Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm inħarġu postijiet ġodda għall-bejgħ mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien il-prezz sussidjat? Kemm kien il-prezz kummerċjali ta' kull ħarġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar kellha żewġ ħarġiet għall-bejgħ ta’ postijiet ġodda, li kienu Avviż 74 u Avviż 75.
It-tabella t’hawn taħt turi kemm kien hemm postijiet, it-total tal-prezzijiet kummerċjali u t-total tal-prezzijiet issussidjati, taħt kull ħarġa relattiva.
Avvi
ż
Postijiet
Total Prezz Kummerċjali
Total Prezz issussidjat
74
152
€ 16,256,700
€ 13,005,360
75
117
€ 12,370,000
€ 9,279,000
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena kemm inbiegħu postijiet tal-gvern lil inkwilini rikonoxxuti? Kemm hu l-prezz sussidjat ta' kull unit? Kemm hu l-prezz kummerċjali ta' kull unit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi dettaljata, ċioe r-rapport li l-Bord tal-Awtorità tad-Djar ikkummissjona biex jitjiebu l-iskemi li għandha l-Awtorità tad-Djar anke biex jiġu introdotti skemi ġodda? Min għamel dan ir-rapport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma kkummisjonat lill-ebda individwi sabiex ittejjeb l-iskemi eżistenti tal-awtorità.
L-Awtorità tad-Djar ħatret numru ta’
working groups
magħzula mill-ħaddiema stess tal-awtorità biex jaħdmu flimkien sabiex jitjiebu dawn l-iskemi.

Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod l-Unjoni Ewropea ħadet diversi inizjattivi li ħallew impatt ċar fuq il-policies ta' akkomodazzjoni u akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-inizjattivi li tieħu l-Unjoni Ewropea biex ittejjeb il-ħajja tal-familji, bħall-użu ta’ enerġija alternattiva ħallew impatt fuq kif l-Awtorità tad-Djar tirranġa l-postijiet tagħha.

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet fejn tfal ittieħdu mingħand il-ġenituri tagħhom, kull sena mill-2005 sal-lum? Kemm minn dawn it-tfal ittieħdu mingħand il-ġenituri li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar, fl-istess perjodu ta' żmien indikat?

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni alternattiva - familji bi bżonnijiet soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod l-Awtorità tad-Djar qed tipprovdi akkomodazzjoni alternattiva għall-familji bi bżonnijiet soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar għandha diversi skemi biex tgħin persuni bi bżonnijiet soċjali jikru mingħand il-privat billi jingħatalhom sussidju fuq il-kera. Min-naħa l-oħra jeżistu wkoll skemi fejn tingħata għotja sabiex inkwilini bi bżonnijiet soċjali jkunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’dawn il-postijiet mikrija.
Matul iż-żmien l-Awtorità tad-Djar tagħmel
inspections
sabiex jiġi verifikat li l-inkwilini tal-fond qegħdin verament jagħmlu użu mill-fond tal-gvern mikri lilhom. Fejn jinstab li inkwilini mhux qegħdin jagħmlu użu mill-fond dan jittieħed lura u jinkera mill-ġdid. L-Awtorità tad-Djar qiegħda wkoll tagħmel enfażi biex jinġabru ċwievet ta’ inkwilini, fi żmien raġjonevoli, li sfortuntament jkunu mietu sabiex l-istess fondi jerġgħu jiġu mikrija. Uħud mill-postijiet ġodda tal-Awtorità tad-Djar qegħdin isirilhom xogħol ta’
finishings
sabiex dawn jkunu jistgħu jinkrew fil-xhur li ġejjin.
Policy
oħra fi ħdan l-Awtorità tad-Djar hija li postijiet tal-gvern fi pjan terren jiġu riservati/allokati biss lill-familji bi bżonnijiet speċjali.

Tista' l-Ministru tgħid fis-sena 2008, 2009, 2010 u sal-lum kemm ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva mill-Awtorità tad-Djar? Minn liema lokalitajiet ġew dawk li bbenefikaw mill-units tal-Gvern? Fejn jinsabu l-units li ġew allokati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fis-sena 2008, 2009, 2010 u sal-lum kemm ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva mill-Awtorità tad-Djar? Minn liema lokalitajiet ġew dawk li bbenefikaw mill-units tal-Gvern? Fejn jinsabu l-units li ġew allokati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet għal Skema R
Question
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm applikaw persuni biex jibbenefikaw minn Skema R tal-Awtorità tad-Djar? Kemm ġew approvati sena b'sena? Kemm hu l-persentaġġ tas-sussidju li ħa kull applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet approvata?

Awtorità tad-Djar — Skema R - Taxxi fuq dħul ta' kera
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li l-Gvern ineħħi t-taxxi fuq id-dħul mill-kera li jirċievu s-sidien tal-postijiet li jibbenefikaw taħt Skema R tal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien kull sena mill-2005 sa 2010 u fl-ewwel xhur ta' din is-sena n-numru ta' care orders li nħarġu sena, sena? Tista' tagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru tal-Ordni għall-Ħarsien li nħarġu fis-snin li għaddew
2005 29
2006 36
2007 17
2008 35
2009 37
2010 36
2011 13 sal-1 ta’ Ġunju 2011.
Matul l-ewwel xhur tas-sena 2011 ma kien hemm l-ebda Ordni għall-Ħarsien li nħarġet minn San Pawl il-Baħar. Kien hemm 6 Ordni għall-Ħarsien li nħarġu fis-sena 2010 mill-imsemmija lokalità filwaqt li nħarġu 4 oħra minn San Pawl il-Baħar matul is-sena 2009. Bejn is-snin 2005 u 2008 ma kien hemm l-ebda Ordni għall-Ħarsien li nħarġet minn San Pawl il-Baħar.

Tista' l-Ministru tara x'sar mit-talba li saret fil-mistoqsija parlamentari 24108 u tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol meħtieġ biex isir il-ftehim neċessarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar baqgħet issegwi l-każ skont kif spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24108 iżda s’issa ma tistax tagħti data meta l-kuntratt finali jista’ jsir.