Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjan li -dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi eżistenti biex l-industrija timpjega iktar ħaddiema fix-xhur li ġejjin? Jista' jgħid jekk hemmx xi regolamenti li jorbtu lil dawk li jieħdu dawn l-iskemi biex jimpjegaw ħaddiema magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lil Korporazzjoni reposponsabbli mill-impjieg. L-inċentivi tal-Malta Enterprise huma ibbażati fuq investiment, madankollu isiru aktar effettivi meta ikun hemm żieda fl-impjieg. L-iskema Microinvest, tinċentiva negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni biex iżidu l-impjieg. Ir-regolamenti huma elenkati fil-linji gwida tal-inċentiv li qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinsabu ippublikati fiskati fis-sit http://support.maltaenterprise.com/index_files/MicroInvest.htm
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief u terms of reference li nghata l-bord ta’ inkjesta dwar il-mercaptan? Min kien responsabbli biex il-bord ta’inkjesta jeskludi r-responsabbiltà individwali dwar il-każ tal-mercapta? Il-Ministeru f’liema stadju sar jaf li l-bord ta’ inkjesta kien qed jeskludi dan kollu u jitfa' kollox fuq il-korporazzjoni fuq livell kollettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li nghata l-bord ta’ inkjesta fuq il-kaz tal-mercaptan. Dan il-bord gie appuntat skont it-termini tal-Kap. 273, Att dwar l-Inkjesti, u li ma jippermettix li Ministru jordna investigazzjoni fuq inidividwi. Ngharraf lill-Onor. Interpellant ukoll illi, bhalma habbart fis-seduta tal-parlament nru. 471 ta’ nhar il-Erbgha 9 ta’ Mejju 2012, ghaddejt ir-rapport tal-bord ta’ inkjesta lill-Kummissarju tal-Puluzija.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur privat li tqabbad biex jaħraq il-mercaptan f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? F’xi stadju jew ieħor, saru xi konsultazzjonijiet mal-WasteServ biex jiġu ddentifikati kuntratturi speċjalizzati f’dan il-qasam sensittiv u tekniku ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Billi ċ-chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta ma kienx involut fl-operat tal-korporazzjoni f’dak iż-żmien fuq liema bażi wasal għall-konkluzjoni kif għamel fl-ittra tiegħu lilek li l-korporazzjoni u d-diriġenti ewlenin tagħha anki jekk naqsu għamlu dan il-good faith – minghajr skopijiet ulterjuri meta tant kien hemm ħabi, u l-korporazzjoni naqset milli tagħti t-tagħrif mitlub anki lill-istess kummissjoni ta’ inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi iċ-Ċermen il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta beda bil-funzjonijiet tiegħu fit-18 ta’ Novembru 2011. Kopja tar-rapport mill-Bord tal-inkjesta ġie mgħoddi liċ-Ċermen f’Jannar 2012.
Iċ-Ċermen eżamina r-rapport tal-Bord tal-Inkjesta u d-dokumenti marbuta miegħu u aċċetta wkoll il-konklużjonijiet tal-istess Bord fir-rigward ta’ dak mitlub minnu biex jiddetermina u jistabilixxi ir-responsabbiltà minn naħa tal-Enemalta jew l-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diriġenti tal-lab section tal-Korporazzjoni Enemalta jstgħux jgħidu jekk qattx saru jafu jew ġew avviċinati f’xi żmien jew ieħor biex jagħmlu tests jew jagħtu pariri tekniċi dwar il-każ tal-mercaptan u jekk iva, meta u minn min?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istaff tal-Laboatorju tal-Korporazzjoni Enemalta kienu mitlub mis-sezzjoni tal-Fire tal-istess Korporazzjoni biex jagħtu parir tekniku biex inaddfu t-tank vojt wara l-inċident f’Settembru 2007 li sar fil-Qajjenza. It-tank ġie meħud mis-sezzjoni tal-Fire lejn Delimara biex jiġi żvujtat u l-Kimika ġiet trasferit go tank ieħr f’Delimara.
Wied il-Għajn, Fgura u Żejtun — ftuħ ta' Banka tal-Lottu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm numru ta' banek tal-lottu ġewwa Wied il-Għajn, fil-Fgura u fiż-Żejtun separatament? Jista' jgħid ukoll f'kull lokalità msemmija separatament kemm huwa n-numru ta' banek tal-lottu li jista' jkun hemm miftuħa? X'inhuma l-kriterji għal ftuħ ta' banka tal-lottu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi restrizzjonijiet għal ftuħ ta' banka tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm żewġ banek tal-lottu f’Wied il-Għajn, tnejn fil-Fgura u sitta fiż-Żejtun.
Taħt il-liċenza kurrenti, l-operatur jista jkollu sa massimu ta’ 230 banka tal-lottu madwar Malta u Għawdex.
Sa l-aħħar t’April 2012 kien hawn 217 –il banka tal-lottu qegħda topera.
Ir-restrizzjonijiet li hemm għal ftuħ ta’ banka tal-lottu huma li s-seller irid ikun idoneu u jkollu permess biex jopera banka tal-lottu mogħtija mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux minnu jew le li persuni ta' nazzjonalità barranija u li jgħixu hawn Malta jħallsux madwar tliet darbiet aktar mill-Maltin għat-tariffi tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma jkunu bbażati u kkalkulati fuq in-numru ta’ persuni li jkun hemm reġistrati fuq il-kont, dan kif stipulat fl-Avviż Legali 331/08 li qed itpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Skont dan l-istess Avviż Legali, is-sussidju jingħata fuq il-bażi ta’ residenza permanenti u mhux fuq bażi tan nazjonalita’ tal-konsumatur. Kull min huwa u eliġibbli u għandu d-dokumenti neċessarji, huwa ntitolat sabiex il-kont tiegħu jiġi meqjus u jinħadem fuq rata residenzjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34276, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' banek tal-lottu li qed joperaw? Kemm minn dawn jinsabu fi klabbs tal-banda jew każin ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li preżentament 217 banka tal-lottu li qed topera. Tleta u għoxrin minn dawn jinsabu fi klabbs tal-banda jew każin ieħor.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — trasferiment ta' diversi ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux isir ristrutturar fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u fil-proċess diversi impjegati se jiġu trasferiti minn uffiċċju għall-ieħor jew minn lokalità għall-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej proċcess ta’ ristrutturar fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma sabiex taqdi aħjar id-dimirijiet tagħha.
Kumpaniji, self employed u dipartiment governattivi — ħlas ta' National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid, illum, kemm hemm kumpaniji/self employed, dipartimenti u entitajiet governattivi eċċ. li waqgħu lura fil-pagamenti tal-National Insurance, inkluż f'każ li jħadmu l-P3? Kemm hija kalkulata ċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dettalji dwar Kontribuzzjonijiet tas-Siġurtà Soċjali kemm bħala employers (Klassi 1) u kemm bħala ndividwi self-employed (Klassi 2). L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ ta’ dawk li jaqgħu taħt klassi 2, id-Dipartiment fil-preżent ma jistgħax jagħti l-informazzjoni għas-sena 2011 għaliex din tinġabar aktar tard din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33996, peress li News Release Numru 088/2012 li ħarġet illum it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012 ma tagħtix l-informazzjoni li jien tlabt dwar Għawdex, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni disponibbli minn dan l-Uffiċċju ma tistax tinqasam bejn lukandi u ristoranti. Għalhekk il-figuri li qed jiġu ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra jirreferu għall-lukandi u ristoranti flimkien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34284 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33614, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-soil testing holes mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks fir-raba li hemm fl-inħawi tal-Madonna tar-Rummiena Għawdex? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks Ltd qeda tirrevedi proposti għall-iżvilupp ta’ dan is-sit magħruf bħala tal-Barmil li jinsab fiż-zona industrijali tax-Xewkija, Għawdex. Sabiex jiġi determinat id-disinn korrett għal pedamenti hija prassi normali li isiru investigazzjonijiet ġo l-art biex jiġi determinat kemm jiflaħ il-livell tal-art li fuqha ikun hemm proposti għall-żvilupp. Dan ġeneralment isir qabel isiru pjanijiet u qabel issir l-applikazzjoni għall permess ta’ żvilupp. L-istħarriġ tal-art sar lejn l-aħħar ta’ Frar u l-bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Kumpanija li takkwista ishma jew titoli fuq art tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa uritx interess li takkwista ishma jew titoli fuq art li hi proprjetà tal-gvern jew f'idejn aġenziji tal-gvern f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33528 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill. Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32885 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett għall-iżvilupp ta' Crafts Village f'Ta Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks għaddejja f’dikussjonijiet mal-MEPA u mal-operaturi li jinsabu fuq il-post dwar il-pjanijiet ġodda għal dan il-proġett. Sadanittant inbeda x-xogħol ta’ tisbieħ fil-‘landscaping’ tas-sit u tal-ambjent madwar u ġewwa l-Crafts Village.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta tinghata f’seduta oħra