Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta dwar it-tħaddim tal-power station f’Delimara dwar kemm u jekk hix iżżomm mal-livell ta’ emissjonijiet fl-arja permessi mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar impjanti kbar ta’ kombustjoni?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ġie terminat l-impjieg tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament u l-għala ġie terminat l-impjieg ta’ din il-persuna biss waqt li persuni oħra fl-istess sitwazzjoni tagħha ġeddulhom l-impjieg mal-Awtorià ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjieg ta' din il-persuna ġie terminat bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni li saret fuq l-aġir ta’ l-impjegata, waqt li kienet taħt probation, u m’għandu x'jaqsam xejn mal-fatt li “ġie terminat l-impjieg ta’ din il-persuna biss waqt li persuni oħra fl-istess sitwazzjoni tagħha ġeddulhom l-impjieg mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar”.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — nuqqas ta' turisti mill-Ġermanja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-findings tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u/jew is-Segretarjat Parlamentari dwar it-tnaqqis drastiku ta' madwar 18% mit-turisti li jiġu mill-Ġermanja, meta din id-destinazzjoni dejjem kienet serviced b'għadd ta' rotot provduti fil-maġġoranza tagħhom mill-AirMalta f'kull żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Coleiro Preca qed tirreferi għas-sena 2009 meta ssemmi n-nuqqas ta’ 18% fin-numru ta’ turisti Ġermaniżi li żaru Malta.
Fis-sena 2009, l-industrija tat-turiżmu ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi finanzarja dinija. Għaldaqstant, irriżulta li kien hemm inqas Ġermaniżi li marru għall-btala barra minn pajjiżhom.
Il-fatt li kien hemm nuqqas sostanzjali fin-numru ta’ titjiriet lejn Malta żgur ma għenx is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ turisti mill-Ġermanja. Infatti, filwaqt li tradizzjonalment l-Air Malta dejjem operat titjiriet lejn/mill-Ġermanja, wieħed irid jiftakar li fl-2008 kien hemm titjiriet minn linji oħra ta’ l-ajru minn numru ta’ bliet fil-Ġermanja, kif spejgat hawn taħt:
· Ryanair minn Bremen
· German Wings minn Cologne u Stuttgart
· Air Belin minn Nuremberg
(minnbarra «
connecting services
» minn bliet oħra).
Wieħed għandu wkoll jinnota li matul is-sena 2009, in-numru totali ta’ «
seats
» mill-Ġermanja għal Malta naqsu wkoll b’aktar minn 8% (Sors : MIA).
L-MTA hija konxja mill-ħtieġa li jiżdiedu l-għadd ta’ ajruporti, li joffru servizzi diretti lejn Malta, u qed tagħmel kull sforz biex dan il-għan jintlaħaq.
L-MTA qed taħdem fuq pjan ta’ azzjoni biex tkabbar il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ «
seats
» fuq rotot eżistenti, li huma ipprovduti mill-Air Malta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' l-ammont ta' turisti u bħala persentaġġ tat-turisti kollha li żaru pajjiżna, matul dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena li ġew mill-Ġermanja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji mitluba qed jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — comparable grades
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16638 u 15183, jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn nħasset il-ħtieġa li din il-pożizzjoni (Direttur tat-Turizmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex) tkun miftuħa ukoll għall-impjegati fil-Public Service, b'differenza ta' kif isir is-soltu jiġifieri li jkunu eligibbli dawk li jaħdmu fis-Civil Service biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika stabillixxa dawk il-pożizzjonijiet fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali jew ta’ Direttur li huma kkunsidrati bħala pożizzjoni ta’ Kap ta’ Dipartiment. Dawn il-pożizzjonijiet jintlew fit-termini ta’ Artikolu 92(4) tal-Kostituzzjoni, filwaqt li l-kumplament tal-pożizzjonijiet l-oħra jintlew fit-termini ta’ l-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni.
Il-pożizzjoni in kwestjoni b’hekk ma tirrikjedix li uffiċjali pubbliċi għolja biss (Artikolu 92(4)) jistgħu japplikaw. Dan ma jfissirx li l-pożizzjonijiet kollha li l-ħatra tagħhom issir fit-termini ta’ l-Artikolu 110 ser ikunu kollha miftuħa barra miċ-Ċivil imma hemm qbil mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li fejn meħtieġ ikunu jistgħu japplikaw ukoll persuni mis-settur pubbliku kollu (
public sector
) u/jew anke “
open call
”. Fil-fatt din il-pożizzjoni (fost oħrajn) infetħet għall-uffiċjali fis-settur pubbliku (
public sector
) peress li l-post huwa qasam partikolari u b’hekk setgħa jkun hemm firxa aktar wiesgħa ta’ applikanti prospettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm sodod liċenzjati f’Malta u f’Għawdex separatament mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għat-turiżmu domestiku biss? Jista' jagħti dan it-tagħrif sena b'sena u skont kull lokalità f’Malta u f'Għawdex mill-1999 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' liċenzi maħruġa mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta skont kull lokalità f'Malta mill-2002 sal-lum. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-dritt għall-liċenza ta' postijiet għall-btala użati għat-turiżmu domestiku ġie stabbilit fl-Avviż Legali 125 ta' l-2002 li ġie in vigore fil-31 ta' Marzu 2002. Għalhekk din it-tip ta' liċenza ma kienetx teżisti qabel is-sena 2002. Informazzjoni simili iżda li tirrigwarda n-numru ta' dan it-tip ta' liċenza f'Għawdex ingħatat fir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 16505.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu kull xahar s’issa fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022) li se jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? X'hemm kommess għan-nefqa llum fuq dan il-proġett? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta mistenni li jitlesta l-proġett? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dan il-proġett? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull xahar s’issa intnefqu dawn l-ammonti fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ:
Novembru 2009 103847.79
Diċembru 2009 44357.08
Frar 2010 34423.44
Marzu 2010 62904.62
Irrid inżid illi dawn il-flus intnefqu fuq xogħolijiet li jinvolvu l-proġett u dawn jinkludu:
Project Management, Technical Consultancy, Excavation & cleaning of the valley basin, Road resurfacing, Rubble walls
Illum hemm kommess għan-nefqa l-ammont ta’ €569715 li sa jintuża biex ikopri l-ispejjeż fuq xogħolijiet konnessi ma dan il-proġett kif jidher hawn taħt:
Project management costs – Project Manager
Supervision costs & technical engineering related costs
Works – reconstruction of rubble walls and related expenses
Works – reconstruction and resurfacing of valley road and related expenses
Works – clearing works and related expenses
Works – building of bridges and related expenses
Works – building of No.6 dams and related expenses
Works – landscaping
Supply of rustic furniture
Supply of safety railing
Supply of equipment – solar energy powered security cameras
Supply of equipment – directional signs
Supply of solar energy powered audio-visual equipment
Supply of big observation binoculars
Supply of script writing
Supply of photographic services
Design and printing of booklets and brochures
Billboard
Commemorative plaque
Web-site upgrading
Hydrology Report
Stainless steel sea point structure
Dan il-proġett qiegħed fil-fażi ta’ egħluq. Hemm talba għal estensjoni sa l-aħħar ta’ Lulju 2010 minħabba li x-xogħol fuq il-
bridges
ma setax jitlesta fil-ħin minħabba xogħolijiet tal-
WSC
relatati mal-
master plan
tad-drenaġġ f’Wied il-Mielaħ.
Irrid inżid illi l-fondi approvati għal dan il-proġett huma taħt il-Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali numru 7211.
L-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett hija
Disbursements schedule
li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku — terminu tal-membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-terminu tal-membri tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku skadiex? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkun imġedded it-terminu tal-membri preżenti jew meta se jinħatru l-membri l-ġodda ta’ din il-Kummissjoni ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu tal-membri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għalaq fil-ħdax ta’ Ġunju 2010. Sar il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar in-nominazzjonijiet tal-membri tal-Kummissjoni, skont il-provvedimenti tal-Artikolu 109(2) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, u illum saret il-ħatra.
MTA — appart għall-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtara jew inħadem apparat għall-użu tal-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex? X’kien dan l-apparat u kemm ġie jiswa?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters tal-gwerra li huma magħrufa li jeżistu skont l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Għargħur? X'passi tieħu l-istess awtorità biex dawn ix-shelters jiġu mħarsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters tal-gwerra li huma magħrufa li jeżistu fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Għargħur? X'passi jittieħdu minn Heritage Malta biex dawn ix-shelters jiġu protetti?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18292, 17888, 17228, 17013, 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar il-laqgħat li nattendi għalihom jiena bħala Prim Ministru, regolarment tajt rendikont lill-Kamra tar-Rappreżentanti. Dwar laqgħat oħra, l-Onorevoli Membru hu mitlub ikun speċifiku.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18298, 17890 u 17210 u jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk kienx hemm żviluppi dwar is-serqa ta' biċċa ġebla mill-qamar li kienet ġiet regalata mill-President Amerikan Richard Nixon lil Malta, liema serqa kienet saret mill-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali tal-Imdina, li hu mmexxi minn Heritage Malta, fit-18 ta' Mejju, 2004?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsilli lokali — investigazzjonijiet interni/monitoring
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema kunsilli lokali qed issiru investigazzjonijiet interni/monitoring? Jista' jagħti d-data meta dawn se jkunu konklużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jimmoniterja lill-Kunsilli kollha b’mod regolari permezz tal-Monitoring Unit. Fost affarijiet oħra, dan il-moniteraġġ jikkonsisti fl-iskrutinju ta’ (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju tal-Kunsilli Lokali. Id-Dipartiment jistħarreġ ukoll l-ilment u allegazzjonijiet kollha li jirċievi minn żmien għal żmien.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18551, 18193, 17949 u 17359 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16036 u 16485, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali iffirmax il-kuntratt u għaddiex il-flus lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi għall-finijiet tal-użu ta' uffiċċju mill-Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għaddej bit-tħejjijiet tiegħu dwar il-kuntratt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi sabiex dan jikrilu spazju fi ħdan il-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali għall-finijiet tal-użu ta’ uffiċċju mill-Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar. Għaldaqstant il-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat u allura d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu m’għadda ebda flus lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi marbutin ma’ din il-kirja.