Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17298 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Lunzjata - wiċċ ġdid bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejra tiġi rranġata, jiġifieri tingħata wiċċ ġdid u l-bankini jiġu rranġati ukoll, Triq il-Lunzjata fil-Mosta fejn jarma l-monti, li hija ddikjarata li għandha iktar minn 80% tkissir u li partijiet mill-bankini tagħha huma ukoll fi stat ta' periklu għat-tfal, nies bi bżonnijiet speċjali u anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi id-Dipartiment Għall-Gvern Lokali talab l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Billi s’issa din l-informazzjoni għadha ma waslietx, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17300 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — tiswija fuq inspuctions

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti parir lill-awtorità konċernata biex isiru t-tiswijiet neċessarji ħalli tissewwa d-dawra ta' inspuction ( manhole) li hemm quddiem 167, Main Street Mosta, peress li l-istat li qiegħda fih illum jista' jikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti? Jista' jagħti l-pariri lill-awtoritajiet konċernati ħalli jagħmlu xi ħaġa ħalli l-għotien tal-istess inspuctions li hemm matul it-triq kollha ta' Main Street isirulhom ħalli mhux kull karozza li tgħaddi toqgħodu tagħmel dak l-istorbju li qed tagħmel u ddejjaq r-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ilment tal-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta.
Leg 11 PQ #17301 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — xogħol fuq gandott

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-ewwel gandott li kien sar f'Main Street, aħna u neżlin mir-Rabat għall-Mosta, se jitkompla x-xogħol fuqu peress li dan m'huwa mwaħħal mal-ebda kanal jew katusa bil-konsegwenza li l-ilma li jinżel ġo fih qed jiskula għall-ġewwa d-djar tar-residenti tal-area ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Billi s’issa din l-informazzjoni għadha ma waslitx, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17302 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Lokali — seduti kanċellati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' fuq liema gazzetti u mezzi oħrajn ġew imxandra u ppubblikati l-avviżi li saru matul is-sena 2009 ta' seduti li kellhom jidhru fit-tribunal lokali u li ġew ikkanċellati minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika Tribunal li kellu seduti differiti matul l-2009 kien dak tat-Tramuntana: total ta’ 12-il seduta (8 fit-2 ta’ Diċembru u 4 fid-9 ta’ Diċembru). L-avviżi kienu pubblikati fil-gażżetti The Malta Independent, In-Nazzjon u l-Orizzont.
Leg 11 PQ #17873 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-Commonwealth

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema lukanda ġiet organizzatta l-konferenza Forum tal-Gvernijiet Lokali ta' pajjiżi fi ħdan il-Commonwealth? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern Malti? Min ipparteċipa f'din il-konferenza? X'ġie diskuss? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti li ġew ippreżentati f'din il-konferenza? Jista' jgħid l-ismijiet tal-parteċipanti kollha? X'benefiċċju ħadet Malta minn din il-konferenza vis-à-vis il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Konferenza ġiet organizzata fil-lukanda Grand Hotel Excelsior fil-Floriana fuq għażla u a spejjeż tas-CLGF (Commonwealth Local Government Forum). Il-Gvern Malti offra ikla lill-parteċipanti. Għal din l-ikla, apparti l-parteċipanti barranin, kienu preżenti s-Segretarju Ġenerali tal-AKL is-Sur Jimmy Magro u l-Presidenti tar-Reġjuni s-Sinjuri Claudette Abela Baldacchino, Anthony Mifsud, Samuel Azzopardi, Malcolm Mifsud u Paul Farrugia, u l-Membru tal-AKL Joe Cordina. L-uniċi spejjeż oħra kienu marbuta ma’ żewġ light lunches u trasport għall-parteċipanti li marru “ study visits ” fil-lokalitajiet ta’ Vittoriosa u l-Mellieħa. L-ispejjeż l-oħra kollha (inkluż titjiriet u trasport minn u lejn l- airport ) ġew imħallsa mis-CLGF. Fil-Konferenza pparteċipaw il-pajjiżi li huma Membri kemm tal-Commonwealth u kif ukoll tal-UE, jiġifieri ir-Renju Unit, Malta u Ċipru. F’isem Malta, apparti rappreżentanti tas-Segretarjat responsabbli mill-Kunsilli Lokali u tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, ipparteċipaw ukoll l-AKL u l-Presidenti tar-Reġjuni. Din il-Konferenza għal dawn it-tlett pajjiżi qed issir kull sena fejn is-sena li għaddiet saret f’Londra. Il-Konferenza ddiskutiet koperazzjoni bejn it-tlett pajjiżi fil-qasam tal-Gvern Lokali, best practices u l-involviment tal-AKL fis-CLGF. Dan għandu jwassal għal benefiċċji fil-qasam tal-Gvern Lokali minħabba koperazzjoni aktar mill-qrib mal-Membri l-oħra tas-CLGF, qsim ta’ ideat u informazzjoni. Il-Konferenza għandha twassal ukoll għal sehem aktar attiv mill-AKL f’dan il-forum internazzjonali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-parteċipanti flimkien mal-programm tal-konferenza.
Leg 11 PQ #18054 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Ornis

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Kumitat Ornis? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kompożizzjoni tal-Kumitat u l-ħlas tagħhom. Il-Kumitat tal-Ornis hu magħmul minn rappreżentanti ta’ għaqdiet ambjentali u tal-kaċċa u nsib flimkien ma’ esperti fuq is-suġġett. Id-direttur tan- Nature Protection Unit fi ħdan il-MEPA huwa membru de facto ta’ dan il-Kumitat. Il-Kumitat hu mmexxi minn Chairman li hu mgħejjun minn Segretarju. Il-karigi ta’ CEO u diretturi ma jeżistux f’dan il-Kumitat. Kemm iċ- Chairman kif ukoll il-membri ma jgawdu minn ebda benefiċċju ieħor minbarra r-remunerazzjoni murija fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18256 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — titjib tal-website

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'pjanijiet għandha s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex ittejjeb il-website tagħha? Fejn waslu dawn il-pjanijiet u x’tip ta’ titjib huwa ppjanat li jsir? Min qed jagħmel dan it-titjib u kemm se jiswa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s-Sovrintendenza tal-Partimonju Kulturali ser iżżomm l-istruttura eżistenti tal-website u s-sezzjonijiet ta’ informazzjoni tagħha. Madankollu qed isir xogħol ta’ titjieb fil-kontenut tal-website biż-żieda ta’ dokumenti ġodda u aġġornamenti ta’ informazzjoni eżistenti. Ser tingħata prijorità lil dawk is-sezzjonijiet l-aktar bżonjużi, bħal riżorsi ta’ gwida u struzzjonijiet, u s-sezzjoni tal-aħbarijiet. Dan ix-xogħol huwa ongoing u qed isir mill-istaff tas-Sovrintendenza stess.
Leg 11 PQ #18395 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport lill-Kummissjoni Ewropea rigward l-istaġun tal-kaċċa

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li l-Gvern Malti kien obbligat jibgħat lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien erba' ġimgħat mill-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa li din is-sena sar bejn l-24 t'April u t-30 t'April?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li huwa opportun li dan ir-rapport ikun pubbliku f’dan l-istadju.
Leg 11 PQ #18446 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li bdew l-impjieg tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17972, 17338 u 17087 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni fir-rigward ta’ persuni li ġew impjegati fis-Settur Pubbliku f’dan l-Uffiċċju matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien jammonta għal 86. Id-dettalji mitluba qed jiġu spjegati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18449 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18461 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

rapporti dwar oil spills

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet ta' oil spills fil-baħar rappurtati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2007, 2008, 2009 u l-2010 sa Mejju? X'passi ttieħdu mill-awtorità wara dawn ir-rapporti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18474 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17974, 17249, 17018, 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18481 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċiju tal-Prim Ministru — tenders governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Awtorità dwar ix-Xandir, Kummissjoni Elettorali, Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, Kummissjoni dwar l-Impjiegi, Awtorità dwar il-Mediċini, Awtorità Maltija dwar l-Istandards, Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, Kunsilll Malti għall-Kultura u l-Arti, Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, Patrimonju Malti, Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Bord dwar il-Petizzjonijiet, Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18483 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tenders Governattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Bord Mediku Kummissjoni Elettorali, Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar, Bord dwar l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, Bord tar-Reġistrazzjoni u Reviżjoni, Bord tal-Appell għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu, Bord tal-Appelli Kunsilli Lokali (Offerti), Bord tal-Fond għall-Ħarsien tal-Ambjent, Bord tal-Warrant ta' Restawraturi, Ċentru għall-Kreattività San Ġakbu, Direttur tal-Infurzar (MTA), Fondazzjoni Patrimonju Malti, Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, Industrial Projects and Services Limited, Kumitat Festi Nazzjonali, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll dwar il-Patrimonju – Kulturali? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18484 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tenders governattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konċiljazzjoni, Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi, Tribunal Industrijali? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18512 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chairman tal-MEPA — laqgħat tal-kumitati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18088 u jgħid kemm kienu l-laqgħat tal-kumitati li attenda għalihom matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar, iċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba dwar il-Laqghat ta' l-Executive Committee li saru bejn ix-xhur ta' Mejju 2009 u Mejju 2010.
Leg 11 PQ #18514 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18085, 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18515 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — chairman u diretturi - remunerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsijiet 18069 u 17409, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu eżatt il-mekkaniżmu ta’ market correctivity li jingħata lill-Viċi Chairman u CEO tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u jekk dan japplikax għal persuni oħra f’bordijiet tal-gvern ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18524 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18263, 17971, 17468, 17097 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

kumpens lill-kunsilliera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-kunsilliera lokali li se jinghataw il-€100 fix-xahar bħala kumpens għall-ispejjeż u li jgħixu bil-benefiċċji soċjali, għandhomx jinfurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, b'dan il-kumpens? Jekk iva, dan se jkun ifisser li se jinqatgħalhom l-benefiċċju jew parti minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artikolu 32(2) tal-Att Dwar Kunsilli Lokali (Kap.363), li jgħid“ Iżda dik l-allowance ma għandiex tkun meqjusa bħala dħul għall-finijiet tal-Att dwar Sigurta’ Soċjali” .