Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17731 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa f'konsulenza mill-ministeri u segretarji parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'konsulenza fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 mill-ministeri u segretarji parlamentari, dekasteru b'dekasteru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18378 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li qed jiġu monitored

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma fil-preżent il-kunsilli lokali li qed jiġu monitored? X'tip ta' monitoring qed isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 18754.
Leg 11 PQ #18379 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — moniteraġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-gvern milli jibda jimmoniterja l-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex biex ikun hemm trasparenza u accountability kif suppost mill-assi tal-poplu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 18754.
Leg 11 PQ #18384 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — devoluzzjoni lill-lunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenziji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18665 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia — informazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid Villa Francia f’Ħal-Lija li kienet rinovata ftit tax-xhur ilu meta se tkun miftuħa għall-pubbliku? Kemm huwa stmat li żaru dan il-post mindu nfetaħ mill-ġdid? Min għandu l-kuntratt tat-tindif tal-villa? Kemm jiswa dan il-kuntratt? Saret sejħa pubblika qabel ma ngħata? Jekk iva, meta u kemm applikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li sar xogħol estensiv ta’ restawr u konservazzjoni f’Villa Francia, fit-12 ta’ Settembru 2009 din il-villa nfetħet uffiċjalment sabiex tkun tista’ tiġi wżata għall-funzjonijiet uffiċjali u attivitajiet oħra li jixirqu lil dan il-post. Il-pubbliku seta’ jżur il-Villa fl-open day li saret fit-13 ta’Settembru 2009 u l-attendenza kienet ta’ madwar 8,000 ruħ. open days oħra huma maħsuba li jsiru minn żmien għal żmien. Meta ma jkunx hemm funzjonijiet uffiċjali, il-pubbliku, il-kunsilli lokali, u għaqdiet kulturali jistgħu jżuru Villa Francia b’appuntament. Minn mindu nfetħet il-villa sal-lum, diversi gruppi żaru l-villa u l-ammont ta’ dawn il-viżitaturi jaqbeż l-2,400. M' hemmx kuntratt ta’ tindif għall-villa, għaliex ix-xogħol kollu tat-tindif isir mill-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 11 PQ #18767 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18805 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18278, 17661, 17270, 15860, 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar il-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, l-proġetti u xogħolijiet f’Għawdex għall-perjodu bejn l-2010 u 2013 fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18825 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — studju dwar l-imtieħen tar-riħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaq xi tip ta' studju dwar l-imtieħen tar-riħ (windmills) li kienu jintużaw (u xi uħud għadhom jintużaw għalhekk ukoll) biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18839 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birdlife responsabbli biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18627 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk il-Birdlife għandhiex xi kundizzjoni partikolari biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk fil-fatt il-Birdlife hix responsabbli biss mill-partijiet ta' dawn l-inħawi li huma mdawra b'fence, jew inkella ta' partijiet oħra fl-istess inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Simar huwa amministrat mill-BirdLife Malta, bi ftehim mal-MEPA u l-OPM. Il-ftehim imsemmi jispeċifika li t-tmexxija tas-sit għandha jinkludi: • il-konservazzjoni, ġestjoni u monitoraġġ tal-biodiversità tas-sit b'konformità mal-“ policies ” rilevanti u l-leġislazzjoni • ir-riabilitazzjoni taż-żoni degradati fis-sit, fejn u meta applikabbli • sensiela ta' miżuri meħtieġa biex iżommu jew jirrestawraw l-ambjenti naturali u l-popolazzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġa fi stat ta 'konservazzjoni favorevoli’ • il-kontroll ta' attivitajiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ekoloġija tas-sit • għassa u monitoraġġ tas-sit u għajnuna fl-infurzar tar-regolamenti • il-promozzjoni ta' edukazzjoni u kuxjenza pubblika dwar il-konservazzjoni tal-biodiversità • it-tixrid ta' informazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ambjent • it-tmexxija taċ-ċentru tal-viżitaturi li hemm fuq is-sit. Is-sit li fuqu hemm il-ftehim jinkludi s-Simar innifsu kif mdawwar bl-ilqugħ, kif ukoll il-biċċa art ta' rikreazzjoni wara l-kjosk. Il-BirdLife Malta issottomettiet applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp (PA 03335/08) sabiex tiċi irranġata din il-biċċa art degradata għall-użu u r-rikreazzjoni tal-pubbliku, liema applikazzjoni għadha qed tiġi ipproċessata mid-Direttorat tal-Ippjanar.
Leg 11 PQ #18844 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

bajja ta' Kemmuna — permess għal deckchairs u siġġijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18564, peress li skont il-liġi jekk persuna tikkapparra area għal aktar minn 28 ġurnata, hemm bżonn il-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lanqas f'dan il-każ ma japplika d-DNO peress li hemm l-art hija skedata, jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk dan huwiex korrett? Jekk dak li qiegħed jirrispondi fl-aħħar parti tal-mistoqsija huwa korrett, fis-sens li m'hemmx bżonn permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif jispjega li s-sena li għaddiet propju fuq tqegħid ta' deckchairs u umbrellel fil-bajja ta' Kemuna saret direct enforcement action?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18848 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal- Customer Care li hemm f’kull Ministeru.
Leg 11 PQ #18864 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — chairman u diretturi - remunerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari 18515, 18069 u 17409, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu eżatt il-mekkaniżmu ta’ market correctivity li jingħata lill-Viċi Chairman u CEO tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u jekk dan japplikax għal persuni oħra f’bordijiet tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18865 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18514, 18085, 17707, 17386 u 16952 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18867 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — MHRA - skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta twassal messaġġ ċar lill-Malta Hotels and Restaurants Association li dawk kollha li jmexxu xi forma ta' negozju ta' catering ma joħorġux l-iskart tagħhom barra mill-istabbiliment partikolari u biex dawk li qed jikkawżaw diversi problemi bl-iskart tagħhom ma jibqgħux jagħmlu din il-ħsara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta se tilqa’ s-suġġeriment propost mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #17641 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15082 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #18365 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett nazzjonali kontra l-għargħar — konsultazzjoni mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid x' tip ta' konsultazzjoni sar bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet governattivi oħra fuq il-proġett nazzjonali kontra l-għargħar mix-xita mal-Kunsilli Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi, l-Marsa, l-Imsida u kunsilli oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġetti ġew maqsuma fi tnejn, dawk li jikkwalifikaw għall-istudju dwar l-impatt ambjentali u dawk li ma jikkwalifikawx. Fil-proġetti li ma jikkwalifikawx, il-kunsilli rispettivi ġew innotifikati bl-applikazzjoni fil-bidu tal-proċess. Dawn kienu Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Qormi. Dawk il-proġetti li jikkwalifikaw għall-istudju ta' impatt ambjentali, kull kunsill ġie mogħti kopja tal-applikazzjoni kif ukoll ġie ikkonsultat u qed jiġi infurmat fil-proċess ta' l-impatt tal-istudju ambjentali. Il-Kunsilli involuti huma: Attard, Balzan, Birkirkara, Gżira, Iklin, Ta' Xbiex, Lija, Msida, Naxxar għal applikazzjoni PA 4926/09 u Żabbar u Xgħajra għal PA 4929/09.
Leg 11 PQ #18368 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — permessi u allokazzjoni ta' siti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li skont Avviż Legali 119/2002, ċioe f'dak li jirrigwarda ħlasijiet ta' permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kjosks u/jew gabbani talbu flus għal dawn il-permessi aktar milli hu permess mil-liġi mis-sena 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-uniku Kunsill Lokali li talab iżjed flus għall-permessi u allokazzjoni ta’ siti għal mobile kiosks u gabbani, aktar milli huwa permess mil-liġi mis-sena 2008 sal-lum, kien il-Kunsill Lokali tal-Marsa li talab €11.65 iżjed għal kull ġurnata, a bażi ta’ Bye Law 34/19/2000.
Leg 11 PQ #18369 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kiosks

Question

Fid-dawl li diġà bdew il-festi reliġużi fl-istagun ta'sajf , jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitolbu u kemm talbu fi flus il-kunsilli lokali fi ħlasijiet ta' permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kiosks u/jew gabbani, u ħlasijiet oħra biex ikopru spejjeż? Dawn huma koperti bil-Bye Laws?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18373 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

White Rocks and Leisure Village — Outside Developement Zone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-area li hija f'Outside Developement Zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18374 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

White Rocks and Leisure Village — konsultazzjoni mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret mill-Gvern ta' Malta, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi mal-kunsilli lokali ċioe Gvernijiet Lokali ta' Pembroke, Naxxar, Swieqi, San Pawl il-Baħar u kunsilli ta' madwar vis-à-vis il-proġett propost tal-White Rocks and Leisure Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif intqal meta ġie mħabbar il-proġett ta’ White Rocks Sports and Leisurer Village, in-negozjati mal-investituri interessati fil-proġett għadhom ser jibdew u għaldaqstant il-konsultazzjoni meħtieġa se ssir f’dan l-istadju. Minkejja dan ,eżatt wara li tħabbar il-proġett saru laqgħat mas-Sindki ta’ Pembroke, Swieqi u Naxxar kif ukoll maċ-Chairpersons tal-Hamlets tal-Madliena u ta’ Baħar iċ-Ċaħaq. Huma ngħataw dettalji dwar il-proġett propost. Laqgħat tekniċi għandhom isegwu dawn il-laqgħat inizjali.