Ambjent sejjaħ tliet konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-proġett waqt il-proċess ta' l-EIA, skont l-Avviż Legali 114 ta' l-2007. Dan jinkludi konsultazzjoni waqt it-tħejjija tal-Linji Gwida għall-EIA, konsultazzjoni waqt is-sottomissjoni ta' l-ewwel abbozz tad-dokument (fil-fatt ingħata wkoll xahar żejjed fuq talba ta' l-entitajiet ikkonsultati) u fażi oħra ta' konsultazzjoni fuq l-aħħar abbozz. Dan l-aħħar abbozz ingħata lill-Kunsill f'Settembru 2009 sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għat-tħejjija ta' kummenti fuq id-dokument kemm bil-miktub kif ukoll f'laqgħa pubblika li seħħet aktar tard f'Mejju 2010 fil-Qala stess, fejn il-Kunsill fil-fatt tkellem dwar il-proġett. Ingħatat wkoll l-opportunità li jsiru kummenti bil-miktub sat-3 ta' Ġunju 2010. Barra minn hekk, id-Direttorat ta' l-Ambjent iltaqa' darbtejn mal-Kunsill sabiex jiddiskuti l-EIA fuq il-proġett. Hemm ukoll konsultazzjoni li ssir fuq l-applikazzjoni għall-permess ta' l-iżvilupp innifsu hekk kif stipulat fl-att dwar l-ippjanar u żvilupp. Il-konsultazzjoni pubblika fuq l-EIA ġiet estiża sal-11 ta' Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #18048 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru tal-Kreattività San Ġakbu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) taċ-Ċentru tal-Kreattività San Ġakbu? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18049 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttortat tal-Infurzar (MTA)

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tad-Direttorat tal-Infurzar (Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta)? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Direttorat tal-Infurzar tal-MTA hu magħmul minn Chairman u żewġ membri. Id-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru hawn taħt: Chairman: Albert Muscat Inglott Onorarja ta’ €2,329 fis-sena Membri: Dr. Deborah Farrugia u Olvyn Galea Onorarja ta’ €650.00 fis-sena kull wieħed u €46.00 għal kull laqgħa li jattendu. Il-Bord ġie appuntat fl-1 ta’ Ġunju 2009. Il-karigi ta’ CEO u diretturi ma jeżistux f’dan id-Direttorat.
Leg 11 PQ #18050 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni Patrimonju Malti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru hija s-segwenti: Isem Data tal-ewwel ħatra Chairman Is-Sur Maurice Degiorgio 1991 Chief Executive Officer Is-Sur Michael Lowell 2000 Membri Is-Sur John Manduca 1991 Dott Giovanni Bonello 1991 Il-Markiż Nicholas de Piro 1991 Is-Sur John Lowell 1991 Is-Sinj Cecilia Xuereb 1991 Is-Sur Joseph Sammut 1996 Dott Joseph Buttigieg 1997 Dott Albert Ganado 1997 Is-Sinj Marguerite Critien 1997 Is-Sur Joseph Brockdorff 1999 Dott Pascal A Demajo 1999 Is-Sur Lino Cuschieri 2003 Iċ- Chairman u l-Membri ma għandhomx remunerazzjoni filwaqt li r-remunerazzjoni taċ- Chief Executive Officer ma titħallasx minn fondi pubbliċi.
Leg 11 PQ #18051 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni tal-Konkatirral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ġiet mwaqqfa fil-31 ta’ Lulju 2001 permezz ta’ Att Notarili ffirmat bejn il-Prim Ministru ta’ Malta u l-Arċisqof ta’ Malta. Skont dan il-ftehim, iż-żewġ partijiet għandhom id-dritt jaħtru tlett membri kull wieħed biex iservu fuq il-Kunsill tat-tmexxija, wieħed minnhom bħala President. Il-kariga ta’ President talterna kull sena bejn membru magħżul mill-Ġvern u ieħor maħtur mill-Arċisqof. Fil-preżent il-membri maħtura mill-Gvern huma: Isem Data tal-ewwel ħatra Is-Sur Paul Attard (President sal-31/07/2010) 07/10/2004 Is-Sur Richard Cachia Caruana 31/07/2001 Dott Philip Farrugia Randon 01/05/2004 Il-membri ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni jew beneffiċċji oħra.
Leg 11 PQ #18052 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Projects and Services Ltd

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Industrial Projects and Services Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba dwar l-Industrial Projects and Services Ltd hija kif ġej: Isem Data tal-ewwel ħatra Remunerazzjoni u benefiċċji Executive Chairman Is-Sur Joe Grillo Chief Executive Officer fil-11/04/2006 u Executive Chairman fil-15/06/2006 €35,000 fis-sena Membri Is-Sur Anthony J Vella 10/07/2008 €2,096 kull wieħed fis-sena Is-Sur Leo Bonnici 15/06/2006 Is-Sur Joseph Micallef 27/05/2009 Is-Sur Iman Schembri 27/05/2009 Is-Sur Harold Walls 27/05/2009
Leg 11 PQ #18053 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Festi Nazzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Kumitat Festi Nazzjonali? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qatt ma kellu la CEO u lanqas diretturi. Il-Kumitat huwa magħmul minn Chairman, Segretarju Eżekuttiv u numru ta’ membri maħtura mill-gvern. Iċ- Chairman, Nazju Abela jirċievi rimunerazzjoni annwali ta’ €2,300. Is-Segretarju Eżekuttiv, Anton Miceli huwa mjegat bħala Cultural Officer mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kumitat wasal biex jerġa’ jiġi rikostitwit.
Leg 11 PQ #18252 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mużewijiet tal-Arkeologija u tal-Fine Arts — pjanijiet medium u long term

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet medium u long term għandhom il-Mużewijiet tal-Arkeologija u tal-Fine Arts? Jekk jeżistu dawn il-pjanijiet jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija għaddejjin xogħolijiet bil-għan li jinfetħu ħames swali fis-sular ta’ fuq. B’hekk il-wirja permanenti tal-mużew tkun estiża wkoll għal Żmien il-Bronż, iż-żmien Puniku u Feniċju, il-perjodu Ruman u l-perjodu Biżantin. Din il-parti tal-wirja se tinkludi wkoll faċilitajiet edukattivi għat-tfal. Eventwalment, il-wirja permanenti tkopri wkoll il-medjuevu, sal-wasla tal-Kavallieri f’Malta. Għaddejjin ukoll preparazzjonijiet sabiex jiġu rrestawrati il-bitħa u l-kantina tal-istess mużew sabiex ikunu jistgħu jinfetħu għall-pubbliku b’faċilitajiet u attrazzjonijiet ġodda, u qed tiġi ppjanata estensjoni tal-mużew mal-proprjetà ta’ 138 Triq Melita, sabiex takkomoda l-librerija u l-arkivju tal-mużew. Beda wkoll xogħol estensiv ta’ ikkatalogar tal-kollezzjoni arkeoloġika kollha, li mistenni jieħu numru ta’ snin. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti għaddej xogħol estensiv ta’ ristrutturazzjoni fuq il-binja kif ukoll fuq il-wirja permanenti. Dan jinkludi xogħol ta’ restawr tal-bitħa tal-mużew u xogħol ieħor sabiex filwaqt li toffri esperjenza aħjar għall-viżitaturi, il-binja tkun waħda li tirrispetta l-ambjent. Inbeda wkoll ix-xogħol ta’ restawr tat-taraġ prinċipali u tad-daħla tal-mużew. Għaddejjin preparazzjonijiet sabiex jibda r-restawr tal-faċċati kollha tal-mużew, kif ukoll sabiex il-proprjeta ta’ 8 Triq Zekka tingħaqad mal-muzew, li b’hekk ikun jista’ jzid konsiderevolmanet l-ispazju ghall-wirja permanenti, u jinkludi wkoll wirjiet godda. Wara li giet inawgurata l-librerija l-gdida tal-muzew, beda wkoll xoghol ta’ rijorganizzazzjoni tal-kollezzjoni u ta’ kkatalogar, fosthom permezz tal-progett Smartmuseum , li s’issa wassal ghad-digitizzazzjoni ta’ iktar minn 1,200 artefatt. Dan ix-xoghol mistenni jitkompla fis-snin li gejjin.
Leg 11 PQ #18253 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

atti ta’ kurazija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm atti ta’ kurazija ġew ifformati s’issa ma’ kunsilli lokali u ma’ għaqdiet non-governattivi? Liema huma l-proprjetajiet koperti b’dawn l-atti? X’atti pendenti hemm matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18254 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat ta’ Garanzija — numru ta' laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iltaqa’ l-Kumitat ta’ Garanzija matul is-sentejn li għaddew? X’ħidma wettaq u x’għandu ppjanat li jwettaq matul is-sena li ġejja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul dawn is-sentejn il-Kumitat ta’ Garanzija ltaqa’ sbatax-il darba kif ġej: 22 ta’ Jannar 2009 19 ta’ Frar 2009 24 ta’ Marzu 2009 28 ta’ April 2009 19 ta’ Mejju 2009 16 ta’ Ġunju 2009 21 ta’ Lulju 2009 25 ta’ Awwissu 2009 15 ta’ Settembru 2009 20 ta’ Ottubru 2009 17 ta’ Novembru 2009 15 ta’ Diċembru 2009 19 ta’ Jannaru 2010 23 ta’ Frar 2010 23 ta’ Marzu 2010 20 ta’ April 2010 25 ta’ Mejju 2010 Apparti minn dawn il-laqgħat, il-Kumitat, flimkien mas-Sovrintendenza u Heritage Malta , għamel laqgħat addizzjonali u separatament mal-Kunsilli Lokali ta’ Bormla, Birżebbuġia, Mqabba,u Żabbar. Qabel kien għamel laqgħat simili ma’ numru ta’ lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex. Flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni organizza laqgħa ta’ informazzjoni għall-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex. L-aktar xogħol importanti tal-Kumitat kien il-koordinazzjoni tal-entitajiet kemm nazzjonali, tal- NGOs u tal-knisja fuq materja li tikkonċerna wirt kulturali nazzjonali. Issottemtta regolarment lili l-kummenti tiegħu dwar ir-rapporti tan- Natural Heritage Advisory Committee u l- Cultural Heritage AdvisoryCommittee fi ħdan il-MEPA li jintbagħtu lill-Kumitat kull sitt xhur. Iddiskuta u rrakkomanda kundizzjonijiet ta’ atti ta’ kurazija li saru mal-Fondazzjoni Wirt Artna, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien u mal-Fondazzjoni Wirt Paola. Il-Kumitat qed jiddiskuti diversi kundizzjonijiet ta’ numru ta’ atti ta’ kurazija ma’ Din l-Art Ħelwa u Fondazzjoni Wirt Artna. Din il-ħidma ta’ koordinazzjoni ta’ l-entitajiet nazzjonali, laqgħat mal-Kunsilli Lokali u konsultazzjonijiet mas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kultura trid tkompli titwettaq matul is-sena li ġejja.
Leg 11 PQ #18255 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

oġġetti ta’ valur kulturali li ġew esportati minn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sentejn li għaddew kemm kienu l-oġġetti ta’ valur kulturali li ġew esportati minn Malta wara li ġew riferuti lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Kien hemm każi fejn is-Sovrintendenza ċaħdet il-permess biex issir din l-esportazzjoni? X’inhuma l-kriterji li fuqhom is-Sovrintendenza tiddeċiedi tawtorizzax jew le l-esportazzjoni minn pajjiżna ta’ oġġetti kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-2008 is-Sovrintendenza awtoriżżat l-esportazzjoni ta’ 73 oġġett li minnhom, 42 kienu xogħolijiet kontemporanji. Fl-2009 is-Sovrintendenza awtoriżżat l-esportazzjoni ta’ 84 oġġett li minnhom, 64 kienu xogħolijiet kontemporanji. F’dawn is-sentejn is-Sovrintendenza rrifjutat żewġ applikazzjonijiet. Ikun hemm numru ta’ każijiet fejn l-applikant jagħżel li jirtira applikazzjoni għal esportażjoni, wara konsultazjoni preliminari mas-Sovrintendenza. Ma tinżammx statistika ta’ dawn il-każijiet. Deċiżjonijiet dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali jittieħdu fil-qafas tal-provedimenti tal-Att dwar il-patrimonju kulturali. Kull deċiżjoni tkun ibbażata fuq verifika ta’ formoli tad-Dwana u fejn ikun hemm bżonn fuq spezzjonijet tal-oġġetti. Fejn ikun hemm bżonn jitqabbad espert indipendenti biex jagħti rakomandazzjoni dwar il-valur kulturali ta’ oġġett. Fejn ikun stabbilt li oġġett huwa ta’ valur importanti fis-sens tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, dan ma jitħalliex li jkun esportat ‘il barra minn Malta. Fil-każ ta’ xogħolijiet ta’ artisti kontemporanji ħajjin, s-Sovrintendenza ma ssibx oġġezzjoni għall-esportazzjoni tagħhom.
Leg 11 PQ #18292 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17888, 17228, 17013, 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.