MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Cultural Heritage Inventory Management System
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18237 u jgħid fejn wasal ix-xogħol tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq il-Cultural Heritage Inventory Management System (CHIMS)? Kemm intnefqu flus fuq is-sistema b’kollox? Kemm tħallset il-kumpanija Datatrak ta’ dan ix-xogħol? Is-CHIMS meta se tkun aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sistema tal-Cultural Heritage Inventory Management Systems kienet tnediet għall-pubbliku fuq l-internet fl-2007. Is-sistema tinsab online. Fl-2008 u 2009, s-Sovrintendenza ikkonċentrat fuq il-ġbir ta’ data u katalogi fuq il-wirt kulturali. Dan kien xogħol preparatorju ta’ riċerka u kompilazzjoni neċċesarju għal dan il-proċess. Din l-informazzjoni se tkun trasferita għal ġo CHIMS. Bħalissa s-Sovrintendenza qed tagħmel review tas-sistema CHIMS, biex ikun stabilit l-aktar mod effiċjenti biex titrasferixxi din id-data.
Din l-informazzjoni hija estensiva u tirrikjedi diversi livelli ta’ attenzjoni, riċerka u proċessar kemm eletroniċi u kemm fiżiċi. Bħalissa s-Sovrintendenza qed tiproċessa mad-9,000 rekord ta’ siti, monumenti jew oġġetti artistiċi li diġà huma inventorjati. Dawn ivarjaw f’dik li hija skala, miżuri, daqs, informazzjoni eżistenti u materjal arkivjali.
CHIMS spejjeż tas-sistema
Datatrak Ltd
CHIMS Software Development (of which Third Party Licences amounted to €21, 705.00
€102,356.23
Charles Aquilina
CHIMS Analysis + Adjudication
from 1/6/2003 to 20/6/2005
€6,544.98
M.I.T.T.S. Ltd.
CHIMS Analysis + Adjudication
from 1/6/2003 to 20/6/2005
€40,369.74
Total
€149,270.95
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — full complement
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18236 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa? F’liema grad? X’inhu l-full complement biex taħdem kif obbligata bil-liġi tal-Wirt Kulturali 2002? Meta se jkollha l-impjegati kollha li għandha bżonn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bħalissa għandha għaxar (10) impjegati. Tmienja minn dawn huma staff xjentifiku u impjegati fil-livelli ta’:-
Direttur (is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali) – 1;
Assistent Direttur (Deputat Sovrintendent) – 1;
Senior Cultural Heritage Executive
- 1;
Cultural Heritage Executive
(Staff xjentifiku) - 4;
Cultural Heritage Executive
(Finan & Ammin) – 1
Cultural Heritage Executive
(Tekniċi) – 2
Fir-rapport tal-Management Efficiency Unit dwar l-operat tas-Sovrintendenza tal-2006, saret ir-rakkmandazzjoni li l-
full complement
ta’ din l-entità kellu jilħaq 37 ruħ. Din is-sena kienu impjegati 4 Cultural Heritage Executives (sezzjoni xjentifika), u hemm il-ħsieb li jkunu impjegati 3 uffiċjali oħra sal-aħħar ta’ 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18196 u jgħid kemm saru vjaġġi uffiċjali, minn liema persuni u kemm ġie jqum lill-gvern kull vjaġġ, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda vjaġġi uffiċjali fil-Malta Orchestra, it-Teatru Manoel, u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali filwaqt illi fil-Mediterranean Conference Centre, Malta Council for Culture and the Arts, Heritage Malta u St James Cavalier saru xi vjaġġi li dettalji tagħhom qed jidhru fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18126 u ċioe: B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?
Forzi Armati ta' Malta — intervent fuq vapuri tal-Greenpeace
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-taqsima marittima tal-Forzi Armati Maltin kellhiex tintervjeni minħabba rapporti ta' attaki minn vapuri tal-Greenpeace fuq opri tal-baħar immexxija minn Maltin? Meta saru dawn l-interventi min-naħa ta' din it-taqsima?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hija prattika normali li s-sajjieda jikkomunikaw mal-Forzi Armati Maltin meta jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fuq il-baħar. Hekk ġara nhar il-5 ta’ Ġunju meta sajjied Malti talab l-għajnuna tal-FAM waqt intervent minn bastiment tal-Greenpeace fuq il-gaġġa tiegħu. F’dan il-każ intbagħtet patrol boat mit-taqsima Marittima biex tinvestiga u tassisti kif kien meħtieġ.
Ta’ min isemmi li l-FAM għandha rwol importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma sorveljar marittimu w għal dan il-għan tħaddem mezzi moderni biex l-interventi jkunu pronti u bla dewmien. Fit-8 u fit-13 ta’ Ġunju rispettivament kien hemm żewġ interventi oħra mill-Forzi Armati relatati mas-sajjieda li ma kienux ibbażati fuq rapporti imma fuq tali sorveljanza.
Mosta — Triq Silvestru Fiteni u Triq Wied is-Sir - wiċċ ġdid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru u jingħataw wiċċ ġdid Triq Silvestru Fiteni u Triq Wied is-Sir fil-Mosta, minħabba l-istat ħażin li jinstabu fih u li dan l-istat qed jikkawża ħafna inkonvenjent u ħsara lill-karozzi tar-residenti, minbarra li hija perikoluza għal dawk li jridu jimxu fuq dawn it-toroq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarhom wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prioritajiet għat-toroq imħejji mill-kunsill lokali u meta l-finanzi tal-kunsill jippermettu.”
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir u tingħata wiċċ ġdid Triq Familja Cumbo fil-Mosta, minħabba l-istat ħażin li tinstab fih u li qed jikkawża ħafna inkonvenjent u ħsara lill-karozzi tar-residenti, minbarra li hija perikoluża għal dawk li jridu jimxu fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbiltià tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-kunsill lokali u meta l-finanzi tal-kunsill jippermettu.”
Mosta — traffic island bejn Triq Nicolò Isuard u Hope Street
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti pariri lill-awtoritajiet ikkonċernati biex issir traffic island bejn Triq Nicolò Isouard u Hope Street fil-Mosta? Jista' jagħti pariri lill-awtoritajiet konċernatli ħalli jsir managment tat-traffiku aħjar f'din iż-żona, biex jiġu evitati iktar aċċidenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u li l-kunsill lokali nnota s-suġġeriment tal-Onorevoli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-toroq taż-żona Blata l-Għolja ġewwa l-Mosta li kollha għandhom bżonn li jiġu rranġati u jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin ħafna li jinsabu fih, meta se jiġu msewwija? U minħabba dan l-istat ħażin ta' dawn it-toroq huma ħafna ir-residenti li qed jkollhom bosta ħsarat fil-karozzi tagħhom, apparti li ż-żona tinħass li hija abbandunata u mitluqa. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw wiċċ ġdid u meta jaħseb li dan ix-xogħol se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarhom wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16346, 14409 u 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li biex jitpoġġew kopji ta’ kull kuntratt, wieħed wieħed, illi ġie iffirmat minn kull Kunsill Lokali mal-Green MT, dan joħloq ċerta diffikultà peress li l-kuntratti huma ferm voluminużi. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk jixtieqx xi kopja ta’ xi kuntratt partikolari minnhom, ħalli dan ikun jista’ jitpoġġa mingħajr ħafna ħela ta’ riżorsi u materjal.
Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16927 u 15062 u jgħid mill-programm Italia-Malta, kemm-il kunsill lokali akkwista fondi biex jorganizza proġetti relatati mar-riċerka, turiżmu, kultura, ambjent, enerġija u prekawzjoni tar-riskju? Liema huma l-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali — attivitajiet relatati mal-karnival
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16810 u 15042 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jorganizzaw attivitajiet relatati mal-karnival? Kemm ibbenefika fi flus kull kunsill mill-Gvern ta' Malta għal kull attività? Kemm ħareġ il-kunsill għall-attività tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rċevuti li ħallsu l-kunsilli lokali għall-attivitajiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16809 u 15047 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali tal-lokalità tagħhom s'issa? Meta ġew organizzati u jekk ir-rendikont ta' ħidmiet tal-kunsilli lokali matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, ġewx approvati kollha minn kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16808 u 15051 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali fejn ir-residenti tal-lokali li ġew magħrfa dwar il-budget għas-sena 2010 u li ma ġewx approvati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18112 u jgħid għaliex l-Awtorità tart-Turiżmu ta' Malta ħabbret l-avveniment tal-Powerboat Racing li se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju, fit-3 ta' Ġunju, jiġifieri daqshekk tard? Jista' jgħid, jekk dan l-avveniment hux se jtellef avvenimenti oħra li ilhom ippjanati u li għalihom ġew inċentivati turisti eċċ. biex jiġu Malta? Jista' jagħti elenku ta' l-attivitajiet li huma ppjanati li jsiru f'dan il-perjodu fil-portijiet ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir u li ġew ippjanati minn żmien ferm qabel mis-settur privat u li jistgħu b'konsegwenza ta'din l-attività tal-Powerboat Racing li tħabbret daqshekk tard, jitilfu n-negozju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta ma kienetx responsabbli mill-avveniment tal-Powerboat Racing, li sar bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju, 2010.
Dan l-avveniment ma tellifx avvenimenti oħra li ilhom ippjanati u li għalihom ġew inċentivati turisti, eċċ. biex jiġu Malta.
Environmental Impact Assessments — noise pollution u emissions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà taghhom?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18264 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm erba’ u għoxrin ħaddiem li qabżu ’l 61 sena kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18280, 17813, 17177 u 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jitttieħdu sabiex l-għerien magħrufa bħala Tal-Libru ġewwa Ħal Safi, fil-kontrada tal-Karwija, li huma uniċi fid-dinja peress li huma mibnija fuq żewg saffi, jiġu protetti u jsiru aċċessibbli għall-pubbliku?