Legislature:
Category:
Reset
Active:

qasam tas-saħħa fil-privat — flus fuq tobba u interventi mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jintnefqu flus fuq tobba u interventi mediċi fil-qasam tas-saħħa fil-privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-istima tan-nefqa fuq tobba u interventi mediċi kif kwotat fir-rapporti anwali tan-national accounts maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-qasam tas-saħħa fil-privat huwa dan: 2008 €000 2009 €000 2010 €000 Final Household Consumption Expenditure 69,129 76,624 80,686

Ambulanzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikrix xi ambulanzi? Jekk iva, kemm tiswa l-kirja kuljum minn kemm ilhom jinkrew? Jista' jgħid jekk dawn jinkrewx bid-driver? Min iħallas il-fuel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata sodda komda lill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul biex ma jkollux problemi ta' feriti minħabba s-sodda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li qed tittieħed kull miżura possibili sabiex il-persuna msemmija ma jkolliex problemi ta’ feriti, fosthom l-użu ta’ manually operated nursing bed b’mitraħ tal-foam u ‘ripple mattress’. Il-pazjent jitnizzel ta’ kull jum fuq armchair mgħammar b’ egg-shell cushion kif ukoll użu ta’ ‘wheelchair.

Pilloli tad-dimentia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw il-pilloli tad-dimentia kif kien imħabbar fil-budget u liema huma dawn il-pilloli? Kemm huwa stmat li se jibbenefikaw persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif kien imħabbar fid-Diskors tal-Baġit 2012, ġew allokati xi fondi biex jibdew jingħataw il-pilloli tad-dimenzja b’xejn. Applikazzjonijiet ta’ mediċini ġodda li mhux fil-Formularju għall-kura tad-dimenzja jibdew jiġu evalwati u kkunsidrati għall-inklużjoni fil-Formularju tal-Gvern. In-numru ta’ pazjenti li se jibbenefikaw għadu mhux magħruf.

Mental Health Training — carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex madwar 30 persuna carer li għamlu kors ta' Mental Health fit-Training Centre bejn Frar u Marzu 2011 b'suċċess kienu mwiegħda xogħol fil-komunità fejn wara li sar l-interview u ġew aċċettati qalulhom li se joffrulhom kuntratt, imma wara rriżulta li ma kien minnu xejn? Jista' jikkonferma għaliex ma daħlux dawn il-persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

sejħa għall-operazzjoni tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qed tistenna li tissejjaħ għall-operazzjoni tal-kataretti, minkejja li ilha ħames snin fuq il-waiting list u sentjen fuq il-lista ta' urġenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-konsulent inkarigat ħa jara l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar. Wara din l-vista, deċizjoni ħa tittieħed biex il-pazjenta tiġi operata jekk jinsab li l-każ taġħha huwa wieħed urġenti. Il-pazjenta ġiet infurmata dwar dan.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema li mhux impjegat full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema li minħabba fiha l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet impjegata full-time minkejja li ilha tagħmel xogħol ta' operator fl-Isptar Monte Carmeli għal dawn l-aħħar 12-il sena u minkejja li għamlet dan ix-xogħol b'għaqal minkejja d-diżabilità tagħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, tagħmel xogħol fi skema mfassla apposta. F’din l-iskema persuni jagħmlu numru ta’ siegħat ta’ xogħol b’għan terapewtiku.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xogħol ta' Back office

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31206 u 31071 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Dipartimenti tas-Saħħa — bdil ta' pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkun fuq kura u l-pilloli li jkun qed jieħu jinbidlu minħabba li d-dipartiment jixtri pilloli oħrajn li jibdew jaffettwawh b'mod ħażin, jistax jitlob lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jibqgħu jinxtrawlu l-pilloli oriġinali jekk ma jkunux qed jagħmlu side effects daqs il-pilloli li jkunu qed jinxtraw l-aħħar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’każijiet speċjali fejn meta tinbidel ditta ta’ mediċina, xi pazjent ikollu problema, l-konsulent responsabbli mill-pazjent ikkonċernat irid jagħti rapport dettaljat u jipprovdi ġustifikazzjoni b’raġunijiet mediċi għalfejn il-prodott ma jkunx adattat. Kull każ jiġi nvestigat u vverifikat mid-‘Directorate of Pharmaceutical Policy and Monitoring’. Idealment il-konsulent jimla wkoll il-formola ‘ Adverse Drug Reaction Report Form’ li tinstab fuq is-sit elettroniku http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/adr.doc.

permess ta' Skeda V li għadu ma ntbagħatx

Question

Jista' l-Ministru jara li jintbagħat il-permess ta' Skeda V lis-Sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu xhur jistenna u mingħajr dan il-permess ma jistax jieħu l-pilloli intitolati lilu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru tat-telefon ċellulari li ġie mgħoti ma jikkorispondix mall-persuna msemmija.

Multibionte

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Multibionte ma jingħatawx mill-Ispiżjerija tal-Għażla Tiegħek u jekk hux se jibdew jingħataw peress li hemm domanda kbira għal dawn il-vitamini?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l- pilloli Multibionta® huma vitamini u mhux qegħdin fil-formularju tal-Gvern, u għalhekk ma jingħatawx permezz ta’ mill-Ispiżjerija tal-Għażla Tiegħek.

nuqqas ta' ħrieqi għal persuni b'dżabiltà

Question

Peress li l-ġenituri ta' persuni b'diżabiltà qed jilmentaw għax mhux qed jingħtaw ħrieqi u dan qed jikkaġuna diversi inkonvenjenti u tbatija bla bżonn, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni u jara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħrieqi konċerrnati se jibdew jitqassmu min nhar it-Tnejn, 30 ta` Jannar 2012 kif ser ikunu avżati l-istess benefiċċjarji.

anzjani li jieħdu l-għajnuna supplimentari u l-għajnuna tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li anzjani li jieħdu l-għajnuna supplimentari u l-għajnuna tal-mard issa wara ż-żieda tal-budget se jitilfu din l-għajnuna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

pilloli li kienu out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jiswew fis-suq il-pilloli li kienu out of stock item b'item bejn Novembru 2010 u Novembru 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement u Supplies (Taqsima tas-Saħħa) ma jkollux il-market value tal-mediċini. Din l-informazzjoni tista tinkiseb mill-Malta Competition and Consumer Affairs Authority jew minn fuq il-website tal-Awtorità tal-Mediċini.

żieda ta' operazzjonijiet u interventi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-operazzjonijiet u l-interventi fil-qasam tas-saħħa, f'liema dipartimenti kien hemm din iż-żieda u x'kienet ir-raguni li wasslet għal din iż-żieda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bejn Jannar 2010 u Settembru 2011 kien hemm żieda ta’ elf, mitejn u seba’ u ħamsin (1,257)-il operazzjoni. L-ikbar żieda fin-numru ta’ operazzjonijiet ġiet irreġistrata fid-dipartimenti tal-Ortopedija (+620), Kirurġija (+306) u Mediċina (+269). Din iż-żieda fin-numru t’operazzjonijiet hija riżultat tal-fatt li l-utiliżżazzjoni tal- operating theatres f’dawn l-oqsma saret iktar effiċjenti.

Sptar San Luqa — statistika dipartimentali dwar operazzjonijiet intermedjarji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx il-każ li fl-Isptar San Luqa kienet tinżamm statistika dipartimentali dwar operazzjonijiet intermedjarji? Jekk huwa l-każ, jista' jagħti breakdown tal-aħħar tliet snin sena b'sena qabel ma għalaq l-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru bejn Jannar tal- 2005 u Diċembru tal-2007 ġewwa l-Isptar San Luqa/Mater Dei jidhru hawn taħt. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont il-BUPA category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Sena Sptar Intermediate 2005 San Luqa 11069 2006 San Luqa 11436 2007* San Luqa / Mater Dei 11205 * F’ Novembru tas-sena 2007 saret il-migrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.