Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18845 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnien fl-Area ta' Triq San Ġwann Bormla

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta jaħseb li se jiġi rranġat il-ġnien fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla, quddiem il-Cospicua Rangers, wara ħafna snin ta' telqa? Ma jaħsibx li għaddew wisq snin sabiex għal sajf ieħor ir-residenti f'dik l-akwata jridu jħabbtu wiċċhom ma' dak it-tħarbit? Jista' għallinqas jagħti data, nittama finali, ta' meta se jibda u jitlesta dan ix-xogħol li l-permessi tiegħu huma approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17637 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — manutenzjoni neċessarja fuq Triq id-Dawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15155 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir il-manutenzjoni neċessarja fi Triq id-Dawr, Mosta, liema triq tinsab fi stat ħażin ħafna u l-ħsara li fiha qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti li jagħmlu użu minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17638 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15079 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti b'ħafna iktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17639 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Wiċċ ġdid lit-Triq EB Vella

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15080 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq E.B. Vella ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna aktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17640 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15081 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-karozzi tar-residenti u ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #18355 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16161, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiġi tqum l-ispiża għal din is-sena f'pagi li se jibda joħroġ il-gvern għal dawn is-Segretarji Eżekuttivi li daħlu jaħdmu mal-gvern din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Ċentrali sallum ma għamel l-ebda spiża relatata ma’ pagi lis-Segretarji Eżekutivi tal-Kunsilli Lokali peress li s-Segretarji Eżekuttivi se jibqgħu jitħallsu mill-Kunsilli Lokali kif dejjem kienu.
Leg 11 PQ #18359 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

artiklu fil-ġurnal dwar il-MEPA

Question

B'referenza għall-ġurnal bl-Ingliż pagna 9 tal-11 ta' Gunju 2010 tal-Malta Independent "MEPA Chairman Austin Walker asked if the local council knew about the changes in the plans and a directorate officer informed him that every time there was a change, this had been advertised in the papers" u "........had he been mayor (Austin Walker) he would have gone to MEPA to discuss this project rather than wait for MEPA to approach him", jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kumenti bħal dawn u oħra tal-istess Chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar imorrux kontra l-ispirtu ta' sussidarjetà u konsultazzjoni li tant jiftaħar il-gvern li għandhom il-kunsilli lokali li ġew eletti demokratikament biex ikunu r-rappreżentanti tal-lokal tagħhom bħala gvernijiet lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18361 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjonijiet mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'devoluzzjonijiet mill-Gvern Ċentrali saru lill kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex? X'kienet id-devoluzzjoni għal kull kunsill? Liema kienu l-kunsilli lokali li bbenefikaw mid-devoluzzjoni? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-atti ta' devoluzzjoni kollha li saru lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008 u 2009. Għadu kmieni wisq li tingħatha l-istess informazzjoni dwar l-2010 peress li dan huwa proċess li kontinwament ikun għaddej. Rigward it talba tal-Onorevoli Interpellant biex jitpoġġew kopji tal-atti kollha li saru lill-kunsilli lokali, din toħloq ċerta diffikultà peress li huma ferm voluminużi. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk jixtieqx xi kopja ta’ xi att partikolari minnhom, ħalli dan ikun jista’ jitpoġġa mingħajr ħafna ħela ta’ riżorsi u materjal.
Leg 11 PQ #18364 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett propost ta' mina għat-traffiku — konsultazzjoni bejn il-MEPA u l-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-proġett propost ta' mina għat-traffiku taħt l-art ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma jsir f’kull applikazzjoni, l-Awtorità innotifikat lill-Kunsill Lokali tal-Marsa li kellha applikazzjoni pendenti mit-Transport Malta. L-ewwel notifika saret f’Marzu tal-2008 u t-tieni darba kienet f’Ottubru tal-2009. Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Marsa qatt ma rrisponda lill-MEPA fuq din in-notifika.
Leg 11 PQ #18531 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18195 u jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' konsulenzi u fil-każ ta' kull kuntratt, jindika l-isem tal-persuna jew ditta li ħadet il-kuntratt, l-iskop u l-ammont ta' ħlasijiet li saru, fil-qasam ta' Culture and the Arts, Cultural Heritage, Theatres, the Mediterranean Conference Centre u National Orchestra mid-data meta dawn is-setturi waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sal-aħħar ta' Mejju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18584 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi mwaqqfa mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru b'referenza għall-istqarrija għall-istampa tas-Segretarju Parlamentari Chris Said Numru 1115 tas-Sena 2010, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tad-diversi Minuti ta' laqgħat li permezz tagħhom il-gvern meta kien qed ifassal il-Liġi li waqqfet il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li preċedentement qabel l-istess Att li ġie approvat mill-Parlament Malti kien imsejjaħ Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kien qabel mal-membri ta' dak iż-żmien 'li tibdil fil-liġi li waqqfet l-MCESD għandu jsir bi ftehim mal-istess imsieħba soċjali' filwaqt li jirrikonoxxi li l-kompozizzjoni preżenti kienet riżultat tal-għaqdiet li kienu rappreżentati dak iż-żmien u li allura bħala fatt konstatat il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin kienet dak iż-żmien tirrappreżenta lill-Union tal-Għalliema, l-MUT li llum m'għadux il-każ u allura din il-Konfederazzjoni hija magħmula minn Union li diġà hija rappreżentata fl-istess Kunsill fil-vesti tal-UHM u għaldaqstant b'mod awtomatiku b'sempliċi Avviż Legali fid-dawl ta' dan il-moviment fin-numri tal-istess Konfederazzjoni msemmija għandu jippromulga lill-FORUM tal-Unions Maltin bħala membri tal-MCESD fid-dawl tal-fatt li madwar 12,000 ħaddiem mhux rappreżentati fl-MCESD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari numri 18381 u 10993. L-Att XV tal-2001 li waqqaf l-MCESD ġie approvat mill-Parlament fit-22 ta’ Ġunju 2001 wara konsultazzjoni twila u wiesa’ mal-imsieħba soċjali kollha. Għal dan l-iskop l-ILO kien bgħat espert (is-Sur Guseppe Cesale) biex imexxi hu l-konsultazzjoni u jipprepara abbozz tal-liġi). Dawn il-konsultazzjonijiet saru permezz ta’ diversi laqgħat ma’ kull organizzazzjoni li tagħhom ma hemmx minuti. Wara din il-konsultazzjoni kien hemm qbil dwar il-kompożizzjoni tal-MCESD u li jekk din il-kompożizzjoni tiġi biex tinbidel għandu jkun hemm kunsens bejn il-membri kollha. Dwar dan jaqblu l-imsieħba soċjali kollha rappreżentati fuq il-Kunsill. Il-kompożizzjoni tal-MCESD tista’ tinbidel biss b’Avviż Legali kif qed jipproponi l-Onorevoli Interepellant jekk xi wieħed mill-membri preżenti jċedi s-siġġu tiegħu u dan stante illi l-Att jispeċifika fl-artikolu 4C. li l-membri tal-MCESD li jirrapreżentaw lill- unions u lill-għaqdiet ta’ min iħaddem għandhom ikunu disa’. Għalhekk biex jinbidel dan in-numru trid issir emenda għall-att u ma jistax jinbidel b’Avviż Legali.
Leg 11 PQ #18587 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta' emissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta u li rreferiet għalih fit-tweġiba li tat fil-Parlament Ewropew li fil-25 ta’ Ġunju 2009 hija qajmet każ kontra Malta minħabba li qed jinqabeż il-livell stipulat ta’ emissjonijiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta u li kienet għadha qed tistenna lil Malta toħroġ ir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja li suppost ġie mgħoddi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2009, data li kienet ilha li skadiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk qed jirreferi għall-pjan dwar il-kwalità tal-arja, il-MEPA tiddikjara li wara li eżaminat id-data tal-PM10 mill-istazzjon tal-kejl fiss tal-Imsida, nstab li l-valur limitu kkalkulat fuq ġurnata inqabeż 52 darba meta d-direttiva tħalli li dan jsir 35 darba biss (fuq sena) u kien għalhekk li Malta applikat mal-Kummissjoni għall-estensjoni tal-ħin li fih Malta kellha tkun konformi ma' dan il-livell, u kien għalhekk li tnieda l-imsemmi pjan. Però Malta permezz ta' riċerka fuq dan is-suġġett irnexxiela tipprova permezz tal-użu ta' metodoloġija ssuġġerita mill-kummissjoni, li tinkludi ritratti bis-satellita, background trajectory modelling, chemical speciation u PM10: PM2,5 ratios li 16 minn dawn it-52 exceedances kienu attribwibbli għal trab li jiġi mis-Sahara. Malta irnexxiela turi permezz ta' metodu ssuġġerit mill-linji gwida maħruġa mill-kummissjoni li 6 minn dawn is-36 exceedance li fadal huma attribwibbli għall-aeorsol mill-baħar. Din l-informazzjoni kollha nbagħtet lill-Kummissjoni flimkien mal-applikazzjoni u wara li l-kummissjoni rrivediet l-applikazzjoni ta' Malta u l-informazzjoni xjentifika kollha li ntbagħtet, il-Kummissjoni kitbet lill-Malta biex tinformha illi kienet qed taċċetta l-argumenti ta' Malta li kien hemm 22 exceedance mit-52 li ġew irrapuratat li huma attriwibbli għall-sorsi naturali u li għalhekk ma kien hemm bżonn ta' l-ebda applikazzjoni. Madanakollu l-MEPA tibqa’ kommessa li timplimenta l-Pjan kollu dwar il-kwalità tal-arja li ħareġ f'Jannar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #17634 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inventarju ta' affarijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15874 u jgħid jekk jinżammx inventarju tal-affarijiet storiċi li għandna f'kull belt u raħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15874.
Leg 11 PQ #18111 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

monument tas-Sette Giugno — permessi meħtieġa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-monument tas-Sette Giugno fil-Ġnien ta' Hastings għandux il-permessi meħtieħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment ta' l-Artijiet u entitajiet oħra? Meta saret l-applikazzjoni u meta ħareġ il-permess ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għall-monument imsemmi ġie approvat fit-12 ta’ Mejju 2010, wara li saret applikazzjoni għal emenda tal-permess oriġinali għal xogħolijiet ta’ tisbiħ fil-Ġnien ta’ Hastings, fis-7 ta’ Mejju 2010. Skont ftehim li l-awtorità għandha mad-Dipartiment tal-Artijiet, waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni ma tintalab l-ebda awtorizzazzjoni mid-dipartiment imsemmi.
Leg 11 PQ #18283 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsill lokali — jum il-lokal

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17175 u jgħid liema huma l-ġranet li l-kunsilli lokali kollha jiċċelebraw jum il-lokal tagħhom? Għaliex ġiet magħżula dik il-ġurnata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Id-dati elenakti bħala Jiem il-Lokalità, għal kull lokalità f’Malta u Għawdex, intgħażlu mill-kunsilli lokali stess.
Leg 11 PQ #18286 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li mhux qed jingħataw l-aġenda fil-ħin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17281 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi kunsilliera li mhux qed jirċievu l-aġenda għas-seduti fiż-żmien stipulat qabel il-laqgħa, mhux biss, iżda l-minuti li jkunu jridu jiġu approvati qed jintbagħtu sigħat jew ġurnata qabel is-seduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Artikolu 32 (3) ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (KAP 363) jistipula illi: “Kull Kunsillier għandu għas-spejjeż tiegħu ikun obbligat li jkollu servizz ta’ posta elettronika fir-residenza tiegħu. Kull korrispondenza, minuti u dokumenti għandhom jintbgħatu lill-Kunsillieri permezz tal-posta elettronika u għall-finijiet ta’ notifika jitqiesu bħala notifika valida” Jien infurmat li kull meta d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirċievi xi ilment fis-sens li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-Monitoring Unit tad-Dipartiment jinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill biex jirrimedja is-sitwazzjoni minnufih. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi bl-emendi li daħlu fl-Att dwar Kunsilli Lokali, kull Kunsillier issa għandu account uffiċjali li jista’ jaċċessa saħansitra mid-dar. Is-Segretarju Eżekuttiv irid jibgħat kull korrispondenza, minuti u dokumenti lill-Kunsilliera kollha permezz ta’ din il-posta elettronika. Għal finijiet ta’ notifika dan jitqies bħal notifika valida, allavolja għad hemm xi diffikultà billi ċerta kunsilliera għadhom mhumiex qed jużaw dan is-servizz.
Leg 11 PQ #18287 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Human resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17280 u jgħid jekk hux konformi mar-regoli tal-Human Resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali meta persuna sekondata ma' kunsill tingħata 15% allowance mas-salarju tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-regoli ma jeskludux l-għoti ta’ xi allowance lil ħaddiem tal-gvern li jkun sekondat ma’ kunsill. Sabiex kunsill iħallas allowance, irid jagħmel talba għall-awtorizzazzjoni lid-Direttur għall-Gvern Lokali u jiġġustifika dan il-ħlas abbażi tan-natura tax-xogħol tal-uffiċjal fuq kriterji bħal sensittività, responsabbilitajiet jew ħinijiet żejda.
Leg 11 PQ #18495 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi taghhom u kemm qed jithallsu fis-sena referibbilment għal: - Awtorità dwar ix-Xandir, Kummissjoni Elettorali, Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku, Kummissjoni dwar l-Impjiegi, Awtorità dwar il-Medicini, Awtorità Maltija dwar l-Istandards, Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta, Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, Kunsilll Malti ghall-Kultura u l-Arti, Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknoligija, Patrimonju Malti, Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Bord dwar il-Petizzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18497 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi taghhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: - Kumitat Festi Nazzjonali, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll dwar il-Patrimonju – Kulturali, Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat ghall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konciljazzjoni, Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumaturi u Tribunal Industrijali? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.