B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19630, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies kull sena separatament jiġifieri kemm mietu nies fl-2015, fl-2016, 2017, 2018, 2019, 2020 b’mod separat mhux il-medja kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 19630?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 mietu 3443 persuna, fl-2016 3343, fl-2017 3571, fl-2018 3688, fl-2019 3688 u fl-2020 4075 persuna.
COVID-19 – anzjani li qed jintbagħtu l-Gżira għat-tilqima
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani qegħdin jintbagħtu l-Gżira biex jieħdu t-tilqima tal-COVID-19 meta qiegħed isir tilqim fil-Berġa tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex jiġu mlaqqma aktar nies u anzjani f’perjodu qasir ħafna qed jintużaw numru konsiderevoli ta’ vaccination sites differenti.
Persuni li ma għandhomx aktar minn 80 sena li ħadu tilqima
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19638, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li m'għandhomx l-età ta' bejn is-60 u 'l fuq minn 80 sena, ma' jaħdmux fil-qasam tas-saħħa, m'humiex frontliners, m'humiex vulnerabbli, imma ħadu t-tilqima tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq parir tal-Advisory Committee on Immunization Policy apparti persuni ‘il fuq minn 60 sena u nies b’mard kroniku serju, il-vaċċin ingħata ukoll lill-front liners u ħaddiema f’setturi essenzjali. Sal-bieraħ ingħataw 122,366 dożi tal-vaċċin.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjegati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — impjegati - pagi u spejjeż relatati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f'pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2019 u 2020? Għall-istess sena kemm kienet is-somma totali li tħallset lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali li l-Gvern ħallas fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-2019 kienet €28,254,781.30 filwaqt li fl-2020 kienet €29.596,649.78.
Anzjani li qed jistennew l-istedina biex jieħdu t-tilqima
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn 65% biss tal-anzjani ta’ ‘l fuq minn 80 sena ħadu t-tilqima tal-COVID-19? Għalfejn hemm numru ta' anzjani ta' din l-età li għadhom ma rċevewx stedina biex jieħdu t-tilqima?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l’fuq minn 80% tal-anzjani ta’ ‘l fuq minn 80 sena diġa ħadu t-tilqima. L-proċess għadu għaddej u jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni vulnerabbli intitolati għat-tilqima tal-COVID-19? S'issa, kemm minnhom ġew mistiedna biex jieħdu t-tilqima? Kemm minnhom ħadu t-tilqima?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni vulnerabbli hu ta’ madwar 23,000 li minnhom 55% diġa ħadu l-ewwel do¿a tal-vaċċin għal-kontra l-Covid-19. Il-proċess għadu għaddej.
Persuni li ma għandhomx aktar minn 80 sena li ħadu tilqima
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li m'għandhomx iktar minn 80 sena, ma jaħdmux fil-qasam tas-saħħa, mhumiex frontliners, mhumiex vulnerabbli, imma ħadu t-tilqima tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ tilqim issa wasal fi stadju illi dawk ta’ ‘l fuq minn 60 sena kif ukoll il-persuni vulnerabbli b’mard kroniku qed jirċievu t-tilqima jew l-invit biex jieħdu il-vaċċin. Il-grupp ta’ bejn is-60 u d-79 sena huwa ta’ madwar 94,000 persuna.
Mediċina Kaftrio — Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis
Question
Fid-dawl tal-fatt li f'Malta hawn numru ta' persuni li jbatu mill-kundizzjoni fatali tas-Cystic Fibrosis, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala l-Gvern għadu mhux qiegħed jittrata l-akkwist tal-mediċina 'Kaftrio' bħala prijorità fil-qasam tas-servizzi tal-kura tas-saħħa f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mediċini għal-kundizzjoni li semma hu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-esperti tekniċi tad-Dipartiment tas-Saħħa għal possibbilita’ li jkunu inklużi fil-formularju tal-Gvern.
Mediċina Trikafta – Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-mediċina Trikafta ġiet approvata mill-Aġenżija Ewropea għall-Mediċini f'Awwissu 2020, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-passi li għamel u l-passi li ħa jagħmel il-Gvern sabiex jixtri, jakkwista u jqassam l-mediċina 'Trikafta' għal minn ibati mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19739.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li ammont ta' Għawdxin qed jintalbu jmorru Malta biex jirċievu t-titqiba kontra l-COVID-19? Il-Gvern qed jikkonsidra l-possibbiltà li dawk il-ħafna Maltin li għandhom l-indirizz tagħhom reġistrat fuq Għawdex, jirċievu t-titqiba kontra l-COVID-19 f'Malta flok f'Għawdex u jekk iva x'arranġamenti qed jagħmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ittri għal-vaċċin kontra l-Covid-19 jinħarġu u jintbagħtu skont l-indirizz li persuna tkun irreġistrata. Ninfurmah ukoll illi barra ċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat u Kerċem, u minbarra l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex li qed jintu¿aw għall-għoti ta’ tilqim, fil-jiem li ġej ser jinfetaħ ċentru ieħor ta’ tilqim fir-Rabat Għawdex.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti average ta' żmien li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jieħdu biex jagħmlu l-contact tracing tal-każijiet ta' COVID-19 li qed ikollna? Jista' jgħid jekk dan l-average ivarjax bejn każijiet f'Malta u dawk f'Għawdex u jekk iva għala?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntatt inizzjali mid-Dipartiment tas-Saħħa ma’ persuni pożittivi għal-Covid 19 iseħħ f’temp ta’ 24 siegħa u minn hawnhekk l-każ jibqa’ jiġi investigat. Wara li jiġu mistħarrġa l-każijiet każ każ, jiġu kkuntattjati persuni li kellhom kuntatt avviċinat mal-każijiet pożittivi. Il-proċess kollu jista’ jieħu sa 4 t’ijiem.
Impjegati tal-Qorti u tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern – tilqim ta’ kontra COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-impjegati tal-Qorti u tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, speċjalment dawk li huma f'kuntatt kontinwu mal-pubbliku, jitlaqqmu kontra l-COVID-19? Jidhirlux li dawn għandhom ukoll jitqiesu bħala frontliners non-mediċi u jitlaqqmu mill-aktar fis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa.
Tilqima kontra l-COVID-19 – għalliema mill-Mellieħa u San Pawl il-Baħar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li fejn u jekk possibbli, għalliema mill-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ma jintbagħtux f’postijiet bħaż-Żejtun u l-Kottonera fost l-oħrajn biex jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19 meta fil-Mellieħa qed tingħata l-istess vaċċin fil-Berġa li tinsab fil-Kumpless ta’ Dar il-Madonna tal-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li qed jittieħdu l-passi kollha biex it-tilqim issir bl-aktar mod konvinjenti għaċ-ċittadini, sabiex l-għalliema u staff fl-iskejjel jiġu mlaqqma f’perjodu qasir qed jintużaw numru konsiderevoli ta’vaccination sites li jinkludu l-University Gateway, l-Health Centres u Community Clinics madwar Malta u Għawdex.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies kull sena mill-2015 sal-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, l-medja fis-sena ta’ persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu bejn l-2015 u l-2020 hija 3635.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkonsidrawx li operaturi tal-ħwienet li jiġu f'kuntatt ma' ħafna nies ta' kuljum, jingħataw prijorità biex jirċievu t-tilqima kontra l-COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19572.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin kien ilhom ma jirrapurtaw każijiet ta' COVID-19 fl-ITU minn Ottubru 2020? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull nhar ta’ ġimgħa is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tirraporta b’mod pubbliku u tagħti informazzjoni dwar il-Covid 19 f’Malta kif ukoll dwar il-każijiet pożittivi fl-ITU.
Persuni li għamlu trapjant tal-mudullun – tilqima kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jirċievu t-tilqima kontra l-COVID-19, dawk il-persuni li għamlu trapjant tal-mudullun?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19412, ninfurmah ukoll illi l-kategoriji ta’ persuni li huma vulnerabbli li jikkwalifikaw għal vaċċin huma skont l-Avviż Legali 111 tal-2020. Persuni li għamlu trapjant ta’ kull ġeneru huma mniżżla bħala parti mill-grupp ta’ persuni vulnerabbli.
Il-prijorita’ għal dawn il-kategoriji ġiet meħuda mill-lista ta’ riskju ppubblikata mis-
Centers for Disease Control.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika għalfejn għal xhur sħaħ mhux jingħata servizz ta’ Occupational Therapy b’mod fiżikali fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) lil tfal u żgħażagħ b’diżabilità li għandhom tant bżonn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju fis-CDAU. Nfakkru ukoll illi l-pazjenti tas-CDAU xorta qed jingħataw is-servizzi b’mod virtwali.